Minhabba r-rabta kbira li baqghet tezisti bejn il-Gran Mastru Pinto u Hal Qormi, tajjeb li hawnhekk naraw fil-qosor min kien dan il-hakkiem ta' Malta li, b'saltna ta' 32 sena, kien l-aktar Gran Mastru li dam jirrenja fuq il-gzejjer Maltin, kwazi terz ta' seklu. Emanuel Pinto de Fonseca, biex naghtu ismu shin, kien membru ta' familja mill-aktar nobbli Portugiza u twieled Lamego nhar 1-24 ta' Mejju 1681, iben Miguel Alvaro u Anna Teixeira. Fit-30 ta' Mejju 1683, meta kellu biss sentejn, dahhluh fl-Ordni ta' San Gwann b'dispensa mill-Papa u fl-1692 gie Malta ghall-ewwel darba biex ikun pagg tal-Gran Mastru Adrien de Wignacourt. ll-voti solenni tieghu bhala kavallier ta' l-Ordni hadhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt nhar it-28 ta' Gunju 1704, meta kellu 24 sena. Hutu Vicente Alvaro u Martin Alvaro kienu wkoll kavallieri.

Pinto kien pjuttost studjuz tal-Letteratura, Teologija, Filosofija, Gjometrija u l-Ligi Civili u Kanonika. Fil-5 ta' Novembru 1714, lehaq Vici-Kancellier ta' l-Ordni u dam imexxi l-Kancellerija sal-5 ta' Frar 1735. Sadattant lehaq Balliju u nghata f'idejh il-kommanderiji ta' Cleiros u de Fontes. Minbarra hutu, Pinto kellu diversi qraba membri ta' l-Ordni u kienu jghixu flimkien f'palazz kbir il-Belt maghruf bhala Palazzo Britto, hdejn il-knisja tal-Karmnu, li floku Hum hemm numru ta' flats. Fit-18 ta' Jannar 1741, tliet ijiem wara l-mewt tal-predecessur tieghu Raimondo Despuig, Pinto intghazel bhala l-Gran Mastru l-gdid.

Ma jistax jonqos li saltna twila ta' terz ta' seklu ma tkunx imzewqa b'kollox. Sar il-gid ghalkemm kien hawn ukoll problemi kbar li kuntant m'hux dejjem sehhew tort ta' Pinto izda minhabba s-sitwazzjoni fl-esteru. ll-gwerer fl-Ewropa kienu jheddu n-newtralita' ta' l-Ordni, Sqallija ma riditx taccetta s-sovranita' ta' l-Ordni fuq Malta, Franza kienet habiba mat-Turkija u lill-Ordni telfitu hafna fil-glieda kontinwa kontra l-Mislem, fil-waqt li Pinto personalment xejn.

Fil-fatt, sentejn wara mewtu sehh irvell kontra s-successur tieghu, l-Ispanjol Francisco Ximenes de Texada, li spicca fix-xejn. Izda, qabel ma wiehed jaqbad jikkundanna lil Pinto, irid iqis iz-zmien li fih kien jghix. Pinto kien rifless ta' zminijietu u l-andament ta' l-affarijiet fl-Ewropa. La kien aghar u lanqas ahjar minn haddiehor. Kien iz-zmien li fl-ahhar wassal ghar-Rivoluzzjoni Franciza tal-1789 li kellha l-gheruq taghha f'dak kollu li sehh fl-Ewropa matul is-seklu tmintax.

Dwar ir-relazzjonijiet tieghu ma' Hal Qormi, naghmluha cara li m'hux veru dak li ntqal u nkiteb minn xi whud li Pinto kien ingibed lejn dan ir-rahal ghax ha l-pussess ta' l-lmdina nhar it-23 ta' April 1741 u mbaghad ghadda Hal Qormi ghall-festa. Biex inkunu precizi, Pinto ha l-pussess ta' l-lmdina fl-14 ta' Ottubru u b'hekk tixxejjen parti mill-ghidut fiergha. Barra minn hekk, fil-festa tal-1741 kienet izzanznet il-vara titulari ta' San Gorg, fatt li nsibuh deskritt fid-djarju tal-istudjuz Injazju Saverju Mifsud bhalma sejrin naraw aktar 'il quddiem. Mifsud nizzel hafna dettalji izda ma jsemmix li l-Gran Mastru Pinto kien prezenti ghall-festa. Ghandna ghax nahsbu li, kieku Pinto tassew kien Hal Qormi ghall-festa, Mifsud ma kienx ser ihalli barra fatt hekk importanti. Almenu s'issa, jidher li l-gibda li kellu Pinto ghal Hal Qormi kienet gejja mit-talba biex issir belt, talba li hu accetta u ghammidha b'ismu stess.

Pinto miet nhar il-21 ta' Jannar 1773 fl-ghomor ta' 91 sena. Sa' l-ahhar ta' hajtu, minkejja l-eta' kbira tieghu, mohhu baqa' lucidu u kien imexxi kollox hu, fatt li nsibuh imnizzel ukoll fil-kitbiet ta' vizitaturi barranin f'Malta.

