Fil-passat il-magni li kienu jintuzaw mill-haddied kienu jahdmu manwali (igifieri bl-idejn u mhux bid-dawl bhal tal-lum). Izda permezz tat-teknologija, illum il-haddied ghandu anqas tbatija grazzi ghal-energija elettrika. Fost ghodod u magni li kienu jintuzaw fl-imghoddi insibu:

- forga (kienet tintuza biex issahhan il-hadid, u wara jintaweg mil-haddied skond il-forma li rieda hu. Kienet tahdem bil-faham, u arja mahluqa minn manfah

- inkwina (din hija cappa hadid, fuq travu ta’ l-injam, biex il-haddied jirbatti (isammar) il- hadid fuqha.

Fil-prezent, dawn rari jintuzaw, ghax il-hadid jigi mghawweg b’magni sofistikati u mhux b’mod manwali, u biex jinghaqad, il-hadid, illum jintuzaw hafna tipi ta’ welding, ezempju: CO2 , Arc welding, Gas welding (oxygen + propane) etcc.. Dawn it-tipi ta’ welding, hadu post ir-rivets. Ghaliex fl-antik, il-hadid kien jinghaqad ma’ xulxin permezz tar-rivets (hadida tonda bhal pin u imxammar minn naha u minn ohra halli ma johrogx), dan it-tip ta’ taqqghid kien isir hafna fit-tarznari ezempju l-vapuri hekk kienu jsiru. Ezempju ta’ vapur illi sar b’dan il-mod, huwa l-vapur famuz hafna “Titanic”. Apparti fil-vapuri, is-snajja tal-haddied tintuza ghal diversi affarijiet ohra. Ezempju l-haddied jaghmel bibien, twieqi, gaggeg, partitions ghal diversi annimali (fil-farms), stallel taz-zwiemel ecc...
Bhala tqattigh tal-hadid, jezistu hafna tipi ta’ magni fil-prezent, b’hekk it-tbatija naqset hafna. Bhal nghidu ahna grinder - filwaqt biex jittaqqab il-hadid, jintuza id-driller. Dawn il-magni issibhom f’qissien varji. Tipi ta’ hadid li jintuza mis-sengha tal-haddied huma varji. Jibda minn hadid solidu sa hadid li huwa vojt minn gewwa bhal tubi u kanni, u kif ukoll folji tal-pjanci li jvarjaw fil-qisien. Fejn ftit ilu ghall-aperturi kien jintuza il-hadid, illum ha postu l-aluminium u kif ukoll il-plastik. Il-hadid meta jkun ser jitwahhal fuq barra jew ikollu kuntatt dirett ma’ l-ilma, jigi iggalvanizzat. L-iggalvanizzar huwa zingu mahlul li jiksi il-hadid halli ma jissaddatx.
Lista ta’ ghodod u magni li jintuzaw illum huma:

• driller (jintuza biex itaqqab)
• welding (jintuza biex jaghqad hadida ma’ ohra)
• sega (tintuza biex taqta affarijiet zghar hafna)
• grinder (biex jaqta hadid kbir)
• zkarpell (ghodda li tikkonsisti minn bicca hadida imma gejja ftit ghal ponta biex ikun jista jaqla l-affarijiet biha jekk ikunu ibsin hafna

Ezempju ta’ kif tinhadem tieqa (fil-qosor):

1. l-ewwel jittiehdu l-qisien ta’ fejn ser tigi it-tieqa.
2. it-tieqa tigi mpingija fuq karta bil-qisien b’kollox
3. il-haddied jaqta’ l-hadid skond il-qisien miktuba
4. meta jkollu l-hadid maqtugh jibda jaqghad ftit ftit
5. biex jaghmel it-tieqa bl-angoli precizi juza l-iskwerra biex il-kantuniera tal-‘kaxxa’ jigu kartabum(halli ma tigix maghwga)
6. meta jara li gejja tajba, jaqqada bil-welding
7. imbghad jaghti daqqiet zghar bl-iskarpell fejn jiwweldja ghaliex il-welding irabbi bhal skorca u dik tkun trid titnehha

Artiklu miktub minn Dieter Galea