![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Zmien il-Preistorja, Fenici u Rumani u Gharab Hal Qormi huwa l-akbar belt provincjali tal-gzira u jinsab mibni bejn Wied is-Sewda u Wied il-kbir, fejn darba l-ilma bahar mill-Marsa kien isaqqi u jghawwem sehem kbir minn dan il-lok. Dan ir-rahal jinsab fil-baxx hafna, qalb l-gholjiet tal-Hamrun u tas-Samra, ta’ Haz-Zebbug u Santa Venera. Bhalma hu maghruf, l-istorja tal-bniedem fil-gzejjer Maltin tmur lura almenu 7,000 sena, meta l-ewwel nies gew jghammru fiha. Maz-zmien dawn in-nies Neolitici bnew u hallewlna warajhom binjiet kbar bhal Ggantija, Hagar Qim, Hal Tarxien u ohrajn. Hal Qormi m’ghandux siti bhal dawn li jindikaw il-prezenza ta’ l-abitazzjoni preistorika. Dan ma jfissirx li ma kinx hawn abitanti preistorici, izda ma tezisti ebda evidenza konklussiva li tixhed jew tindika dan. Huwa minnu imma li kemm il-darba nstabu oqbra u evidenzi qawwija ta’ hidmiet preistorici fil-limiti jew fir-rhula qrib Hal Qormi, fosthom Haz-Zebbug instabu hames oqbra f’Ta’ Trapna fl-1947, u Sir Temi Zammit u Karm Rizzo jitkellmu fuq gherien mhux naturali ecc, fuq in-naha l-ohra ta’ Wied il-Kbir. Izda dawn ma jfissru xejn fil-kuntest ta’ Hal Qormi. F’Dicembru tal-1926 waqt thaffir ghall-pedamenti ta’ l-iskola primarja governattiva fi Pjazza Federico Maempel, instab qabar fil-blat bi spiera tonda u karma ovali b’ghadam uman u xi frak ta’ fuhhar ohxon. Jumejn wara, hdejh inkixef qabar iehor li kien nieqes minn materjal arkeologiku. F’Ottubru 1927 f’Wied is-Sewda instabu zewg oqbra imhaffrin fil-gnub ta’ spiera rettangolari li minnu nehhew ghadam u fuhhar. Intqal li l-oqbra tal-1926 kienu ta’ Zmien il-Bronz izda l-ghamla taghhom jixhdu li kienu Fenicju-Puniku bhalma jidher car li kienu dawk tal-1927. Puniku kien ukoll qabar li nstab fit-30 t’April 1962 fi Triq San Dwardu, li minnu gew elevati amfora urna, zewg dixxijiet, zewg platti, fuhhar u xi ghadam. Minn naha l-ohra, xi oqbra Rumani nstabu fil-lokalita’ qormija ukoll. Instabu tlieta bejn 21 u s-26 t’Ottubru 1936 hdejn l-Erba’ Qaddisin meta kienu qeghdin iwessghu t-triq li minn Hal Qormi twasslek fil-Hamrun. Fid-9 t’Ottubru 1955, inkixef qabar imhaffer fil-blat fi Triq Santa Katerina li kellu fih fuhhar u erba’ skeletri. Lejn tmiem is-sena 1966, f’Ta’ Rabbat bejn Hal Qormi u l-Hamrun, instabu zewg oqbra Rumani ohra li kien fihom diversi skeletri u xi fuhhar. Minn l-informazzjoni li ssib jidher li ma kinx hawn abitanti fl-erja qormija fi zmien preistoriku. Fil-perjodu Fenicju-Kartaginiz, il-ftit oqbra li nstabu jixhdu biss il-prezenza ta’ komunita’ zghira. Fl-ahharnett, l-indikazzjonijiet huma li, jekk kien jezisti centru ta’ abitazzjoni Ruman f’dak li llum hu Hal Qormi, dan ma setghax kien hlief wiehed zghir. Wara r-Rumani gew il-Bizantini izda dwar dan il-perjodu,
m’hemmx xejn x’wiehed jista’ jghid dwar Hal Qormi. Warajhom
kien hawn l-Gharab, li tista’ tghid ukoll ma hallew kwazi xejn fejn
ghandu x’jaqsam ma’ Hal Qormi, hlief ghajr ghal xi kunjomijiet
u ismijiet. |
Zmien tan-Nofs
