Hal Qormi ghandu jkun kburi li llum ghadna diversi klabbs sportivi, fosthom insibu l-Qormi Athletic Club (QAC). Il-Qormi Athletic Club infetah madwar is-sena 2002, bl-iskop li jrawwem kultura sportiva f'Hal Qormi. F'dan iz-zmien li dan il-klabb huwa miftuh , kien zmien verament ta' hidma intensiva ghax gew organizzati diversi attivitajiet bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Hemm tim tajjeb b'kumitat li jahdem ghal ghan wiehed. L-attivita' principali ta' kull sena tkun il-Qormi 10K Road Race li tigbed diversi atleti minn Malta kollha biex jippartecipaw fiha. Din l-attivita' qed tkun success kull sena u l-livell qed jitjieb minn sena ghal sena. Barra hekk il-Qormi Athletic Club ma jinsiex dawk l-isportivi li jkunu ghadhom jibdew, kif ukoll dawk it-tfal li jkunu jixtiequ jingibdu ghal dan l-isport. Fil-fatt il-Qormi Athletic Club jorganizza 'Fun Run' li fiha kulhadd jippartecipa minghajr ebda kompetizzjoni imma biex kulhadd jiehu gost fi spirtu sportiv.
In-numru ta' atleti li jiddeciedu li jtellqu f'isem il-QAC, kif ukoll il-membri qieghed dejjem jizdied. Ghalkemm il-klabb ghadu kemm beda il-hidma tieghu jidher li ghandu futur sabih. Il-Qormi Athletic Club jaqa' taht l-aswpici tal-Malta Amateur Athletic Association (MAAA) u kull darba li tigi organizzata xi tellieqa, ir-regoli jaqghu taht din l-assocjazzjoni. Ghal quddiem hemm il-hsieb li tinbeda nursery ghal tfal li jixtiequ jipprattikaw dan l-isport u dawn jinghatalhom it-tahrig li jkollhom bzonn.
Kuntatt: Emmanuel Montabello Mobile: 79030359 email: emqormi@hotmail.com
Artiklu mehud u addatat mill-Harga 'Id-Dielja', Dicembru 2005