![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Maestro Chev. Anton Muscat Azzopardi,
A.Mus.L.C.M., twieled Hal Qormi fit-23 t’Awissu tal-1903
u huwa iben Guze’ Muscat Azzopardi maghruf bhala missier il-letteratura
maltija. Minghand missieru, Anton wiret talent ghall-kitba. Fi tfulitu
Anton, kellu marda serja u twil, li fortunatament ghadda minnha u fieq
u wara qabad l-istudju muzikali b’serjeta’ kbira. Is-Surmast
Carmelo Abela Scolaro kien wiehed mill-ewwel ghalliema ta’ Anton
Muscat Azzopardi, imabaghad studja taht is-surmastrijiet Manwel Spiteri,
Giuseppe Abdilla, Paolino Vassallo u Carlo Diacono, studja qatigh u tajjeb
hafna, l-armonija u l-kontrapunt. Fl-1923, inhatar direttur muzikali tal-banda
tal-istitut San Guzepp. Anton mexxa diversi baned maltin bhall-Banda Sant’Andrija
ta’ Hal Luqa, il-Banda Stella Maris ta’ tas-Sliema, il-Banda
Queen’s Own tal-Isla, il-Banda Mount Carmel tal-Gzira, il-Banda
San Gorg ta’ Hal Qormi, il-Banda tal-Approved School, u l-Banda
L’Isle Adam tar-Rabat Malta. Anton Muscat Azzopardi kkompona hafna
bcejjec muzikali sagri, barcolles, u marci popolari. F’Mejju tal-1964
nhatar membru ta’ l-Ordni Sovrana ta’ San Gwann ta’
Gerusalemm. Il-kavallier Anton Muscat Azzopardi kiteb ukoll studji fuq
il-kompozitur malti Dun Mikelang Vella u l-pittur malti Joseph Burlon.
Anton Muscat Azzopardi miet fit-8 ta’ Dicembru 1979 fl-eta’
ta’ 76 sena. (2) |
![]() |
Maestro Abel Mizzi, A.Mus.L.C.M.,OSA., twieled
fit-28 ta' Settembru tal-1924, f'Hal Qormi. Huwa wiehed minn hames ahwa
(3 bniet u 2 subien). Missieru Frangisku Saverio u Ommu Victoria Stivala.
Tghallem l-iskola ghand is-sorijiet Agostinjani, fl-iskola tal-Gvern u
spicca l-istudji tieghu fil-Kullegg De La Salle. Fis-sena 1943, meta kellu
ghaxar snin beda jitghallem il-muzika fil-Kazin San Gorg Martri ghand
is-Surmast Angelo Pullicino. Fl-1942, beda jahdem Lascaris mas-servizzi
Inglizi u wara nqabad bil-lieva u dahal fir-Royal Air Force fejn dam jahdem
sal-1946. Fl-1944 izzewweg u kellu seba' ulied (2 subien u 5 bniet), fosthom
insibu lis-Surmast Archibald Mizzi u Rueben Mizzi. Fl-1946 kompla l-istudji
tal-muzika taht l-Assistent Surmast Saver Gatt u hareg idoqq fl-1947.
