![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Is-Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan hija l-ewwel banda kien hawn fil-Belt Pinto. Hija giet imwaqqfa fis-sena 1862. Tul is-snin il-Banda Pinto kiseb diversi unuri u saret tista' tghid fost l-aqwa baned fil-gzejjer Maltin, b'surmastrijiet u bandisti li ghamlulha unur. L-iktar dati importanti li baqghu mmarkati fl-istorja tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan huma dawn: 1862 F’Hal Qormi titwaqqaf l-ewwel Banda. 1868 L-ewwel referenza ghal sehem ta’ Banda tar-Rahal fil-festa titulari (San Gorg) |
![]() |
| 1871 Il-Banda tiehu sehem fi Programm f’Teatru
gewwa l-Isla
1872 Is-Surmast Emanuele Bartoli jidderiegi lil Banda 1875 Kumitat Casino d’Incontro Pinto f’Hal Qormi bit-tabib Salvatore Naudi (president) u Guze Muscat Azzopardi (segretarju) 1880 Kumitat tas-Societa Filarmonica di Casal Curmi immexxi minn Mro Giorgio Zarb. 1880 Zjara fil-Casino Filarmonico di Casal Curmi minn Francesco Saverio Decesare, li kien ghadu kif gie elett fil-Kunsill tal-Gvern. 1882 Il-Banda Pinto diretta mis-surmast Zarb tiehu sehem fiz-zjara tal-Kardinal Lavigerie f’Malta. 1890 Issir riforma ta’ l-Istatut li jigi approvat f’seduta Generali nhar il-5 ta’ Gunju meta President kien Antonio Muscat Fenech 1895 Il-Banda Pinto diretta minn Antonio Epifanio Agius issiefer f’Reggio Calabria fl-Italja. 1907 Jindaqq ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir kompost mis-surmast Giovanni Gatt. 1911 Is-surmast Salvu Mallia jiehu t-tregija tal-Banda Pinto f’idejh. 1916 Is-Socjetá tirbah id-dritt ghall-isem Socjetá Filarmonika Pinto b’sentenza fil-qorti. 1926 Ghall-ewwel darba tersaq bil-kazin lejn l-inhawi tal-knisja ta’ San Sebastjan. 1927 Is-surmast Carmelo Scicluna jidderiegi l-Banda Pinto ghall-ewwel darba. 1929 Il-Banda Pinto zzur Katanja fuq inizjattiva tal-President Salvatore Zammit Hammet. 1930 L-ewwel sehem fil-Karnival ta’ Malta gewwa l-belt Valletta. 1931 Safra tal-Banda Pinto f’Pompei u f’Ruma. 1933 Iffirmat kkuntratt ta’ cens ghal hamsin sena ghall-kazin Palazz Narbona. 1936 Titwaqqaf il-Parrocca ta’ San Sebastjan f’Hal Qormi u s-Socjetá kif ukoll il-Banda Pinto iharsu lejn futur differenti f’parrocca zghazugha. 1945 L-Innu l-Kbir jigi ddedikat lil San Sebastjan Martri fuq versi ta’ Pawlu Sammut u jindaqq taht id-direzzjoni tas-surmast Joseph Busuttil. 1951 Is-surmast Joseph Magri jinghata t-tmexxija tal-Banda Pinto. 1956 Titwaqqaf Harmonica Banda fost il-bandisti. 1956 sa 1965 Is-Socjetá ma tihux sehem fil-festa ta’ San Sebastjan minhabba l-Kwistjoni tal-Patrijiet. 1961 L-allievi jirbhu x-Shield ta’ l-M.B.C.A. 1962 Il-festi tac-centinarju li matulhom jindaqq l-Innu tal-Banda kompost mis-Surmast Magri. 1969 Tizzanzan kannizzata biex takkumpanja l-banda waqt il-marc popolari tal-Hadd fil-ghodu. 1974 Il-Banda Pinto diretta mis-surmast Anthony Chircop tirraprezenta lill-baned Maltin fil-Festival Nazzjonali fl-Imdina. 1974 Jitwaqqaf it-trofew Dun Gino Mangion ghall-ahjar bandist. 1985 Il-Palazz Narbona jsir kollu tas-Socjetá permezz ta’ kuntratt nhar it-18 ta’ Awissu. 1988 Il-Banda Pinto, diretta mis-surmast George Debono, issiefer darbtejn - Messina (fl-Italja) u Tripli/Misurata (fil-Libja). 1989 Inawgurazzjoni tas-Sala Sebastian Debono u ta’ l-Arkivju Muz\ikali. 1990 Titwaqqaf il-Brass Band fis-Socjetá. 1991 Approvata mozzjoni sabiex l-isem ufficcjali jsir Socjetá Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. 1994 Kuncert Sinfoniku u korali fit-Teatru Manoel taht id-direzzjoni tas-Surmast Dominic Darmanin. 1995, 1996, 1999 u 2002 Kuncerti Sinfoniku fit-Teatru ta’ l-Istitut Kattoliku 1998 Programm Muzikali fuq iz-zuntier tal-Knisja fl-okkazjoni ta’ sett qniepen godda. 1999 Dun Joe Borg, president, jinawgura Bar gdid b’attrezzaturi moderni fil-Kazin Pinto. 2001 Iffirmat kuntratt ghax-xiri ta’ post fil-genb tal-kazin. 2002 Tifkira tal-140 sena mit-twaqqif tas-Socjeta' Filarmonika Pinto b’attivitajiet flimkien ma’ l-Ghaqdiet Muzikali San Gorg ta’ Bormla, Peace tan-Naxxar u Annunzjata ta’ Hal Tarxien. 2003 Il-Brass Band itella` Kuncert fis-Sala ta’ Dar il-Mediterran ghal Konferenzi bit tema “Night of the Musicals ...and more” 2003 Il-Banda, f’isem l-Ghaqda Kazini tal-Banda tipprezenta l-Programm ta’ Santa Cecilja fit-teatru Manoel 2005 Kuncert Sinfoniku iehor (is-sitt wiehed fl-istorja ta’ din is-Socjeta`) fejn din id-darba nghata gieh lil Hal Qormi permezz tal-Muzika fejn fost affarijiet ohra giet esegwita l-Ballad “CITTA PINTO - Altior Ab Imo” Komposizjoni tas-Surmast Dominic Darmanin u lirika ta’ George Saliba. 2005 F’Mejju – Fl-okkazjoni ta’ Jum Hal Qormi, Is-Socjeta` Filarmoinka Pinto Banda San Sebastjan hadet sehem f’Kuncert li sar bejn it-Tlett Baned Qriema flimkien f’Misrah il-Kortil Tal- Granmastru. F’dan il-Kuncert il-baned daqqu flimkien f’massed band. Il-websajt tas-Soc.Fil.Pinto Banda San Sebastjan hija: www.socfilpinto.org L-indirizz huwa: Socjeta’ Filarmonika Pinto
Banda San Sebastjan, Palazz Narbona, 120, Triq
San Sebastjan, Qormi. Malta |
| Taghrif migbur minn Charles Saliba (Segretarju tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan) |
Innu tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan Imberkin missirijietna Ma ssibx belt u ma ssibx rahal Viva mela l-Banda Pinto, Versi: Gorg Zammit Muzika:
Mro.Joseph Magri |
| N.B. Minghandu xi ritratti marbutin mas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |