![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Prof. Patri Gundislav Grech,
O.P., Ph.B.,D.D.S.Th.M., P.E.P., jew Giuseppe Grech twieled Hal
Qormi fil-5 t'Awissu tal-1910 u nghata l-isem ta' Gundislav. Meta kellu
19-il sena fl-1929 issieheb ma l-Ordni tal-Patrijiet Dumnikani. Patri
Gundislav studja fil-Kullegg San Tumas t'Akwino' ir-Rabat ta' Malta u
fl-Istitut Pontificju Internazzjonali 'Angelicum' ta' Ruma fejn gie ordnat
parti fl-1935. Imbaghad sa tlett snin wara, Patri Gundislav irnexxielu
jikseb lettorat, licenzjat u dottorat fit-Teologija. Meta gie Malta fl-1938,
nhatar mexxej tan-novizzi u l-istudenti dumnikani, fil-kunvent tar-Rabat.Huwa
kien ukoll jghallem il-filosofija u aktar tard l-apologetika fil-Kullegg
San Tumas t'Akwino. Fl-1950 rega' lura Ruma biex jahdem l-edizzjoni kritika
tax-xoghlijiet ta' San Tumas t'Akwino flimkien ma' Dumnikani ohrajn. Fl-1954
inhatar Professur tat-Teologija Dommatika, fil-Kullegg 'Angelicum' f'Ruma.
Bejn l-1956 u l-1962 serva bhala Dekan tal-Istudji fl-istess kullegg u
wara fl-1985 rega' Malta bit-titlu ta' 'Professor Emeritus'. Huwa attenda
diversi konferenzi u kungressi internazzjonali, mexxa konferenzi fil-Germanja
u fl-Istati Uniti tal-Amerika. Kien ukoll kummissarju quddiem il-kongregazzjoni
sagra tar-religjuzi. Patri Gundislav kien ukoll jaghmilha ta' sostitut
ghall-kappillani militari tal-forzi tal-Istati Uniti, fil-Germanja, Grecja
u Turkija, matul il-vaganzi tas-Sajf. F'Malta huwa kien membru fil-Kunsill
tal-Fakulta' tat-Teologija, President tal-Kummissjoni Teologika Arcidjocesana,
u Censur teologiku tal-kitbiet ta' Dun Gorg Preca, waqt il-kawza tal-Beatifikazzjoni.
Hadem u stinka ghar-rijintegrazzjoni tal-Fakulta' tat-Teologija f'Tal
Virtu mal-Universita' ta' Malta, hidma li ghaliha tweggah fl-1994 bl-unur
'Pro Ecclesia et Pontifice'. Huwa awtur ukoll ta' diversi pubblikazzjonijiet
ta' livell gholi. Il-Qormi Profs. Patri Gundislav Grech kien miet fil-Milied
tas-sena 1994 fl-eta' ta' 84 sena. (2) |
|
Il-Prof. Patri Gwann Frendo O.P.S.Th.D.
S.Liturg. Mag. (Paris), (6.12.1937 - 2003), minn familja minn
Bormla li fil-Gwerra gew Hal Qormi u baqghu hawn: Professur tal-Liturgija
kompojzan taghna Guze Muscat Azzopardi f'din il-haga influenza ferm, u
mhux biss lill-Poeta Nazzjonali Dun Karm hajru jibda' jikteb il-poeziji
bil-Malti flok versi bit-Taljan, jigifieri wiehed Qormi kien ta' ispirazzjoni
ghal wiehed Zebbugi. Kien jattendi il-Kullegg De la Salle fejn imbaghad
inghaqad mad-Dumnikani fl-1954, fejn kompla l-istudji tieghu fit-Teologija
u l-Filosofija. Fl-1980 sar lecturer tal-Liturgija fil-Fakulta' tat-Teologija
fis-Seminarju tal-Virtu' sal-1988. Fl-1990 sar kap tad-Dipartiment tat-Teologija
Pastorali fl-Universita' ta' Malta. Bejn l-1967 u ll-1976 kien ukoll jghallem
il-Liturgija Pastorali fl-INSERM. Bejn l-1980 u l-1989 serva bhala pirjol
tad-Dumnikani f'Tas-Sliema, bejn l-1981 u l-1989 serva wkoll bhala kappillan
tal-Parrocca Gesu' ta' Nazaret f'Tas-Sliema. , mill-1989 sal-1995 kien
pirjol fil-komunita' Dumnikana fi Gwardamangia, u wara l-1995 serva ukoll
fil-missjoni Dumnikana gewwa l-Albanija fejn hemmhekk miet fit-2 ta' Jannar,
2003. (1)
|
![]() |
L-Avukat Carmelo Testa, L.L.D.,
(15.7.1929 - ), li kien Attorney General, hu mill-Belt ta' La