Is-Surmast Mizzi kompla bl-istudji tieghu fil-muzika ghand is-Surmast
Carmelo Pace u fl-1958 kiseb id-Diploma A.Mus.L.C.M. Fl-1953 kien mahtur
Assistent Surmast tal-Banda San Gorg. Dak iz-zmien kien surmast direttur
anton Muscat Azzopardi. F'Jannar tal-1963 lahaq surmast direttur, tal-istess
kazin. Kariga li dam fija sal-2002. Is-Surmast Mizzi idderiega diversi
baned ohra fosthom il-Banda Trinita' Qaddisa tal-Marsa, kien l-ewwel surmast
tal-Banda Lourdes ta' Rahal Gdid, surmast tas-Socjeta' Stella Levantina
ta' H'Attard. Is-Surmast Mizzi kien l-ewwel wiehed li ntroduca allievi
nisa fil-baned maltin. Kull fejn kien dejjem idedika hajtu ghat-taghlim
tal-muzika. Is-Surmast Mizzi ikkompona diversi valzi, marci ferrieha,
funebri, innijiet sagri u fantasiji. Ghal hafna snin mexxa ukoll is-Song
Contest li jsir miz-Zghazagh Haddiema Insara. Fis-sena 2002 gie maghzul
bhala surmast temporanju ghall-banda tal-Pulizija, kariga li dam fiha
sitt xhur biss. (4) |
![]() |
Maestro Patri Giuseppe Spiteri
Fremond, twieled fl-20 t'Ottubru 1804 f'Hal Qormi. Meta kellu
16-sena beda jistudja l-muzika taht is-Surmast Giuseppe Burlo. Sentejn
wara dahal patri fl-Ordni tal-Agostinjani. Kien l-Isqof Mattei fil-25
ta' Novembru tal-1827 li kien ordnah patri. Wara l-ordinazzjoni tieghu
kompla jistudja l-muzika. Fl-1839 mar Genova u wara zar bosta bliet fl-Italja
stess, fosthom Ruma fejn ikkompona 'Mass'. Wara zar diversi pajjizi fosthom
Franza, Ingilterra u l-Art Imqaddsa. Meta kien fl-Egittu kkompona 'Miserere'
ghal komunita' kattolika. Spiteri Fremond irritorna lura Malta fis-sena
1842 u ddedika lilu nnifsu fl-istudju u l-komposizzjonijiet tal-muzika.
Huwa kien jghallem il-muzika fl-iskola Agostinjana fil-Belt Valletta.
Bejn is-sena 1852-1873 huwa kkompona 'l fuq minn 50 komposizzjonijiet.
Kien Maestro di Cappella f'diversi knejjes. Huwa biddel l-istil tieghu,
minn dik sagra ghall-operistika. Introduca wkoll li l-irgiel ikantaw fil-korijiet
tal-knejjes. Ma kkomponix biss muzika sagra izda wkoll sinfoniji, romanzas,
cantatas, u mazurkas. Huwa miet fil-kunvent tal-Agostinjani l-Belt fit-12
ta' Frar 1878. F'Hal Qormi nsibu triq imssemmija ghalih. (5) |
Maestro Giorgio Zarb (1854 -
1934), surmast direttur taz-zewg baned Qormin. (1) |
![]() |
| Maestro Nikol Montebello (6.12.1872 - 6.5.1930),
Nikola Montebello twieled Hal Qormi fis-6 ta’ Dicembru ta’ l-1872
minn Ganmari u Karmela née Buhagiar. Huwa gie mghammed fil-Parrocca
ta’ San Gorg Martri mhar it-8 ta’ Dicembru, 1872, u mghoti l-ismijiet
ta’ Nikola, Gorg u Anton.Fi tfulitu rcieva l-ewwel taghlim elementari
fl-iskola primarja ta’ Hal Qormi. Beda jitghallem il-muzika u kien
idoqq il-mandolina, il-kitarra u l-kurunetta. Kompla jistudja l-armonja,
il-kontrapunt u l-instrumentazzjoni. Nikola zzewweg lil Marija Anna née
Sammut u kellhom tnax-il tifel u tifla li minnhom dawn it-tlieta, Giga,
Karmela u Antionette ghexu ghal hafna snin. Marija Anna, il-mara tas-Surmast,
mietet ta’ 36 sena. Bintu, s-Sinjura Karmela Buttigieg, ghadha hajja
u ghandha 91 sena. Huwa kien Surmast ta’ l-Orkestra Santa Katarina mill-1900 sa l-1909, u tal-Banda Santa Katarina taz-Zurrieq bejn l-1909 u l-1920. Kien ukoll Surmast Direttur tas-Socjetà Mandolinistika Santa Cecilja ta’ Hal Qormi, il-Banda La Vittoria tal-Mellieha, il-Banda San Gorg ta’ Hal Qormi u Bandmaster fin-Navy. Ghamel xi zmien ukoll Surmast tal-Banda Pinto ta’ Hal Qormi. Is-Surmast Montebello miet fid-dar tieghu f’nru. 78 Triq San Pietru, Hal Qormi, nhar is-6 ta’ Mejju ta’ l-1930 fil-5.15 ta’ filghodu fl-età ta’ 57 sena. Il-funeral tieghu sar fis-7 ta’ Mejju, 1930, u l-Banda San Gorg Martri hadet sehem bil-marci funebri mid-dar tieghu sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg Martri. Membri tas-Socjetà Muzikali Santa Katarina hadu sehem wara l-istandard flimkien ma’ Ghaqdiet Muzikali ohra. Huwa gie midfun fic-Cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata. |
![]() |
Maestro Joseph Magri (1918-2000),beda
l-karriera tieghu bhala klarinettist. Fl-1932 inghaqad mal-banda tal-Army.
