Ghal min hu midhla tal-hamiem tal-giri, bla dubju li sema' b'dan il-klabb li bhalissa jinsab f’numru 38, Triq San Pietru, Qormi. Il-Klabb kien gie ufficjalment miftuh fis-sajf tal-1979 biex imbaghad il-membri tieghu setghu jibdew isuqu l-ewwel stagun proprju minn dan il-post li dak iz-zmien kien jinsab fil-qalba tal-wied ta' Hal-Qormi proprju fi Triq l-Gharghar 1979. Il-hsieb ghal dan il-klabb kien ilu jinhass ghax wiehed seta' facilment jara kemm kien hemm membri dilettanti Qriema imferxin ma' klabbs ohra diversi f Malta. ll-mohh principali wara dan il-hsieb kien is-sur Gorg Barbara (Perpira) wara li dan kien talab l-ghajnuna tal-habib tieghu Joseph Mifsud (il-Ginger) biex imbaghad ma harsux lura, u x-xewqa taghhom saret realta'. Mill-ewwel kien qed jidher li kien se jirnexxi minhabba l-fatt li hafna kienu dawk li gew kitbu isimhom bhala membri u li sal-lum ghadhom hawn.

Bhal kull socjeta’ ohra mill-ewwel kien gie ffurmat kumitat kompost mis-sinjuri V. Farrugia (President), J. Mifsud (Ass. Pres.), G. Barbara (Tezorier), A. Bezzina (Segretarju), l-ahwa Falzon, F. Abela (membri). Kif huwa ovvju il-bidu kien iebes hafna, ghaldaqstant dan l-ewwel kumitat mill-ewwel kien haseb biex jorganizza shows, bejgh ta' hamiem u modi ohra kif jibdew dehlin il-fondi biex is-socjeta setghet tibda miexja l-quddiem.

Il-klabb ta' Hal-Qormi jew ahjar il-Qormi Racing Pigeon Club huwa t-tnax il-wiehed f'Malta u li sal-lum wiehed jista' jara erba' u ghoxrin klabbs imferrxin ma' Malta u Ghawdex. II-Q.R.P.C bhalissa jhaddan madwar 76 membru attivi u meta wiehed iqis li l-ammont ta' membri fi klabbs ohra qed dejjem jonqos minhabba l-hajja tal-lum mhux l-istess jista' jinghad dwar dan il-klabb, minhabba li fil-fatt matul dawn is-snin li ilu miftuh qatt ma kien taht is-sebghin membru. It-tlielaq tal-hamiem tal-giri huwa sports hekk nadif u sabih u ghaldaqstant nawguraw lil dan il-klabb u ohrajn bhalu biex bis-sahha u l-ko-operazzjoni tal-membri kollha jimxi aktar il-quddiem.

Artiklu miktub minn Mario Facciol