Il-grajja storika ta’ Hal Qormi fiha kemm mumenti ta’ glorja u kemm mumenti koroh. Il-qriema tqabdu u wrew hilithom u qlubithom kull meta kien mehtieg. L-ewwel darba li Hal Qormi nsibuh fid-dokumenti hu fl-1417 fejn jissemmew il-postijiet tal-ghassa tad-Dejma. Il-qormin kienu jaghmlu ghassa fl-Imdina, San Giljan, Tas-Sliema, u fejn illum hemm Sant’Jiermu. Fil-lista tad-Dejma tal-1419 insibu li Hal Qormi kellu 102 ragel imsehbin. Fl-1424 kien hemm 103, u fl-1483 kien hemm 130 qormi mnizzla fil-lista ta’ persuni li jghatu xoghol b’xejn ghall-gid tal-pajjiz. Numru sew ta’ Qormin fiz-zmenijiet tan-Nofs kienu bdiewa li hadmu fir-raba’ ta’ madwar ir-rahal. Zmien il-Kavallieri ta' San Gwann Fl-1530, l-Ordni ta’ San Gwann gie Malta u teknikament, Malta ghaddiet mill-Medju Evu ghaz-Zmien Modern. Il-migja ta’ l-Ordni ma saritx f’daqqa ghax l-Imperatur Karlu V kien ilu seba’ snin li offra Malta lill-Kavallieri u, fil-fatt, fl-1524 kienet giet kummissjoni mibghuta mill-Ordni sabiex thejji rapport dwar il-gzejjer. Komplessivamament, dan ir-rapport ma tantx kien kumplimentuz u l-Ordni nghata l-parir jiehu ‘l Malta minhabba l-portijiet. Ghall-aristokratici Malta kienet meqjusa nieqsa minn hamrija fertili, ilma u fil-waqt li l-irhula kkunsidrawhom foqra ghalkemm in-nies kienu biezla u mhux haljin. Meta kienu gew l-Kavallieri, kien hawn qasma fost in-nies. Il-gvern lokali bbazat fl-Imdina, ma qabilx ma’ l-ghotja li qisuha bhala ksur tal-privileggi Maltin li nghataw mis-Sultan Alfonso fl-1428. Min-naha l-ohra, in-nies tal-Birgu qiesu l-migja bhala li kienet ser tfisser xoghol u kummerc, u difiza ahjar tal-gzejjer Maltin kontra l-Mislem. Fi zmien l-Ordni ta’ San Gwann, Hal Qormi ghadda minn kollox. Meta l-Gran Mastru de Homedes holoq l-universita’ gdida fil-Birgu, lil Hal Qormi fatmu minn ma l-Imdina u ghaddqu ma’ din il-gemgha kbira. Meta t-Torok kienu jinzlu l-art fl-inhawi tal-Pieta, qabel ma nbena Sant’Jiermu fl-1552, kienu jsiru glidiet mal-ghadu fl-inhawi ta’ Hal Qormi. Fl-Assedju l-Kbir tal-1565, il-Qormin u l-Karkarizi flimkien ipprovdew forza ta’ 680 ruh ghad-difiza ta’ l-Imdina, u kienu bosta il-qriema li mietu. Bejn l-1584 u 1684 inbniet il-knisja parrokkjali sahansitra kienu fost tal-bidu li bdew jaghmlu festa bi statwa titulari. Minhabba n-numru kbir ta’ fran li kien hemm dan iz-zmien, Hal Qormi sar maghur bhala Hal Fornaro. Hal Qormi ntlaqat ukoll mill-pesta li matul iz-zmien hakmet Malta. Mietu mill-inqas 73 Qormin fl-1592, u madwar 335 fl-1676, igifieri 4.2% u 11.8% tal-popolazzjoni ta’ dak iz-zmien. Il-hakma tal-Gran Mastru Rajmondu Despuig damet biss erba’ snin li fihom jinghad li ma sar xejn. Fit-18 ta’ Jannar, wara l-mewt tieghu, lahaq il-Gran Mastru Portugiz Fra Manuel Pinto de Fonseca, ragel meqjus hali u rasu iebsa. Kif Hal Qormi Sar Belt Kien is-27 ta' April 1743 meta l-awditur J.J. Grech irregistra supplika, jew talba, li l-Kappillan ta' Hal Qormi, Dun Guzepp Vella, ghamel lill-Gran Mastru Pinto permezz tas-Siniskalk. Fil-qosor, it-talba tghid li I-Kappillan u l-poplu ta' l-art ta' Mai Qormi - imsejha Terra Curmi- esponew li meta n-numru ta' I-abitanti tieghu kien lahaq it-3000 ruh, Mai Qormi kien gie onorat bit-titlu ta' terra. Izda issa in-numru ta' abitanti kien tela' ghal 6047 persuna. Ghalhekk, intalab biex, flok it-titlu ta' terra, Mai Qormi jinghata t-titlu ta' belt