Vallette, izda gie joqghod fil-Belt ta' Pinto. Hu awtorita' fl-Istorja
ta' Malta dwar iz-zminijiet tal-Granmastru taghna Pinto. Tliet volumi
ohra "Maz-Zewg Nahat tas-Swar", isahhuna fil-fehma li Dr. Testa
hu awtorita' xejn inqas dwar zmien il-Francizi hawn Malta. (1) |
|
| Is-Sur Anthony Mercieca, B.A. (Hons) (1941- ), filologu , studjuz ta' l-Ilsien Malti, kien ghalliem u l-artikli ta' studju li jikteb dwar l-ortografija t-tajba jidhru fil-gurnali u r-rivisti. Ihabrek mhux ftit fi hdan l-Akkademja tal-Malti u hawn f'Hal Qormi ma jistax ikollna proof-reader aqwa minnu, kapaci bhalu, metikoluz daqsu. (1) | |
| Dr. Anthony Paul Aquilina, B.A.(Hons), M.L..DEA, DESS., hu lecturer fil-Junior College ta' l-Universita' u jippublika l-istudji tieghu dwar awturi mil-letteratura Franciza. (1) | |
Dr. Carmel (jew Karmenu) Mallia, D.Litt.,
N.D., B.A.(Hons) (Lond), twieled Hal Qormi fid-9 ta' Novembru
tal-1929. Kiseb l-edukazzjoni sekondarja mis-Seminarju. Huwa studja l-filosofija
fi Franza. Kiseb il-Bacellerat fl-Arti mill-universita' ta' Londra fl-1975,
il-Licenzjat fl-Esperanto fl-1975 ukoll mill-'British Esperanto Association'.
Karmenu Mallia kiseb ukoll Diploma fl-igene tal-ikel u fil-'catering'
tal-lukandi minn Parigi fl-1971. Ha ukoll dottorat fin-Naturopatija (Xjenza
ta' kif tfejjaq il-mard mhux bil-medicini izda b'affarijiet naturali)
u dan fl-1985. Dr.Mallia kiseb ukoll dottorat fil-letteratura, mis-Sussex
College' fl-1991. Karmenu Mallia hadem bhala ghalliem u spettur tas-sanita'.
Il-Qormi Dr.Karmenu Mallia huwa l-fundatur u president tal-'Malta Esperanto
Society'. Huwa wkoll fundatur u membru ta' l-'Esperantista Europienne
des Arts' tal-Belgju u fundatur u membru ta' diversi ghaqdiet ohra tal-Esperanto.
Dr.Karmenu Mallia huwa l-awtur ta' diversi kotba. Martu kienet is-sopran
Hilda Tabone (20.9.1932 - 5.2.1978), li llum qed tkanta bla ma tinsema'
fil-hemda tac-cimiterju ta' Hal Qormi taghna. (2) |
![]() |
Ir-Reverendu Dottor Patri Gorg Aquilina,
O.F.M., S.Th.D.Dip.Archiv.Eccl.Dip.Chr. Archeolog. (18.7.1939 - ),
twieled Hal Qormi fit-18 ta’ Lulju tal-1939, kiseb l-edukazzjoni
tieghu mill-Kullegg St.Albert the Great tal-Belt Valletta, u mill-iskola
Sant’Antnin ta’ Ghawdex. Fl-1955, Aquilina ssieheb fl-Ordni
Frangiskana tal-Patrijiet Minuri u studja l-filosofija u t-teologija fis-Seminarju
Frangiskan f’Malta. Wara li sar patri, fl-1964, Patri George ssokta
bl-istudji tieghu fl-Universita’ ‘Antonianum’, f’Ruma,
minfejn iggradwa fit-teologija sagra, fejn specjalizza fl-Istorja u kiseb
il-S.Th.D tieghu (Diploma fis-Sagra Teologija). Patri George Aquilina
ssokta b’aktar studji u kiseb diploma fl-Archivistica Ecclesiastica
kif ukoll diploma fl-Arkeologija Kristjana. Patri Aqulina kien ghalliem
tal-Istroja u tal-Frangiskanizmu, fis-Seminarju Frangiskan u, bejn l-1970
u l-1988 fl-INSERM (L-Istitut Nazzjonali ta’ Studji ghal Studenti
Religjuzi Maltin), u bejn l-1989 u l-1993 kien l-assistent ricerkatur
u jikkatologa fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. Il-Frangiskan,
ippublika l-kotba ‘Marco da Viterbo, Ministro Generale O.Min’,
‘L-Ispiritwalita’ Frangiskana’, ‘Il-Moviment Frangiskan’,
‘Il-Gimgha l-kbira tal-Belt’, ‘Catalogue of the Records
of the Order of St.John of Jerusalem in the National Library of Malta’.
