![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Waqt li l-bniedem tghallem juza l-magni li vvinta
u tghallem jghix aktar komdu u hajja ehfef u aktar mghaggla, twarrbu hafna
drawwiet, snajja' u tradizzjonijiet. Imma hasra li m'ahniex nghozzu s-snajja'
bhalma huma s-sengha tad-dghajjes, l-indurar, l-argentier u ohrajn minhabba
li qed inhallu dak kollu li jidhol minn barra bla ma naghtu kas u nghozzu
dak li ghandna sewwa sew fil-qalba tar-rahal taghna. Ma rridx nghid li
ghandna nibqghu qodma. Lanqas illi ghandna nzommu snajja' qodma biex noqoghdu
nharsu lejhom. Imma xi mkien nahseb li hemm xi haga nieqsa fis-socjeta’
taghna li thalli mghallem tas-sengha tal-bini tad-dghajsa ta' Malta jaqta
l-haxix b'zappuna f’idejh il-jum kollu biex jaqla' x'jiekol, meta
jista’ hemm suq u skop ghall-hila tieghu! Xi mkien hemm xi haga
nieqsa fis-socjeta taghna li twarrab is-serkin li jafu jaghmlu b'hila
l-maltin u tintilef wara srieken identici li jigu minn barra! Hemm xi
haga nieqsa fis-sistema taghna li ma thallix lill-Awtoritajiet tax-xoghol
jghinu lill-induratur jghallem lil ibnu semplicement ghax l-indinduratur
li indura knejjes shah u ghadd ta' statwi bla qies m'ghandux ic-certifikat
li juri li hu induratur tas-sengha! |
Ninu u Vincent Farrugia huma zewg ahwa Qriema maghrufin
bhala 'Tas-Srieken' li ghadhom jahdmu dan ix-xoghol. Il-hanut taghhom
tax-xoghol lejn l-Istabar, ix-xaqliba ta' San Bastjan jaf fejn qieghed
kulhadd, ghax hu l-ahhar hanut li ghad fadal fil-gzejjer Maltin fejn tinhadem
xi ghamla ta' karettun. "Is-sengha gejja minn missieri," qalli
Charlie meta ltqajt maghhom. Il-hanut mad-dawra kien mimli lasti u injam
u hadid u fraxxnu maqbud fil-forom qieghed jitghawweg ftit ftit. Mal-hitan
kien hemm kull ghamla ta' injama, min imdendel ma' harragiet tal-hadid
u min imserrah fuq xulxin, u thares lejhom mill-ewwel taghrafhom, bicciet
minn karettun, mghazel jew dlieli jew frieket, uhud godda, uhud jidhru
li qdiemu u hadmu, uhud ghadhom nofs xoghol, uhud ghadhom bhallikieku
qed jitwieldu, qed jinhargu bis-sabar u bis-sengha kollha ta’ l-imghallmin
minn ghudiet ghadhom godda, uhud mghobbijin bit-trab u l-ghabra ta' l-injam,
uhud sahansitra bil-hjut ta' l-ghanqbut imdendel maghhom, jitqabbad maghhom
minn rokna ghall-ohra. Imma kollha ghal-lest biex illum jew ghada jsibu
rwiehhom mghaqqdin f’serkin gdid. |
![]() |
![]() |
L’ hemm u 'l hawn mal-hajt ritratti
ta' srieken u karettuni u zwiemel itellqu l-Marsa u sahansitra fi Franza
bi srieken li hadmu l-ahwa Farrugia. Kien hemm ukoll bicciet tal-hadid,
pajpijiet u hadid tond u hadid dritt, suriet ta' hadid mghawweg u wweldja
mibrum bis-sengha, imtaqqab u flimat ghal-lest biex hu wkoll jitqies f'ejn
mehtieg halli jirfed is-serkin. U fin-nofs il-karozzin qieghed isir. Kbir,
sabih, ghadu nofs lehja imma ga juri l-qawwa tieghu, il-gmiel tal-hidma
mehtiega biex is-sengha li hemm mohbija fih, it-tradizzjoni fil-ghamla,
il-qtugh ta’ injam. it-taghwig u s-suriet qodma li hergin tninnu.