flimkien ma' isem li joghgbu jaghzillu l-Gran Mastru nnifsu. Is-Siniskalk ressaq memorjal twil hafna quddiem il-Gran Mastru ghal kun-siderazzjoni tieghu biex jiddeciedi jaqtax ix-xewqa tal-Qormin jew le. Fih hemm miktubin x’inhuma dawn il-kwalitajiet, attribwiti u rekwiziti biex ikun jixraqlu jissejjah belt. Izda minn dan il-memorjal tohrog ukoll informazzjoni siewja dwar Hal Qormi u n-nies li kienu jghixu fih dak iz-zmien. Naraw li f'Hal Qormi kien hawn tmien knejjes filjali u aktar minn 100 torn, madwar 20 bidwi b'artijiet estensivi imsejhin agricoltori, numru akbar ta' mas-sara, aktar minn 150 gabillot u qrib il-100 gardinar u bejjiegha ta' prodotti agrikoli. Dawn il-figuri juruna l-importanza kbira li kellhom l-agrikoltura u l-ifran ghall-ghixien tal-Qormin tas-seklu tmintax. FI-1743, f'Hal Qormi kien hemm ukoll tabib, spizjar, zewg kirurgi, avukat, sacerdot lawrjat fit-Teologija, tmien ghalliema - sebgha minnhom ghall-iskejjel elementari, ghalliem ta' l-orgni u iehor tal-kant. Ghal dawk li huma snajja', kien hemm tmien hajjatin, ghaxar mastrudaxxi, hames skrapan, tlieta li kienu jaghtu kulur (jew jizbghu) id-drappijiet, armier, tnejn jahdmu fuq it-torn, sitt barbiera, zewg naghla (li nghelu l-bhejjem) u numru bla ghadd ta' furnara. Li ma jsemmix il-memorjal hu li xi Qormin kienu jaqilghu l-ghixien taghhom fuq il-bahar, fin-negozju jew bhala kursari. Bejn l-1743 u l-1747 kien hemm 26 kursar qormi li b'kollox kienu jammontaw ghal 4.63 fil-mija tal-kursari Maltin joperaw f'dak il-perjodu. Ma nafux kemm kien hemm bahrin jahdmu fuq vapuri tal-merkanzija izda hemm x'juri li, ghalkemm m'hux figura estensiva, kien hemm numru m'hux hazin ukoll. Il-memorjal isemmi wkoll li r-rigment qormi kien kompost minn 439 suldat - bhalma diga' rajna - minbarra numru ta' nies li rnexxielhom, b'xi permess partikolari, jiffrankaw is-servizz militari. Kien hemm f'Hal Qormi numru ta' negozjanti li kienu jinkludu tmienja tal-qoton u tad-drappijiet, u tlieta tal-kittien. Maghhom inzidu wkoll numru ta' benestanti, tant li m'hux anqas minn 66 familja kienu jghixu mir-renti li kellhom. Membri tal-kleru kien hawn ukoll 66, imqassmin hekk: 40 sacerdot u l-ohrajn bejn djakni, suddjakni u kjerici li lkoll kienu jaghtu s-servizz taghhom fil-knisja parrokkjali. Ghal dak li kellu x'jaqsam ma' gvern lokali, Mai Qormi kien suggett ghall-Kaptan tal-Virga u l-Gurati tal-lmdina. Dan ifisser li, f'xi zmien li ghadu m'hux stabbilit, Hal Qormi ghadda minn ma' I-Universita' tal-Belt ghal dik ta' l-lmdina. Ezattament erba' gimghat wara li kienet ipprezentata t-talba, nhar il-25 ta' Mejju 1743, il-Gran Mastru Manoel Pinto de Fonseca hareg dan id-digriet: Habita relatione, Terrain Curmi erlglmus In Clvltatem, Imponentes el nomen Pinto, li tfisser li hu gholla l-art ta' Hal Qormi ghad-dinjita' ta' belt u li taha l-isem Pinto. Fil-memorjal u fit-talba originali, lill-Gran Mastru kienu talbuh jaghzel isem hu. Pinto ghogbu jaghti ismu stess u b'hekk intrabat ghal dejjem ma' Hal Qormi. Hawnhekk tajjeb li nfakkru li t-talba biex Hal Qormi jinghata d-dinjita' u l-isem ta' belt kienet ibbazata fuq in-numru totali ta' abitanti li kien 6074. Izda ricerka u tiftix bir-reqqa stabbiliet