![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Qormi F.C gie mwaqqaf fis-sena 1961,
wara li inghaqdu il-‘Qormi Youngsters’ u ‘Qormi United’.
Fil-fatt il-klabb tal-futbol qormi ghalaq 40 sena fl-2001. Il-Qormi F.C
huwa klabb registrat mal-MFA (Malta Football Association). Il-kuluri tal-klabb
huma iswed u isfar, u l-motto huwa ‘Fl-Ghaqda s-Sahha’. Il-klabb
ghandu wkoll in-‘nursery’ tieghu fejn tfal u zghazagh jigu
mrawwma fil-loghba tal-futbol. Fil-fatt man-‘nursery’ insibu
madwar 200 tifel. Il-klabb ghandu wkoll tim tal-futbol tas-sezzjoni tan-nisa.
Il-klabb insibuh go Pjazza San Frangisk. Dan il-post hemm fih bar, ‘dressing
rooms’ bis-‘showers’, u sala tal-konferenzi. Il-klabb
ghandu wkoll il-grawnds li nsibuhom fi Triq Valletta. Fil-fatt insibu
grawnd tar-ramel u iehor ta’ tapit sintetiku. Barra l-grawnds, fil-post
insibu wkoll sala tal-konferenzi, ‘gym’, ‘dressing rooms’,
‘showers’ u bar. Hawnhekk insibu wkoll il-‘Headquarters’
tal-Youth Nursery ta’ Hal Qormi. |
![]() |
Matul iz-zmien kien hemm diversi successi fosthom
tal-Qormi Youngsters rebhu ‘Divsion III Section ‘A’
fl-1956/57. Il-Qormi United rebhu Division III Section ‘A’
fl-1958/59, u fl-1959/60 rebbieha ghall-darbtejn tal-Amateurs Cup u ta’
Division III Section ‘B’. Bhala Qormi F.C kien hemm ukoll
diversi successi, fosthom rebbieha ta’ Division III Section ‘B’
u promossi Section A tal-istess divizjoni fl-1962/63. Fl-1963/64 gew promossi
ghat-Tieni Divizjoni. Fl-1966/67 gew promossi ghal-ewwel divizjoni. Kien
hemm diversi successi ohra matul iz-zmien. |
Kif ga ssemmiet, il-Qormi FC ghandha
wkoll is-sezzjoni tan-Nursery. L-istorja tas-Sezzjoni tan-Nursery tmur
lura sal-1972 meta Carmelo Attard maghruf bhala ‘Karmnu id-Donc’,
kien organizza tim ta’ subien u taghhom l-isem ta’ Qormi Young
Boys u kienu jiltaqghu gol-garaxx ta’ Carmelo fi Triq Dun Guzepp
Vella. Dan it-tim kultant kien jilghab xi loghb ta’ hbiberija sakemm
fis-sena 1976/1977, it-tim ippartecipa go kompetizzjoni ta’ that
is-sittax –il sena, maghruf bhala ‘Junior Friendship Soccer
League’ fejn spiccaw it-tieni bi tnax –il rebha, draw u telfa,
b’zewg punti that Valletta Stars, u b’telfa ma’ Hamrun
Liberty. It-tim baqa’ jippartecipa f’dan il-lig, u fis-sena
1979/1980 telghu fil-finali tat-Tazza Repubblika imma tilfu kontra Sliema
Wanderers fil-Gzira Stadium. Din kienet l-ahhar sena tal-‘The Junior
Friendships Soccer League.’ |
Wara dan gie iffurmat ‘The Under 16 Football
Association’, u fis-sena 1979/1980 beda il-loghob fil-Marsa. Kien
dan iz-zmien li l- Qormi Young Boys inghaqdu mal-Qormi Amateur Club li
hadu l-isem ta’ Qormi Rockers Young Boys. Fis-sena 1980/1981 telghu
ghal zewg finali imma sfortunatament tilfuhom it-tnejn. Fl-1982/1983 gie
mwaqqaf il- ‘Youth F.A’, u l-klabb beda jiehu sehem fil-kategorija
ta’ taht l-erbatax –il sena. Fis-sena 1983/1984 it-tim Qormi
rebah ‘Sezzjoni D’. Min dawn it-timijiet kien hemm diversi
plajers li baqghu jissemmew fejn marru inghaqdu ma’ timjiet ohra.
Maz-zmien, kien hemm diffikultajiet finanzjarji kbar, u l-klabb inghaqad
mal-Qormi F.C fejn ukoll ha dan l-isem. Fis-sena 1987/1988 is-sezzjoni
ta’ taht it-tlettax –il sena tela’ fil-finali imma tilef
kontra l-Marsa White Stars. Fl-1988 gie iffurmat il-Qormi F.C Youth Nursery.
Fl-1989 l-‘Under 12’ rebhu ‘The Under 12 Express Christmas
Tournament’, organizzat min-‘nursery’ stess u li jsir
kull sena. Minn hawn ‘l quddiem, is-sezzjoni tat-tfal u zghazagh
baqa’ jkollhom diversi successi, kif ukoll loghob ma’ timijiet
internazzjonali gewwa l-Italja. Minn din in-‘nursery’ hargu
diversi plajers li mxew fil-karriera tal-futbol. |
Mill-bidu tal-fondazzjoni taghha, fl-1988 in-‘Nursery’ kellha diversi ‘coaches’ bhal Twanny Grech, Joe Gerada, George,Cassar, Tony,Cachia, Iro Curmi, Tony Barbara, Chouchi Trabelsi, Joe Cassar, Charles Micallef, Gyorgy Handel, Renis Hyka, Sunny Attard, Johann Scicluna, Chris Montford, Mark Tabone, Mario Mifsud, Chris Kenely. Kien hemm diversi plajers li hargu min-‘nursery’, fosthom Reno Aquilina , Adrian Ciantar, Mark Tabone, Gino Azzopardi, Mark Attard, Joseph Camilleri, Johann Scicluna, Domenic Cassar, Victor Schembri, Michael Azzopardi, Joseph Saliba, Clyde Grech, Fabio Micallef, Stephen Pace, Duncan Edwards, Aaron Buhagiar, Steve Baldacchino u Chris Ellul. L-ahhar successi tal-Qormi F.C. kienu li fis-sena 2006 saru rebbieha tal-Kampjonat tat-tieni Divizjoni , kif ukoll rebbieha tal-K/O tat-tieni u t-tielet divizjoni. J’Alla li ma ndumux ma naraw lil Qormi F.C jilghab fil-Premier
Division. |
| Il-Qormi F.C. ghandhom websajt li hi: http://www.freewebs.com/qormifc/ |
![]() |