Ma tarax biss karozzin qieghed isir quddiemek, ma tarax biss l-injam ghadu
mikxuf bil-vini jidhru hajjin izda wkoll xoghol mirqum kollu hsieb u li
jikxfu l-hila ta' l-id qadima Maltija. |
Quddiem il-karozzin kien hemm xarretta,
bhal serkin zghir li jintuza biex jaghtu x-xoghol, jew iharrgu 'l-bhejjem
qabel igerruhom il-Marsa. U fost dan kollu l-ahwa Farrugia ghaddejjin
bil-hidma taghhom. Din il-hidma qadima taghhom qed tghaqqad l-imghoddi
mal-lum. Kliemhom ukoll, il-kisra ghafsija Qormija hi xhieda li ma jaghrafx
kulhadd, tal-bierah mal-lum. Izda meta aktar tard fissruli l-kruha tal-gejjieni
li hemm quddiemhom. mill-ewwel intbaht li s-socjeta’ Maltija ghal
darb'ohra waslet biex titlef hjiel iehor karatteristiku taghha bhalma
tilfet il-haddied, lil tad-dghajjes, u l-bqija. |
| Il-magni ta' l-ghagin u s-srieken "Ghall-ewwel
serkini kien jaghmel xi tnejn, tlieta f’sena biss ... U minn jaf
kemm ghod baqa' minnhem madwar Molta killha dawn il-mugni ta' l-injum
... Imma darba kien gie wiehed Franciz ikellem lil missieri. Kien Guzepp
Micallef ta' Girgor, ta' nisel Molti, imma kien gerrej kbir fi Franza
dan. U qal lil missieri kif irid ikun serkin u gieblu wiehed minn Tunez.
U missieri fetqu u gbamel wiehed. Ilu xi hamsin sena issa! Jew izjed.
U min dak. in-nhar baqa' jaghmel is-srieken ... U il-magni ta' l-ghagin
inqatghu ..." Il-magni ta' l-ghagin kienu jahdmuhom mill-injam u
l-furnar kien jixhet fihom id-dqiq u l-ilma u dak kollu li kellu bzonn
ghall-ghagina tal-hobz Malti. Maz-zmien dahlu l-magni tal-metall li qatghu
kollox il-magni ta' I-injam. Ninu jsostni illi bhalma l-inbid ma jsir
qatt tajjeb fit-tramiggjana tal-hgieg daqskemm isir tajjeb fil-kartell
ta’ injam, hekk ukoll l-ghagna tal-hobza Maltija ma ssir qatt tajba
daqskemm issir fil-magna ta’ l-injam. |
| Is-serkin Biex isir serkin
irqajjaq u pulit, b'sahhtu u hafif bhalma naraw ghaddejjin kemm fit-toroq
taghna u aktar u aktar fil-korsa tal-Marsa, mhix haga hafifa u ta' ftit
hin. Kull bicca ghuda li hemm, u kull kisra u taghwiga, hi mahsuba sewwa
halli mhux biss iggorr il-bniedem u thallih bilqieghda komdu, izda thalli
l-bhima ggebbed bla xkiel ta' xejn u bla toqol zejjed. Haga ta' l-ghageb
il-hila tal-bniedem li jirnexxilu jifhem il-htiega tal-bhima, il-kisra
ta' daharha, ic-caqliq taghha, u jghawweg l-ghuda biex iddur ma' dan kollu,
mat-tixjir ta’ riglejha qed ilebbu daqqa ghad-dritt u daqqa fil-liwja.
Haga ta’ l-ghageb kif kellu l-hila minn tavla catta tal-fraxxnu
johrog opra hekk sabiha, kif nghidu, qisha lanqas intmesset bl-idejn!
L-injam hu haga hajja u jrid jiehu l-hin tieghu kollu biex jitghawweg,
jixxarrab u jinxef skond il-bzonn. Il-qtugh ta' l-injam irid sir bis-sengha
kollha skond il-vina u skond kif mehtieg biex ma jfaqqax wara. Mit-tavla
tal-fraxxnu tinqata' l-lasta twila minn quddiem sa wara tas-serkin. Missierhom
kien jaghmilhom bicca wahda l-lasti imma n-nies illum ma tridx toqghod
tistenna! Min irid is-serkin iridu malajr! Ix-xih kien jaghmilhom bhal
ta' Franza, bicca wahda u ma jidholx hadid. U kien idum jghawweg u jistenna!
Kien l-ewwel jghawweg wara u jibqa' tiela’ jiggusta sa quddiem.
Imbaghad jaqbad ix-xoghol tal-buqxiex biex jittundja l-lasti u jaghtihom
ix-xehta ghal ma' dahar il-bhima." "Illum naghmluhem mill-punta
san-nofs ta' wara u taghmilhem fuq forma u wara tghaqqadhem flimkien hekk,"
fehemni Ninu. "Il-lasta trid tistimjaha bil-fwur, thalliha fil-fwur
biex tirtab u torbotha fil-forma u thalliha marbuta xi xahar jew tnejn.