li din il-figura ma kienet korretta xejn ghalkemm, min-naha l-ohra, m'hemm ebda raguni li wiehed jiddubita mill-figuri ta' haddiema, maestranzi, suldati ecc li hemm fil-memorjal. Skond l-iStatus Animarum ta' Hal Qormi konservati fil-Kurja Arciveskovili, il-popolazzjoni ta' Hai Qormi bejn l-1734 u l-1747 kienet hekk: fl-1734 - 3750; fl-1736 -5403; fl-1740 - 5928; fl-1741 - 6043; fl-1745 - 6134; u f l-1747 - 3406. Ninnutaw il-qabza kbira 'l fuq bejn l-1734 u l-1736 u l-ohra akbar 'I isfel bejn is-snin 1745 u 1747 u li f'dawn is-snin ma kienx hawn xi epidemija jew gwerra li qatlet eluf ta' nies, izda l-hajja baqghet miexja normali. Meta ra hekk, ir-ricerkatur Professur S. Fiorini qataghha li ma joqghodx fuq dawn ic-cifri dikjarati izda qaghad joqghod jghodd lin-nies kollha, kull wiehed u kull wahda imnizzlin fl-iStatus Animarum. Sab li l-figuri korretti u ezatti kienu dawk li dehru aktar ‘l dehret il-popolazzjoni inkluz li fl-1741 kien hawn ta’ 3477 ruh u fl-1745 f'Hal Qormi kienu jghixu 3568 persuna. Mela l-popolazzjoni ta' Hal Qormi fl-1743 kienet ta' madwar 3500 ruh u m'hux 'il fuq minn 6000 persuna. Jidher car li din il-figura gholja kienet inghatat biex Hal Qormi jinghata t-titlu ta' belt, haga li tassew irnexxiet minkejja l-metodu spjacevoli li ntuza. Zmien il-Francizi Fi zmien il-Francizi, Hal Qormi daq wkoll l-imrar fl-invazjoni li kienu ghamlu fl-1798. Kienet l-Ottava tal-festa ta’ Corpus Christi u l-knisja parrokjali ta’ San Gorg kienet armata kollha fided. Dawn malajr sekwestrati. Fil-qawma tal-Maltin kontra l-Francizi (1798-1800), Hal Qormi ta’ sehmu wkoll taht it-tmexxija tal-ispizjar Stanislaw Gatt. Zmien l-Inglizi Mal-wasla tal-Inglizi, il-Qormin kellhom sehem kbir fil-kummerc u xoghol mal-Port il-Kbir, attivita li waqfet hesrem minhabba il-pesta. Hal Qormi dan il-flagell tal-pesta messu bil-qawwi, tant li mir-registru parrokjali li nsibu fil-knisja ta’ San Gorg jidher li l-pesta bidet fit-18 ta’ Mejju, 1813 u ntemmet fit-12 ta’ Marzu 1814. F’dan iz-zmien mietu 723 qormi. Wara l-1814, hafna Qriema fittxew ix-xoghol fl-ibliet u fl-inhawi tal-port. Zdiedet l-importanza tas-snajja’ u trobbija tal-annimali fl-irziezet. Filwaqt li l-produzzjoni tal-hobz u t-thin tal-qamh baqghu jissahhu. Wara l-1850, Hal Qormi baqa’ jimxi ‘l quddiem bil-ftuh ta’ skejjel governativi u anke’ privati. Mal-bidu tas-seklu ghoxrin, Hal Qormi kien wiehed mill-akbar centri abitati u b’diversi servizzi bhall-drenagg, ilma, gass, linja tat-tramm u elettriku. Fi zmien iz-zewg gwerer dinjija, Hal Qormi ta’ sehmu wkoll. Fl-ewwel gwerra, bosta Qormin marru voluntiera mal-korp tal-pijunieri fil-penisola tas-Salonika fil-Grecja, waqt li ohrajn sabu mpjieg fl-istazzjon tal-airships li sar fil-Lvant tal-parti maghrufa bhala San Bastjan. Fit-tieni gwerra, barra li hafna qormin kienu jaghmlu parti mill-forzi armati, Hal Qormi sar centru ghar-refugjati mill-Kottonera, fejn wara mbaghad kien hemm numru minnhom li baqa’ jghix hemm. Illum Illum Hal Qormi nsibu li kwazi l-inhawi kollha gew zvillupati f’diversi bini, u centri, kunsill lokali u fosthom ukoll zewg parocci. |
Riferenzi: 'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni
(2005) |
![]() |