Fl-1936 gie mibghut fil-London's Royal Military School of Music, fejn
rebah tlett unuri fl-armonija, klarinista u bhala l-aqwa daqqaq ta' strument
fl-1937. Fl-1944 mexxa banda tal-Army imma rega' tela' Londra ghall-kors
ta' tlett snin. Fl-1964 Magri gie moghti 'The Composers fellowship diploms',
mill-Kullegg tal-muzika ta' Londra. Tul is-snin baqa' jdoqq il-klarinet
bhala solista u jikkomponi l-muzika. Magri fl-1951 lahaq surmast direttur
tas-Socjeta' Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan. Ikkompona diversi
marci, innijiet, l-Ave Maria, Te Deum, Requiem u ohrajn. (3) |
![]() |
George Debono, twieled
f’Hal Qormi fit-13 ta’ Novembru, 1955. Iben Maria nee Camilleri
u Emmanuel Debono. Attenda l-iskola Primarja ta’ Santa Monika f’Hal
Qormi u fis-Sekondarja fil-Kulegg ta’ l-Agostinjani tal-Pieta. Beda
jistudja l-pjanu mas-Sinjorina Georgina Meli kif ukoll ma’ Mro.
Carmelo Schembri. U fis-sena 1971 kien beda jdoqq il-Baxx mas-Socjeta’
Fialrmonika Pinto. Fl-1979 beda jistudja l-armonija u l-kompozizzjoni
ma’ Mro.Carmelo Pace. Fl-1980 iggradwa b’zewg diplomi A.(Mus).L.C.M.,
L.(Mus) L.C.M. Fl-1983 kien appuntat Surmast Direttur ta’ l-istess
Banda Pinto, fejn kien dam sal-1993. Ingagga mal-Banda tal-Forzi Armati
ta’ Malta fis-sena 1976 fejn fl-1985 kien inhatar Surmast direttur
tal-istess banda. Ghal bosta drabi idderiga l-orkestra tal-Festi Internazzjonali,
l-Festival ta’ l-Ewropa. Huwa rtira mill-F.A.M. fl-2002 fejn spicca
bil-Grad ta’ Kaptan. Minn barra l-arrangamenti muzikali, ikkompona
bosta marci fosthom ‘Insellmulek Sebastjanu’, marci funebri,
valzi tal-Ghid, Fantasija ‘Il-Qniepen mill-Kampnar’, Suite
‘FEsti Maltin’, ‘Impressions’, ‘Solo for
Timpani’, ‘Geomar Fantasy’. Kiteb u pproduca l-Musical
‘Sebastjan’. George Debono huwa mizzewweg lill-kantanta Mariella
Pace Asciak u ghandhom zewg subien Malvin u Geordie. |
![]() |
Referenzi: (1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri |
![]() |