Fil-kotba nsibu li Hal Qormi qabel kienu jsibuh bhala Casal Fornaro li jfisser Rahal il-Fran. U dan bir-ragun kollu, l-ghaliex f'Hal Qormi jinsabu l-akbar numru ta' ghadd ta' fran. Fl-ebda rahal jew Belt f'Malta u Ghawdex ma jizboq fil-ghadd in-numru ta' fran, daqs kemm hawn f'Hal Qormi. U dan mhux fil-prezent biss, imma ghal dawn l-ahhar bosta u bosta snin. F'dokument ta' zmien il-Granmastru Emanuel Pinto de Fonseca nsibu miktub, li dak iz-zmien, meta dan il-Granmastru ta t-titlu ta' Belt Pinto, lil Hal Qorrni nhar il-25 ta' Mejju, 1743, insibu li f'dak iz-zmien, kien hemm furnara bla ghadd. Dan ifisser li kien hemm ukoll bosta fran f'Hal Qormi. Ahna l-Qormin kburin, li llum ukoll Hal Qormi ghadu l-aktar post f'Malta li jhaddan fran. Din l-informazzjoni harget fil-Parlament lejn tmiem Mejju, 1995, meta ntqal ufficjalment li f'Malta hawn 177 forn u f'Ghawdex hemm 32 bil-permess. Minn dan in-numru nsibu li 43 minnhom qeghdin f'Hal Qormi.... Jigifieri li f'Hal Qormi r-Rahal taghna (Jew ahjar il-Belt Pinto) hawn 24.3 fil-mija mill-ifran f'Malta.
Il-Forna

Qabel ma saru l-magni ta' l-injam, il-hobz kien jinhadem go l-injiebi. Dawn kienu bhal zingli kbar, imwahhlin fuq ix-xrieki tal-gebel mal-hajt. Id-dqiq kien jinhadem fihom erba' wizniet kull ghagna. Dawn l-erba' wizniet ghagina kienu jinpunjawhom, jigifieri jahdmuhom bl-idejn. Qabel ma gew l-Inglizi Malta, li ghandna l-ifran kif nafuhom illum, qabel dawn, il-fran kienu jghidulhom forna... Jigifieri minghajr gali. Dan kien jinhema billi kellu hofra f'nofsu u kienu jwaddbu l-injam f'dil-hofra. U b'hekk il-forna kienet tinhema.


It-Tensila

It-tensila hija meta l-furnara ihalli bicca ghagina, mill-ghagina tal-lum ghall-ghada. L-ewwel jaghmlu id-dqiq go l-injiebi (zingli), izidu daqsxejn melh, ipoggu t-tensila, u l-ilma biex tlewwita. Meta t-temp ikun kiesah, juzaw mishun. U ta' min ighid ukoll, li fil-Gimgha l-Kbira ma kienux ihallu tensila. Biex imbaghad nhar il-Ghid il-Kbir, jaghmlu tensila gdida.

Il-Magni ta' l-Injam

Imbaghad saru l-magni ta' l-injam minflok l-injiebi. U sar il-forn kif nafuh illum minflok il-forna.

Kif kienet tinhadem l-Ghagina

Qabel ma kellna d-dawl elettriku, il-magni ta' l-injam, kienu jinhadmu bil-bhima. Din kienet tigi mghammda u toqghod iddur fis-sienja. ll-bhima kienet tkun marbuta bil-migbet. Il-magna ta' l-injam kienet bhal rota ta' l-injam bid-dras, u rota ohra bhala ta' l-injam li tidhol fiha. Mad-dawrien ta' dawn ir-roti, kien johrog bhal xaft (jew fus) tal-hadid, mir-rukkell tad-dawra fejn tkun il-bhima, minnhom imbaghad, kien imur ghar-rukkell tal-magna. Ir-Rukkell tal-magna, imbaghad kien jaqbad ma' l-istilla tal-magna u b'hekk kienet tintaghagen l-ghagina. Biex tinhadem din l-ghagina, bid-dawrien tal-bhima, kienet tiehu bejn tlett kwarti jew siegha. Imbaghad l-ghagina inehhuha minn gol-magna u jpogguha go tilari ta' l-injam. Hemmhekk kienu jergghu iqalbuha bl-idejn u jghattuha skond il-klima tal-gurnata li tkun. Jekk ma tkunx gurnata kiesha kienu jghattuha b'lizar. Imma jekk tkun il-kesha, kienu jghattuha anke b'lizar bil-kutri fuqu. L-ghagina kienet tibqa' mghottija ghal madwar siegha. Imbaghad, jergghu iqallbu l-ghagina u jergghu jghattuha. Din it-taqliba ta' l-ghagna kienet issir ghal darbtejn.

