Hal Qormi huwa wiehed mill-irhula li ghandu storja fejn marbuta mal-inbid. Fil-fatt anke’ l-isem tieghu, hemm tradizzjoni marbuta li anke’ l-isem jista’ jkun gej minn hemm. Matul iz-zmien, il-process ta’ kif isir l-inbid inbidel u matul maz-zmien makkinarju differenti iffacilita dan il-process tal-inbid.Il-process ta’ l-inbid huwa twil ftit mhux hazin. L-ewwel li ma’ jigri huwa li jinqatgha l-gheneb mid-dwieli, li jkunu sajjru l-ghenba tajjeb bizzejjed, imbaghad jinhasel bil-kimici fosthom ‘citric acid’ u kif ukoll bi-sulphide halli jnehhulu xi hmieg li jkollu mieghu. Imbaghad jiehduh ghall-process ta’ l-inbid.

Fejn qabel kienu jaghsru l-gheneb bis-saqajn, igifieri jirfsu l-gheneb, biex johrog il-meraq, illum grazzi ghat-teknologija, ivvintaw magna apposta li tahdem bid-dawl. Din il-magna tnehhi iz-zokk ta’ l-ghenqud, u taghsar l-gheneb. Din il-magna thalli ghaddej biss il-meraq u kif ukoll l-qoxra ta’ l-gheneb, li fl-ahhar mill-ahhar taghti l-kulur lill-inbid. L-meraq li johrog, flimkien mal-qoxra, jitfawhom f’tankijiet jew inkella bettieh apposta. L-qxura ta’ l-gheneb l-ahmar ihalluha ghal madwar 3-4 jiem filwaqt li ghal inbid abjad l-qxura jnehhuha mill-ewwel. Dan izidulu ftit hmira halli jiffermenta, u kif ukoll iz-zokkor. Ikunu jafu kemm iridu jzidulu zokkor permezz ta’ strument li jissejjah ‘hydrometer’. Ihawdu din it-tahlita madwar tlett darbiet kuljum u jhalluha ghal madwar 3-4 jiem. Meta jaghddu dawn l-jiem, inehhu l-qxur ta’ l-gheneb, u l-meraq ipogguh go tramingani. Fix-xoffa tat-tramingana jaghmlula dik li tissejjah serpentina, mimlija bl-ilma halli ma tidholx arja u tirrovina kollox, filwaqt li jekk ikun hemm gas zejjed got-tramingana, ma tinfaqax, izda jghaddi minn go l-ilma ta’ gos-serpentina. Dan l-inbid jissejjah il-prim. Imbaghad hemm l-inbid tas-sekonda.
Jissejjah hekk ghaliex mill-qxura li jkun ghad fadal jergghu jasruha bl-istringitur halli jlaqtghu l-meraq li jkun ghad fadal. Dan naturalment izidulu hafna aktar zokkor mill-prim. Ihalluh ghal-ammont ta’ granet u jadduh mill-istess process bhal dak ta’ l-inbid prim (igifieri ipogguh go tramingani).Aktar ma’ l-inbid idum go tramingana, generalment aktar isir tajjeb. Meta jiddeciedu li iridu jifthuh, ipogguh go fliexken, jaghlquhom bit-tappijiet tas-sufra u jippustjawhom mindudin fuq l-ixkaffi.Hemm 2 tipi differenti ta’ inbid. Hemm l-inbid l-abjad u dak l-ahmar. Izda kwalitajiet hawn hafna. Fosthom insibu: Cabernet, Syrah, Carinian, Merloque, San Genovese.
Artiklu miktub minn Dieter Galea