![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
L-istatwa titulari ta' San Gorg illum tista' tghid hija wahda mill-aktar statwi artistici li ghandna fil-knejjes Maltin. Din l-istatwa nafu li giet mahduma mill-iskultur Pietru Felici fl-1739. Rev. Dr. Giuseppe Vella bierek li statwa ta’ San Gorg nhar 22 ta’ April 1741. Il-gurnata ta’ wara ghall-ewwel darba harget fit-toroq ta Hal Qormi. Dan kien aveniment importanti fl-istorja ta pajjiza ghax kien wiehed mhux tas-soltu. B’hekk follol enormi ta nies gew bi hgarhom ghal dan l-aveniment importanti. Rev. Inazio Saverio Mifsud kiteb ukoll dan l-aveniment u halla bil-miktub li tant kien hawn nies illi tarbija giet fgata f’idejn ommha bir-rassa kbira li kien hawn go rahal ta Hal Qormi. – 'e con la folla del popoloo s’affogo’ una creatura nella braccia della sua madre.'Din giet tiswa 110 skud. Fl-1739, Felici nghata 40 skud ohra ghall-erba' puttini ta' fuq il-pedestall filwaqt li fl-1741 thallas 12-skud ghall-iskultura tal-ucuh tas-serafini li tqieghdu fuq kull naha tal-pedestall u ghall-arma tal-Isqof Alpheran de Bussan li twahhlet hemm ukoll fuq il-panew ta' quddiem. Felici hadem l-erba' mensoli tal-pedestall ukoll izda x-xoghol l-iehor tal-istess pedestall kien ta' Mastru Anastasio, jew Ewstachio Gambin. Il-kont tal-pedestall kien ta' 77 skud li minnu thallsu 40 biss ghax l-imghallem miet u l-eredi hafru l-bqija bhala elimosina. Sar maghruf min kien l-iskultur fit-22 ta' Gunju, 1981. |
![]() |
| Pietru Felici twieled u gie mghammed fit-22 ta’ Dicembru, 1669. Missieru Wistin, iben Pietru. Ommu kien jisimha Grazzja, nee’ Mallia, bint Marija. Il-genituri tieghu zzewwgu fit-28 ta’ Frar, 1666. Huma kellhom hamest ulied, Pietru kien it-tielet wild. Pietru kien mizzewweg u kellu tlett itfal, Wistin, Guzeppi u Anna Marija. Pietru kellu 70 sena meta skolpa l-istatwa ta’ San Gorg, u tlett snin qabel skolpa ukoll l-istatwa titular tas-Siggiewi, igifieri dik ta’ San Nikola ta’ Bari. Huwa miet fis-27 ta’ Frar, 1743 fl-eta ta’ 73 sena. |
![]() |
Il-vara inzebghet mill-pittur Gannikol
Buhagiar u nduraha Furtan Grech bi spiza ta' 160 skud. L-istatwa tqieghdet
f'nicca li saret ghaliha fil-kappellun tal-Gandlora, fejn illum hemm il-vara
ta' San Mikiel, u baqghet hemm sakemm saret in-nicca prezenti fl-1924.
L-istatwa kienet giet irrestawrata, fl-1895 minn Pawlu Bugeja. Fl-1939
il-palma giet mibdula ma’ wahda tad-deheb. Il-palma tikkonsisti
f’palma tad-deheb, u maghha insibu tlett kuruni, simboli tal-martirju.
Din il-palma tad-deheb giet inawgurata u mbierka mill-Isqof Mawru Caruana
fis-16 t’April, 1939, u imzanzna fil-festa fl-istess sena fil-21
ta’ Mejju. |
Fis-sena 1939, l-istatwa ta’ San
Gorg inharget mill-knisja madwar ir-rahal, flimkien mat-talb tar-Ruzarju,
bhala ringrazzjament li kienet spiccat it-tieni gwerra dinjija. Fl-1951
gew imwahhlin xi hagar prezzjuzisimi mac-contorin ta’ San Gorg kif
ukoll ma sandli ta’ San Gorg.Fl-1957, saret dijadema gdida, disinn
ta’ Manuel Buhagiar u mhallsa mis-Sinjura C.Borg u C.Camilleri.
Fl-1984 gie restawrat wicc l-istatwa minn Alfred Camilleri Cauchi. Fl-1985,
saret bradella gdida u balkun. Mal-balkun insibu erbat istatwi fl-irkejjen
li juru erba’ virtujiet. Dawn huma l-fortitudni, tama, fidi u imhabba.
Fin-nofs ta’ kull genb tal-bankun insibu bicciet ta-bronz li juru
lil San Gorg fil-glorja, il-kult lejn san Gorg fid-dinja, kult lil San
Gorg minn ghorrief u Papiet, u l-martirju ta’ San Gorg. Id-disinn
kien ta’ Frans Treeby Decelis waqt li l-istatwi nhadmu minn Alfred
Camilleri Cauchi. Ix-xoghol tal-bronz sar minn Guzeppi Curmi u mizbugh
minn Nazzareno Darmanin, dawn tal-ahhar it-tnejn qormin. Fl-1991 gew imzanzna
par sandli tad-deheb, mahduma minn Louis Carabott biex l-istatwa tkompli
tkun iktar rikka u artistika. |
![]() |
Matul iz-imien San Gorg tela' tal-Hlas tlett darbiet.
Kemm fl-1850 u kif ukoll fl-1854 il-marda kerha tal- kolera kienet qedgha
t-tirrenja fil-gzejjer taghna u l-poplu Qormi talab l-intercessjoni ta'
San Gorg biex jigi protett u mehlus minn din il-marda tant qerrieda. Kien
ghalhekk li saru pellegrinaggi biI-vara ta' San Gorg ghal tal-HIas. L-Okkazzjoni
l-ohra kienet fis-sena 1870, sena ta’ nuqqas ta’ xita u nixfa
kbira. Il-poplu Qormi reggha fittex l-ghajnuna tal-Patrun San Gorg u ghamel
pellegrinagg iehor bil-vara lejn tal-Hlas fejn sar talb biex l-art tiggedded
bil-grazzja ta' l-ilma. Dan l-avveniment irrepeta ruhu, meta fis-sbatax
–il centinarju mill-martirju ta’ San Gorg, fl-2003 rega’
nhareg b’pellegrinagg ghal Tal-Hlas |
| Riferenzi: ‘Mill-istorja ta’ Hal Qormi’, ta’ Joseph F.Grima, Vol.1 (2001) |
![]() |