Imbaghad wara xi siegha jew siegha u nofs l-ghagina, minn hemm tigi trasportata ghal gol-mejjila. Din il-mejjilla, kienet tkun bhal tilar kbir. Jirgnuha (idahhal idejh bejn l-ghagina u t-tilar) biex l-ghagina tigi bicca wahda. Imbaghad jergghu jghattuha u jhalluha ghal madwar siegha u nofs ohra... Imbaghad jibda t-tqattih ghall-hobz. L-ghaggien imbaghad, jibda jqatta u l-habbiez jibda jkebbeb u jifforma l-hobza. Sadanittant, kien ikun hemm il-forn qed jinhema, jew bil-faham inkella bl-injam. Meta l-habbiez ilesti l-hobz, ipoggieh go tilar ta' l-injam, ghal madwar ghoxrin jew hamsa u ghoxrin minuta. Dan kien isir biex il-hobza tissawwa, jigifieri tikber u tiehu l-forma taghha. Wara l-habbiez jibda jahbez u l-ghaggien jibda jnewwillu l-hobz fuq il-hogor tal-forn. Imbaghad, il-habbiez jibda jpoggi l-hobz fuq il-pala u jdahhlu fil-forn. Wara li jimla l-forn kollu, il-habbiez ihalli l-hobz fil-forn ghal madwar siegha. Wara siegha, il-furnar, ferhan u kburi kien johrog dak il-gmiel ta' hobz sabih u jfuh. Titpaxxa tara dak il-hobz tas-salib, ghax kien ikollu l-forma ta' salib fuq wicc il-hobza. Hemm imbaghad il-hobz tas-Sikkina, Tal-Kexxun u l-ftajjar. Dari kienu jkejlu mhux kemm jesgha hobz il-forn, imma l-ghagna b'kemm il-wizna dqiq kienet saret. Normalment l-ghagna kienet tkun ta' madwar tletin jew erbghin wizna dqiq.
Hames Soldi r-Ratal

Tajjeb li wiehed ighid, li qabel il-familji kienu aktar numeruzi minn ta' llum. Allura l-familji numeruzi kienu jixtru hobz kbir. Il-furnar, qabel kien jaghmel hobz ta' daqsijiet differenti. Insibu li kien jaghmel hobz tar-ratlejn, ta' ratal u ta' nofs ratal. Il-hobz kien jinbiegh bl-uzin u mhux bil-prezz ta' kull hobza kif inhu llum. Il-prezz tal-hobz, qabel kien ta' hames soldi kull ratal. Jigifieri zewg centezmi tal-lum. Bhalma diga' ghidt, il-hobz kien jintizen. Allura x-xerrej, kien joqghod ihares lejn il-bejjiegh tal-hobz biex jizinlu. Jekk il-mizien ma jkunx kalat, allura x-xerrej joqghod jistenna l-gonta, jigifieri l-bejjiegh tal-hobz, jaqsam hobza ohra u jpoggi bicca mil-hobza fil-mizien mal-hobza l-ohra sakemm jigi l-piz mitlub mix-xerrej. Qabel ma kien hawn il-vetturi li hawn illum, il-hobz, il-furnar kien ibighu f'kaxxa kbira ta' l-injam migbuda minn bhima. Normalment minn ziemel jew baghal.

Ghodod tal-Forn.

ll-furnar kien ikollu diversi pali biex idahhal il-hobz fil-forn. Dawn il-pali kienu jkunu b'lasti ta' qisien differenti. Bil-pali t-twal, kien jibda jpoggi l-hobz l'gewwa tal-forn. Imbaghad, bil-pala b'lasta iqsar, kien juzaha meta jkun kwazi nofs il-forn mimli. B'hekk kien jahdem aktar komdu. Insibu wkoll ir-raspa, din tintuza biex tobrox il-magna u tqatta' biha. Is-sikkina tintuza biex taqla l-ghagina minn gol-magna. ll-gebbieda tintuza biex thawwad il-gali, il-faham u l-injam li jkun hemm fil-gali. Kull meta taraw dik il-hobza sabiha, frott il-bravi furnara Qormin, qatt ghaddielkom minn mohhkom kemm xoghol sar, sakemm waslet dik il-hobza bnina fuq il-mejda ta' l-ikel tad-dar taghkom?

Il-Hobz Illum.

Fil-prezent, fil-Belt Pinto ma nsibux fran antiki. lzda nsibu wkoll fran imghammrin b'taghmir ta' l-ahhar teknologija moderna. Illum il-furnar Qormi, sar konxju mill-igjene u hekk ghandu jkun. Illum il-gurnata, f'uhud mill-fran Qormin, wiehed jista' jitpaxxa b'varjeta' kbira ta' hobz. Ma jsibux biss, hobzz tal-Malti.... hobz kif nafuh dari. Imma llum wiehed isib jixtri wkoll hobz ta' l-ispang, b'toghma differenti mill-hobz normali. Il-furnar Qormi llum il-gurnata joffri hobz ta' l-aqwa kwalita', u bnin ghall-ahhar. L-izvilupp tal-Hobz f'Hal Qormi kiber wisq u jibqa' bhalma dejjem kien, in-numru wiehed fil-Gzejjer Maltin.

 
Referenza minn artiklu li deher fuq http://www.qormi.gov.mt miktub mill-Kav. Carmel Bianchi
Hajr lis-Sur Anthony Grech ta' 25, Triq San Rafel Qormi, Malta Tel no. (356) 21 49 83 12 tal-permess li tani biex nigbed ir-ritratti