Fis-6 ta’ Awissu, 1894, infetah il-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani. Dan kien ukoll l-ewwel kunvent taghhom f’Malta, fejn gew fuq talba tal-Isqof Mons. Pietru Pace. Is-sorjiet kienu erbagha li huma Swor Marija Kleofa, Guljana De Brincat, Paulina De Brincat, Angela Talgiaferro. F’Hal Qormi wkoll, dawn is-sorijiet fethu ukoll l-ewwel skola taghhom. Din l-ewwel skola kienu jaccettaw tfal kemm ghat-taghlim biss kif ukoll bhala boarders. Illum l-iskola Santa Monika f’Hal Qormi li hija mmexxija mis-sorijiet Agostinjani f’Hal Qormi hi miftuha biss ghat-tfal zghar biss. Il-post fejn hemm l-iskola taghhom illum ghamel xi zmien skola tal-gvern. L-inhawi fejn insibu din l-iskola fl-imkien mal-kunvent, huwa maghruf fost il-Qormin bhala hdejn l-Abbatija.

 

Riferenza: Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)