Iktar ma thalliha iktar ahjar ghax tuqghod. Juf jekk ma thalluhiex bizzejjed,
maz-zmien tiddritta terga’. Il-vina dejjem tipprova tmur fejn kienet.
Imbaghad trid thalliha jew fix-xemx jew ghandna l-forn u trid tara fejn
waslet inti hux ..." |
![]() |
![]() |
Il-frieket isiru l-istess mod it-tnejn
li huma. L-ewwel taqta' strixxa tiwila, imbaghad issahhan u xxarrab u
tghawweg. ll-process hu dejjem l-istess, izda jinbidlu l-forom u l-ghamliet
ta' l-injam li jehtieg illi jintghawgu u jinqatghu kollha ta’ ghamla
u qies tajjeb halli meta jitqieghdu fil-lok jigu jmissu u jirfdu sewwa
sew fejn mehtieg. La ftit lilheinm u lanqas ftit lil hawn. Is-serkin ma
fihx il-hafna bicciet li fih il-karettun, imma hemm il-htiega ta' hila
kbira fit-tghawwig ta' l-injam. Hemm zewg ghamliet ta' frieket li jinhtieg
jitghawgu. Minn ghamla minnhom, imsejha l-furketta tal-genb, iridu jsiru
zewgt ifrieket, wahda kull naha ghal kull rota. Din il-furketta maghmula
minn lista injam mifruda min-nofs, imsahhna, inghawga u mahduma sewwa
biex isserrah fuq il-fus tar-rota u tibqa' tielgha rqiqa rqiqa, imma b'sahhitha,
ghal taht il-lasta. L-ghamla l-ohra tissejjah il-furketta l-mimduda u
hi maghmula minn zewg injamiet mghawgin fghamla li titla' minn fuq il-fusien
tar-roti ghan-naha l-ohra. Il-lasta tghaddi minn mal-furketta l-mimduda.
Fuq din il-furketta jitqieghed ukoll is-sit fejn joqghod bilqieghda l-gerrej.
Billi l-furketta l-mimduda tkun maghmula minn bicctejn ghuda, jitqieghdu
wahda fuq l-ohra. Id-dela hi lasta wiesgha u lixxa li titqieghed quddiem
il-furketta l-mimduda. Il-gerrejja ghandhom habta jserrhu saqajhom sewwa
ma' din id-dela waqt is-sewqan. |
Imbaghad hemm il-qamar li jkun lasta
tawwalija mibruma u mghawga halli titqieghed bejniet il-lasti lil hemm
mid-dela, fuq quddiem fejn jigi l-warrani tal-bhima halli ssahhah il-fetha
tal-lasti u ma jizlugawx. L’ hemm u 'l hawn hemm bicciet tal-hadid
b’taghwig apposta huma wkoll halli jsahhu l-injam fejn hemm bzonn.
L-ahwa Farrugia jaghmlu kollox huma. bil-vernic.bid-disinni u tizjin.u
bil-hjata tas-sit hemm bzonn anki jaghmlu r-roti. Madankollu, kemm ir-roti
kif ukoll is- sedili llum il-gurnata jistghu jinxtraw lesti ghal kemm
jitwahhlu."Ahna anki karozzini naghmlu. Kif qed tara dan il-karozzin
hawn arah ..." qalli Charlie. "U naghmluh kollu kemm hu. Fl-imghoddi
r- roti kien jaghmilhom wiehed, il-kaxxa iehor, il-hadid iehor . . . ahna
naghmluh kollu kemm hu. Bis-saldatur kollox ..." "Saldatur tal-karozzin
x'inhu, Charlie?" staqsejtu. "Hawn karozzini tal-kexxun, ghax
fejn iqieghed riglejh il-kuccier qisu kexxun u jkun tal-hadid, imbaghad
hawn ohrajn ikun u fejn iqieghed riglejh ikun kollu disinni u gej ghat-tond
bhal ... dan nghidulu karozzin tas-saldatur. U fejn joqghod il-kuccier
irikkeb in-nies dik nghidulha l-kaxxa tal-karozzin." Fix-xoghol tas-serkin
hemm hafna hin imholli ghat-tinxif ghalkemm jekk ikollok kollox lest,
biex jghaqqdu l-imghallem biss madwar gimgha sejjer il-hin kollu, ix-xoghol
hu iebes iktar hekk. It-taghwig iridu jkunu tlieta biex jaghmluh, wiehed
jorbot fin-nofs, l-iehor jorbot naha. l-iehor jghawweg ... Jekk jilhaq
jinxef ifaqqa' kollox. Minn xhin jinbeda x-xoghol fuq serkin sa ma jinxef
l-injam u jitlesta jiehu dejjem mat-tliet xhur. |
![]() |
| Bejn ta' Malta u ta' barra
"Missieri kien jaghmel il-mugni li jaghmlu l-hubz
ghall-ewwel."" Charlie. "Dik kienet is-sengha tieghu u
kien hodha minghand missieru. Ikunu mugni ta' l-injum dawk u konna naghmlu
minnhem tghidx kemm. Imma bdew idahhlu ta’ barra fis-Sittinijiet
... Darba kien gie l-Ministru Felice hawnhekk. Jien kent hawn u smajt
killex. U missieri staqsieh ghaliex kienu qed idahhlu l-mugni ta' barra.
