![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Kif il-knisja ta’ San Sebastjan f’Hal Qormi saret parrocca fil-5 ta’ Jannar 1936, fegg il-hsieb li ssir vara ta’ San Sebastjan biex tkun tista’ tigi ccelebrata l-festa ta’ dan il-qaddis kif jixraq. F’Awissu tal-1936, thabbar li l-iskultur zaghzugh Gorg Borg (1906-1983) kien intghazel mill-Kumitat Djocesan ghall-arti sabiex jiskolpi l-istatwa skond buzett minnu stess mahdum. |
![]() |
|
Biex sab ghuda tajba ghall-iskop li ried thabat mhux
hazin. Kien bl-ghajnuna ta’ Sir Hannibal Scicluna li huwa sar jaf
b’zokk enormi tal-arznu isfar li kien mitluq fit-tarzna navali ta’
Malta. Wara li kitbilhom, l-awtroritajiet qablu li jbieghu ghall-prezz
ta’ L23.4s.10d. F’Dicembru tas-sena 1936, iz-zokk ingarr ghall-istudju
tal-artist fi Strada Cristoforo, il-Belt Valletta. Gorg Borg intrabat
mal-kapillan Dun Alwig Psaila li jiskolpi l-istatwa fi zmien tmien xhur
ghall-prezz ta’ L160. |
![]() |
Wara xoghol iebes, l-istatwa tlestiet
fejn nhar il-Hadd 17 ta’ Dicembru 1938 ittiehdet Hal Qormi fost
laqgha trinjonfali mill-poplu Qormi. Fl-1944, ezatt wara l-gwerra l-istatwa
inzebghet minn Toussaint Busuttil u giet indurata mid-ditta Mallia &
Xuereb. Fit-2 ta’ Lulju tal-istess sena, tbieket solennament mnn
Dun Alwig Psaila. Fl-1986 meta l-parocca ta’ San Sebastjan kienet
qedha ticcelebra il-Gubilew tad-deheb (50 sena parocca), l-istatwa inzebghet
mill-gdid u giet indurata din id-darba mill-ghawdxi Michael Camilleri
Cauchi u d-ditta Farrugia tal-Imdina rispettivament. |
Fil-programm ufficjali tal-festa 1986
kien sar appell biex flok bukketti isiru donazzjonijiet ghall-pedestall
tal-istatwa. Fl-1990, il-kappillan Dun Charles Cordina, hatar kummisjoni
maghmula minn membri tal-ghaqdiet fejn iddiskutu l-pedestall ta’
San Sebastjan. Wara li sar abbozz minn Frans Galea, il-Kummissjoni Arti
Sagra tal-Kurja accettat l-abbozz u x-xoghol fuq il-pedestall inbeda.
Ix-xoghol tal-injam sar minn Leonard Spiteri li hadmu b’xejn, waqt
li Frans Galea hadem fuq ix-xoghol artistiku imma sfortunatament, miet
f’mawra li kien qed jaghmel Ruma fuq xoghol tal-pedestall. Il-pedestall
kien izzanzan fis-sena 1994. |
![]() |
![]() |
Sfortunatament imma wara ftit snin, il-pedestall
ta’ San Bastjan beda juri hafna problemi fosthom tbajja’ fl-induratura,
u anke’ toqol kbir biex l-istatwa tintrefa’ mir-reffiegha
fil-festa. Wara l-festa tal-1996, il-presbiterju parrokjali beda jiddiskuti
l-problema serja tal-pedestall tal-istatwa titulari. Kien hemm zewg alternattivi,
jew jitnaddaf bis-sand blasting u jigi indurat mill-gdid, fejn skond l-induratur
kien se jkun jidher ta’ sekonda klassi, jew inkellha isir mill-gdid.
F’Gunju tal-1997, iddecidew li jaghmlu proposta ghall-pedestall
gdid u fil-fatt talbu lil Kumminsjoni Arti Sagra ghall-approvazzjoni.
Din l-approvazzjoni giet milqugha u fil-fatt intghazel l-artist Renzo
Gauci ta’ Hal Tarxien biex jahdem dan il-pedestall. Is-Sur Joe Galdes
li sfortunatament miet ftit wara li l-pedestall kien lest hadem ix-xoghol
tal-injam, u l-induratura kellha ssir minn Horace Farrugia tal-Imdina.
Is-Sur Wistin Mifsud offra s-somma ta’ Lm11,000 bhala donator ewlieni
tal-pedestall il-gdid. |
Il-pedestall il-gdid juri erba’ aspetti mill-hajja
ta’ San Bastjan: Difensor Fidei, Martry Christi, Protector Nos,
Cultus Universalis.Il-pedestall gie mzanzan ghall-ewwel darba f’Lulju
tas-sena 2004 b’pellegrinagg li sar f’gheluq is-sittin sena
minn meta l-istatwa nharget l-ewwel darba. Issa jonqos biss li ssir bradella
u bankun biex il-progett tal-istatwa titulari ta’ San Sebastjan
tkun kompluta ghal kollox. |
| Riferenzi: Hargiet varji ta' fuljetti li l-ghaqdiet tal-festa hargu fil-festi ta' San Sebastjan |
![]() |