![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Qormi Hockey Club gie mwaqqaf fl-1971
meta grupp ta’ studenti mill-iskola sekondarja Guze Galea f’Hal
Qormi bdew jilghabu il-Hockey taht il-kowb u ghalliem ‘Chossie’
Kerr. Wara tant zmien, illum il-hockey ghadu jintlaghab f’Hal Qormi
u tista’ tghid sar wiehed mill-isports popolari fir-rahal. Kull
bidu huwa difficli. Il-plajers tal-hockey kienu jiltaqghu go xi garaxx
jew xi karma tal-Qormi F.C, sakemm il-klabb issetilja gol-Kumpless Sportiv
fit-Triq Manwel Dimech, fejn illum hemm hafna facilitajiet biex dan l-isport
jista’ jsir. Fil-fatt il-Qormi Hockey Club huwa l-ewwel club f’Malta
li ghandu ‘synthetic pitch’. |
![]() |
![]() |
L-ewwel ta’ Dicembru, 2000, kien mument storiku
ghall-Qormi Hockey Club. Fil-fatt is-Sur Joseph Grech u s-Sur Reuben Chircop
iffirmaw kuntratt fl-Ufficju tas-Segretarju Parlamentari tal-Isports,
Jesmond Mugliett. Dan il-kuntratt kien ifisser li il-kumpless sportive
ta’ Triq Manwel Dimech gie moghti ghall-49 sena. Dan kien bidu ta’
zmien fejn il-Qormi Hockey Club jibda jgawdi minn dan il-kumpless. Illum
il-klabb ghandu zewg pitches artificjali hdejn xulxin, flimkien ma dressing
rooms, erja ghat-tfal u bar. Dawn il-pitches qed jintuzaw ukoll bhala
pitches ghall-futbol, u qed iservi sors ta’ qliegh ghall-klabb.
Il-Qormi Hockey Club huwa membru attiv tal-Hockey Association of Malta.
Il-klabb jiehu sehem f’kull kompetizzjoni organizzata mil-Hockey
Association of Malta li tinkludi it-tim tal-kbar, tar-riserv, u tal-juniors
U-14 u U-16. |
Fil-fatt is-sezzjoni tal-Juniors bidet f’Ottubru
tal-2003. Taht it-tmexxija ta’ Ramon Chircop u Steven Cachia, in-nursery
imxiet hafna ‘l quddiem, u fil-prezent hemm numru sabih ta’
tfal u zghazagh jiehdu sehem. Fil-fatt illum 4 sezzjonijiet ta’
gruppi differenti fil-juniors. Dawn huma wiehed ‘Under 13’,
tnejn ‘Under 11’, u wiehed ‘Under 9’. Fil-juniors
hemm ukoll numru sabih ta’ bniet li qeghdin jitrenjaw il-hockey.
Il-sezzjoni tal-Juniors tal-Qormi Hockey Club kellha success sabih gewwa
Sqallija . L-ghan tal-klabb huwa li l-loghba tal-hockey issir loghba tal-familja
kollha. |
Successi matul is-snin: 1972/1973 Rebbieha tal-Junior League |
Il-Qormi Hockey Club ghandhom ukoll websajt li hi: http://www.qormihc.tk |
![]() |