U duk missieri, 'Inti kemm taghmel kaxxi tal-hubz f’sena?' "U
missieri qallu. 'Xi tnux. jew hekk.'"U l-Ministru qallu. 'Mela ma
gara xejn, ghax minn barra xi tnejn biss sa jidhlu! U mhux sa jtellfuk.'
qallu lil missieri Felice."U nehseb li tnejn biss dahlu! M'intix
tura! Ghax imbaghad flok tghallimna naghmluhem mud iehor ahna wkell, ma
beqghew-jaghmluhem ghandna u kieku mhux ghax kinna naghmlu xi serkini
kieku kinna nzarmaw killex!" "Jien sa kelli mmur," qalli
Vincent ftit wara li wasalt. "Daz-zmien ikilli nura naghmilx part-time
ghax ix-xoghol tas-srieken naqsilna. Qieghed imut f’daqqa wahda.
Ikolli nura fejn indabbar rusi ..." Jien bqajt inhares lejh. Missierhom
Ninu kellu jwaqqaf il-magni tal-hobz. Waslitx issa sighethom ghax sa jkollhom
iwaqqfu s-srieken ukoll? Ghandhom isibu ghajnuna biex jittantaw jaraw
metodi godda, ifittxu swieq godda? Wehedhom zgur li ma jaslux "Sa
ftit taz-zmien ilu konna naghmlu zewg srieken jew tlieta fil-gimgha ..."
qalli Ninu. "Imma issa qed idahhlu ta' barra u qed joqtluna ftit
ftit ..." "U taghna m'humiex aghar minn ta' barra," qabez
Charlie. Naghmlu srieken bhal ta' barra wkoll. Gieli jkunu hafna ahjur
... ahna gieli beghna anki barra minn Multa minnhom. Kif ghedtlek, ghadna
c-certifikut minn Parigi fejn itellqu l-aqwa zwiemel. Ghandna srieken
li ilhem snin twul itellqu bihem mhux biss Multa izda sahansitra Parigi
wkell ... Beghna anki l-Germanja u l-Awstralja ahna ..." |
Ninu wrieni ritratti tat-tlielaq taz-zwiemel
fi Franza fejn kien hemm serkini taghhom fit-tigrija. Minn barra dejjem
kliem ta’ tifhir qalghu. Imma issa l-biza' taghhom hu li senghethom
tintilef. Uliedhom ga qatghu qalbhom. "It-tifel ta' Charlie ghamel
jumejn jahdem hawn u telaq ...," qalli. Ninu. "Konna ga bdejna
nhaddmuh u naghtuh isewwi hemm u jsewwi hawn. Ghax is-sengha trid tibdieha
mill-bidu nett. Lit-tifel tieghi l-istess. Tieghi ghamel minn meta kellu
sittux sa ma ghalaq l-ghoxrin u kien qabad sewwa. Imma kemm sa jdum sejjer
ma jafx x'sa jsir mill-gejjieni? M'intix tura issa, qed idahhlu srieken
ta' barra u anki ahna qed insibuha difficli ... ahseb u ara jkollok 'l
uliedek mieghek ... is-sabiha hi li ghad hemm bzonn hafna srieken f Multa.
Il-Multin iz-zwiemel ihebbuhem. itellqu bihem, liz-zwiemel jaghtuhem ix-xoghol
... Imma qisu ta' barra hafna nies jippreferuh, ukell jekk taghna hu tajjeb
xurta wahda ..." |
| Artiklu mehud minn : 'Snajja' u xoghol il-Maltin', Vol.1 miktub minn Paul P.Borg. |
| Hajr lill-ahwa Farrugia, tal-permess li tawni biex nigbed xi ritratti, kif ukoll tal-informazzjoni li tawni. Il-hanut taghhom nsibuh 'Annuziata House', Triq San Bartilmew, Qormi. Malta. Tel no. (+356) 21 48 63 81 Fax no. (+356) 21 49 34 18 email: farrugiaworks@yahoo.co.uk |
![]() |