Tifkiriet ta' Pinto f’Hal Qormi

Li kieku wiehed kellu jhares madwaru f' Hal Qormi biex ifittex fdalijiet konkreti arkitettonici li jorbtu dan il-lokal direttament mal-Gran Mastru Pinto, ma tantx isib. F'elenku bhal dan nistghu nnizzlu dik li hi maghrufa bhala t-Tribuna ta' Pinto f' Kortil il-Gran Mastru hdejn l-iskola primarja ta' San Bastjan u bini msemmi Dar Pinto, bl-arma tieghu fuq il-bieb ewlieni, fi Triq il-Mithna. Insibu wkoll triq imsemmija ghal Pinto, opri ta' din l-epoka fil-Knisja Parrokkjali San Gorg, xi zewgt idjar kbar li probabbilment inbnew fi zmienu - fi Triq il-Kbira u fi Triq il-Mithna - izda li m'ghandhom ebda konnessjoni diretta mieghu, l-arma ufficcjali ta' Hal Qormi msejsa fuq l-arma gentilizja tal-familja Pinto, u I-isem ufficcjali ta' Hal Qormi - Citta' Pinto - bhalma diga' accennajna. Inzidu wkoll l-isem ta' wiehed mill-kazini tal-banda - Socjeta' Filamonika Pinto, zewg pitturi dwar Pinto fil-Kazini tal-Baned Pinto u San Gorg M, ittra ta' Pinto fil-Kazin Banda San Gorg M, u zewg statwi tal-kartapesta li jintramaw fil-festi ta' San Gorg u San Bastjan li jirraffiguraw lil dan il-gran mastru.

Dan ma jfissirx li f'Hal Qormi ma kienx hawn wirt storiku arkitettoniku li ntilef mal-milja taz-zmien. Izda hu fatt innegabbli li l-aktar prova okulari tar-rabta qormija ma' dan il-gran mastru Portugiz hi t-tribuna li ttellghet fl-1772, bhalma tixhed skrizzjoni fuqha: Meta ghalaq 31 sena Gran Mastru. Jinghad li hdejn din il-logga darba kien hemm bieb tond qisu ta' gnien kbir bis-sena 1770 minquxa fuqu.

S'issa, hadd ghadu ma hareg b'raguni valida ghaliex inbniet din it-tribuna. Izda tajjeb inzommu f'rasna li kienet tmiss ma' bini ta' kumpless agrikolu tas-seklu tmintax li twaqqa' fl-1981 biex l-art inghatat ghall-bini modern. Hasra li sar hekk ghax dan il-bini storiku seta' ntuza bhala Muzew Agrikolu Nazzjonali, li ghadu sallum nieqes f'pajjizna. Dan il-bini kellu konnessjoni mill-qrib mal-Gran Mastru Pinto ghax parti minnu kien uzat bhala stalel ghaz-zwiemel magistrali u li dwarhom insibu xi referenzi fl-arkivju tal-manuskritti tal-Librerija Nazzjonali ta' Malta. X'aktarx li originarjament din it-tribuna, li l-istoriku Carmelo Testa jirreferi ghaliha bhala stone covered canopy, kienet f'nofs dan il-bini agrikolu.

Intqalu hafna hmerijiet dwar x'kien l-uzu ta' din il-binja zghira li, meta ttellghet, flimkien mar-razzett agrikolu, kienet ftit 'il barra mir-rahal proprju billi Hal Qormi kien ferm izghar dak iz-zmien u kien koncentrat fuq il-parti maghrufa bhala San Gorg. Fost dawn il-hmerijiet insibu li Pinto kien joqghod tahtha biex jara t-tigrijiet tal-bhejjem, haga li ma setghetx tkun ghax, l-ewwel nett, ebda korsa tat-tigrijiet ma kienet ghadha tezisti u, t-tieni nett, hafna mill-pjanura tal-Marsa ma kinitx hiief bassasa jew marshland. Teorija ohra hi li nbniet biex isservi ta' post fejn jingabru l-qbiela izda din ukoll ma taghmilx sens ghax, jekk inharsu lejha logikament, min ser joqghod jibni tribuna trijumfali biex jigu n-nies fiha halli jhallsu l-qbiela, haga li facilment ssir f'post aktar komdu!

Izda, jekk nersqu aktar qrib zmienna, nsibu li Haz-Zebbug u Haz-Zabbar aktar 'il quddiem ukoll inghataw it-titlu ta' belt u, bhala tifkira, it-tnejn waqqfu bieb trjumfali fis-snin ta' wara, anzi ta' Haz-Zebbug damu 21 sena qabel tellghuh. F'Hal Qormi m'hawn ebda bini li ttella' biex jikkommemora l-grajja tal-1743 u, allura, jista’ jkun minghajr ebda prova: jista, li din it-tribuna ttellghet biex tfakkar l-ghoti tal-isem Citta' Pinto lil Hal Qormi? Min jaf!

 

Riferenzi:‘Mill-istorja ta’ Hal Qormi’, ta’ Joseph F.Grima, Vol.1 (2001)