Din is-Sezzjoni Zghazagh Stillieri hija sezzjoni fi hdan l-Gaqda Muzikali Anici li hija responsabbli mill-briju u miz-zghazagh fil-Kazin Anici. Din l-ghaqda tahdem matul is-sena biex fil-festa ta' San Gorg, ikun hemm briju waqt il-marci, li l-Ghaqda Muzikali Anici taghmel matul il-festa, imma mhux biss.

Fi zmien is-Sajf jigu organizzati diversi BBq's fejn fihom jattendu numru sabih ta' partitarji. Din is-sezzjoni organizzat ghal-ewwel darba f'Hal Qormi, gewwa l-kazin Wine Taster Competition. Attivita' ohra li tnizzlet fil-kalendarju tas-Sezzjoni Zghazagh Stillieri bhala parti mill-attivitajiet li l-Kunsill Lokali jaghmel ghal Jum Hal Qormi, hi l-5 A-side One Day Football Tournament, li fih jippartecipaw numru sabih ta' timijiet. Dawn l-attivitajiet jigu organizzati matul is-sena taht ir-responsabilita' tal-membri tas-Sezzjoni Zghazagh Stillieri. Fuq dan ir-rigward, is-Sezzjoni hija responsabbli min-newsletter 'Lehen iz-Zghazagh' fejn ghal diversi snin ilha tippubblika. Din is-Sezzjoni bhal kull sena tiehu hsieb li torganizza l-marc tal-ahhar tridu b'mod brijjuz hafna, u kull sena tipprova tohloq sorpriza. Fis-sena 2004 kienet saret kopja to scale tal-faccata tal-Kazin Banda Anici.

Din is-Sezzjoni zgur li se tibqa' tahdem biex il-festa lil San Gorg Martri tkun success.

 

Innu Sezzjoni Zghazagh Stillieri

L-ewwel fil-parrocca
mal-bidu ta' dil-banda
twaqqfet dis-sezzjoni
ghax f'hidmietna hi tafda.

Minn kull sen’ghall-ohra
ix-xoghol taghna hu bla qies
inkbarru l-festa b’hekk
ahna nferrhu lil hafna nies

Iz-Zghazagh Stillieri
Inhobbu l-Gorgi l-patrun
Nemmnu li setghani
Il-mudell taghna jkun.
Liz-Zaghzugh ta’ qalbna
lilu nitolbu kull hin
ibierek din l-Ghaqda
u fi hdanu jzommna maghqudin.

Ref: Kemm inkataw
u nallegraw
iz-zghazagh stillieri nafu niccelebraw
f’San Gorg bil-marci, nferrhu l-Qormin
ghalhekk l-Anici wisq maghrufin
fil-festa l-Qriema maghna mdawrin

Iz-zghazagh Gorgjani ta' Beltna
ma' l-istilla
jiccelebraw.

Iz-zghzazagh Stillieri Qormija
wisq qawwija
u maghrufin.

Mahbub San Gorg taghna
Lilna z-zghazgh Qormin
Zommna dejjem henjn

Ref: Kemm inkataw
u nallegraw
iz-zghazagh stillieri nafu niccelebraw
f’San Gorg bil-marci, nferrhu l-Qormin
ghalhekk l-Anici wisq maghrufin
fil-festa l-Qriema maghna mdawrin

Versi: Kav.Carmel Bianchi Muzika: Mro.Archibald Mizzi

N.B. Minghandu xi ritratti fuq din is-Sezzjoni jista' jibghathom fuq info@cittapinto.com