Anneto Depasquale twieled f’Hal Qormi fit-28 ta’ Gunju tal-1938 u studa fil-Liceo u wara fl-Universita’ ta’ Malta fejn iggradwa bhala Bacellerat fl-Arti, Licenzjat fid-Divinita’. Wara Annetto ssokkta bl-istudji tieghu fl-Universita’ Laterana Pontifikali ta’ Ruma, minfejn iggradwa fid-Dottorat fil-Ligi Kanonika. Il-Qormi Annetto Depasquale sar qassis fl-1962 meta kellu 24 sena. Dun Annetto kien bejn l-1967 u l-1971 assistent direttur tal-Pastoral Research Services ta’ Malta. Fl-1977 inhatar bhala Kancillier tal-Kurja tal-Arcisqof u fl-1968 bhala ghalliem tal-ligi kanonika, fil-Fakulta’ tat-Teologija, fl-universita’ ta’ Malta, u professor fl-1990. Sa mill-1980 kien serva bhala kanonku fil-kapitlu tal-katedral tal-Imdina. Fl-1986, il-qormi kanonku Annetto Depasqualo inhatar bhala segretarju pastorali fil-kurja tal-Arcisqof u fil-1987 bhala Vigarju Generali. Wara imbaghad, Rev. Annetto inhatar Isqof Awziljarju tad-Djocesi Maltija, kariga li ghadu fiha sal-lum. L-Isqof Annetto Depasquale huwa l-awtur tal-ktieb ‘Ecclesiastical Immunity and the powers of the Inquisitor in Malta (1777-1785). Illum Mons.Annetto Depasquale huwa l-Isqof Awzilarju ta' Malta.
 
Patri George Frendo twieled Hal Qormi fl-4 t’April tal-1946. Twanny Frendo ghax hekk kien kien jismu ghal-ewwel studja fil-Liceo, u fil-Kullegg San Tumas t’Akwinu fir-Rabat Malta. Fl-1962 issieheb mal-Ordni tad-Dumnikani u sar sacerdot Dumnikan fl-1969 u nghata l-isem ta’ George. Huwa iggradwa bhala Lincenzjat fis-Sagra Teologija, kif ukoll sar Duttur fil-ligi Kanonika, mill-Universita’ San Tommaso ta’ Ruma. Bhala teologu dommatiku, ddedika hafna minn hajtu ghall-istudju u t-taghlim. Bejn l-1973 u l-1983 kien jghallem id-Domma fil-Kullegg San Tumas t’Aquino u bejn l-1977 u l-1989 kien jghallem id-domma wkoll fil-fakolta’ tat-Teologija ta’ l-Universita’. Patri Gorg ha parti attiva fil-provincja Dumnikana. Bejn l-1974 u l-1978, kien inkarigat mil-istudenti Dumnikani, kien il-Pirjol u l-kappillan tas-Santwarju ta’ Fatima fi Guardamangia, u bejn l-1989 u l-1997 il-Provincjal tal-Provincja Dumnikana f’Malta. Patri Gorg Frendo, serva ukoll bejn l-1974 u l-1985 bhala avukat tar-rabta taz-zwieg fit-Tribunal taz-Zwieg tad-Djocesi Maltija. U mill-1985 ‘l quddiem beda jservi bhala imhallef f’dan it-Tribunal. Illum Patri Gorg Frendo qieghed iservi fil-Missjoni Dumnikana fl-Albanija. Fl-1974, ippublika t-tesi tieghu ‘L-indissollubilta’ u d-Divorzju fit-Teologija ta’ l-Iskolastici tas-seklu 13’ u fl-1966 ippublika l-ktieb ‘It-Taghlim ghall-Poplu nisrani ta’ llum- Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika’. Patri Gorg huwa wkoll l-awtur flimkien ma’ huh Patri Gwann li miet fl-Albanija ‘L-Ewkaristija: Is-Sagrament tas-Sagrificcju tal-Kalvarju’, ktieb li harguh fl-1978. Flimkien hargu wkoll il-ktieb fl-1993 bl-isem ta’ ‘Is-Sagramenti: laqghat ma’ Kristu’. Patri George Frendo illum huwa Isqof fl-Albanija.
 

Referenzi: Hajr lil Gorg Saliba tal-materjal li ghaddieli