George Aquilina huwa ukoll, il-ko-awtur (ma’ Stanley Fiorini) tal-ktieb
storiku ‘The Origin of Francisanism in Late Medieval Malta’.
Il-Qormi Patri George Aquilina, ippubblika ukoll diversi studji ghorrief
bil-Malti, f’rivisti u pubblikazzjonijiet ohrajn barranin. (2) |
![]() |
Is-Sur Joseph F. Grima, B.A.,(Hons), M.A.,
Dip.Ed. (Admi.Mgmt), PHD ,twieled f'Hal Qormi fis-16 t'Ottubru
tal-1945. Huwa kiseb l-edukazzjoni tieghu mill-iskola ta' Santa Monica,
mill-Liceo u mill-Universita' ta' Malta fejn ha l-Bacellerat fl-Arti u
Masters fl-Istorja. Joseph F.Grima beda l-karriera tieghu bhala ghalliem
fl-eta' ta' 16-il sena fil-Kullegg 'St.Albert' il-Belt. Imbaghad fl-1968
issieheb mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Fl-1989 sar assistant head u
fl-1995 sar kap ta' skola tal-Higher Secondary. Fl-1987 kiseb ukoll diploma
fil-managment u amministrazzjoni ta' l-edukazzjoni mill-Universita' ta'
Malta. Bejn l-1977 u l-1978 hadem bhala 'casual lecturer' ta' l-Istorja
fl-Universita' ta' Malta. Joseph F.Grima huwa wkoll is-segretarju onorarju
tas-Socjeta' Storika Maltija, u membru fil-Bord tal-Matsec ghall-Istorja.
Fost il-pubblikazzjonijiet li ghandna mill-pinna tieghu bhala editur u
kontributur, insibu dawk dwar "Il-Knisja Parrokkjali ta' San Gorg:
Erba' Sekli ta' Storja" (1984) u "Il-Parrocca ta' San Bastjan"
(1988). Kien ukoll l-editur ta' "Lehen Hal Qormi" (1987-1996).
(2)
|
![]() |
Il-Kanonku Dun Gwakkin (jew Joachim" Schembri, B.A.Lic.D., L.S.S., twieled Hal Qormi, fil-25 ta’ Marzu 1930, u kiseb l-edukazzjoni tieghu fil-liceo, u wara fl-Universita’ ta; Malta minfejn fl-1952, iggradwa bhala Bacellerat fl-arti, fl-1954 bhala Bacellerat fid-Divinita’, u fil-1956 bhala Lincenzjat fid-Divinita’. Imbghad Dun Gwakkin issokta l-istudji tieghu fl-Istitut Bibliku Pontificju ta’ Ruma u fl-1957 iggradwa bhala Bacellerat fis-Sagra Skrittura u fl-1958 ha l-Licenzjat fis-Sagra Skrittura. Bejn l-1958 u l-1960, Dun Gwakkin kien jghallem fis-Seminarju u fl-1960 imbagahd kien impjegat bhala ghalliem mad-dipartiment tal-edukazzjoni. Bejn l-1960 u l-1962 kien jghallem fil-Liceo u bejn l-1962 u l-1966, fi Grammar Schools tal-Bniet. Fl-1966, Dun Gwakkin kien lecturer mad-dipartiment tal-klassici, fl-Universita’ ta’ Malta u ukoll membru tal-Bord Ezaminattiv ghall-Iskrittura Mqaddsa, fl-Universita’ ta’ Malta u fis-Seminarju. Dun Gwakkin kien ukoll ghalliem tar-Religjon u l-filosofija fl-Upper Lyceum sa ma rtira minn mal-Gvern bl-eta tal-pensjoni. Il-Qormi Dun Gwakkin Schembri ha sehem f’hafna konferenzi biblici. Kien delegat ta’ Malta, fil-kungressi de-nominazzjonali ta’ l-Iskulari tat-Testment l-Antik, f’Louvin (Franza) fl-1959, f’Oxford (l-Ingilterra) fl-1960, u f’Dublin (l-Irlanda) fl-1961. Dun Gwakkin kien bejn l-1953 u l-1956 editur tal-Malta Theological u bejn l-1951 u l-1956, tas-Seminarium Melitense. L-iskular bibliku, il-qormi Dun Gwakkn, kien ukoll ko-fundatur u tezorier onorarju tas-Socjeta’ Biblika Maltija sa mill-1958, membru tl-Kummissjoni Liturgika bejn l-1958 u l-1961, membru assocjat tas-Socjeta’ ta’ Skulari tat-Testment l-Antik ta’ l-Ingilterra, u membru tal-Organisation International pour l-Etude de l-Ancien Testament, ta’ Franza. L-iskular bibliku huwa l-awtur tal-ktieb ‘Qormi’s Good Friday Procession- A tourist Guide’, li kien ippublikah fl-1969. Huwa wkoll l-awtur ta’ hafna studji biblici li xxandru f’perjodici dinjin intelletwali. Illum Dun Gwakkin ta’ id-dar tieghu lill-parocca ta’ San Gorg biex tintuza bhala Domus Curialis. Dun Gwakkin ghamel zmien rikoverat fid-dar tal-Kleru fejn miet fl-1 ta' Novembru, 2006 fl-eta' ta' 76 sena. (2) |
![]() |
Dun Gorg Fenech B.Sc.(Eng.) (Lond),
F.I.E.E., M.I. Mech.E.,CE, twieled Hal Qormi, fl-24 ta’
Marzu tal-1902 u kiseb l-edukazzjoni tieghu mid-Dockyard School, mill-Liceo
u mill-evening classes tal-Universita’ ta’ Malta. Fl-1918
fl-eta’ ta’ 16-il sena issieheb mad-Dockyard bhala electrical
fitter u aktar rard kiseb certifikat fl-ingenerija elettrika, mis-City
and Guilds ta’ Londra. Fl-1929, George Fenech iggradwa bhala Bacellerat
fix-Xjenza ta’ l-Ingenerija mill-Universita’ ta’ Londra.
Fl-1929 u l-1962, l-inginier George Fenech kien impjegat inginier tal-Elettriku
mad-Dipartiment tal-ilma u Elettriku minfejn irtira fl-1962, bl-eta’
tal-pensjoni bhala Chief Engineer. Kien ukoll agent professur tal-matematika
u ghalliem ta’ suggetti ta’ ingenerija, fl-Universita’
ta’ Malta. Wara li rtira min mal-gvern, huwa studja fil-Venerable
Bede Institue ta’ Ruma u kien ordnat qassis fl-1966, fl-eta’
ta’ 66 sena. Bhala qassis, Dun George Fenech serva fil-Parrocca
ta’ San Sebastjan f’Hal Qormi. Gorg Fenech kien fellow ta’
L-Institute of Electrical Engineers u membru ta’ L-Institute of
Mechanical Engineers. Dun Gorg Fenech hadem arlogg tax-xemx li juri l-kalendarju
u l-istaguni. Dan jinsab mal-genb tal-knisja ta’ San Bastjan. Hadem
iehor ukoll gewwa Triq Anici fejn kien joqghod huwa stess. Barra minnhekk,
bena mill-gdid u kabbar u tejjeb hafna arloggi tax-xemx ohrajn fosthom
wiehed li hemm mal-faccata tal-Casino Maltese fi Triq ir-Repubblika il-Belt
Valletta. Dun Gorg Fenech miet fl-14 ta’ Frar tal-1989 fl-eta’
ta’ 87 sena. (2) |
|
Is-Sur George Chircop, B.A. (Hons.), M.A.,P.G.C.E.,
twieled f’Hal Qormi, fit-28 ta’ Gunju tal-1951 u studja fil-Kullegg
San Alwigi, u fl-Universita’ ta’ Malta minfejn iggradwa bhala
Bacellerat fl-Arti, Masters fl-Arti u l-P.G.C.E. Gorg specjalizza fit-teorija
u l-prattika tal-folklor malti, l-aktar element narrattiv tieghu, kif
turi t-tezi tieghu ‘Type Index of the Maltese Folktale within the
Mediterenean Tradition Area’. Gorg Mifsud Chircop ‘assistant
lecturer’ il-Junior College mill-1997 ikkontribwixxa materjal fuq
il-linwa maltija u fuq il-folklor malti. Kien strumentali biex ihabbeb
lit-tfal u l-kbar mal-hrejjef tradizzjonali maltin. Huwa attiv fil-qasam
tal-pubblikazzjonijiet. Il-ktieb tieghu ‘Fommu bil-ghasel’
tal-1989 huwa textbook ghall-istudenti tal-matrikola, filwaqt il-ktieb
‘Fommu bil-Ghasel II’ ghall-istudenti avvanzati. Ippubblika
wkoll diversi ‘notes’ fuq poeti maltin. Kiteb ukoll kitbiet
ghall-istudenti tal-primarja. Goerge Mifsud Chircop editja hafna pubblikazzjonijiet
importanti fosthom ‘Il-Praspar miktuba minn Dun Xand Cortis’
, ‘Manuel Magri-Hrejjef Missirijietna’. Kiteb ukoll diversi
studji folkloristici ghall-perjodiku ‘The Journal of Maltese Studies’.
George Mifsud Chircop kiteb u editja diversi kotba oha, fosthom ktieb
fuq il-grammatika Gharbija. (2) |
![]() |
| Referenzi: (1)
Artiklu Dun Gwakkin Schembri |
|
![]() |