Maestru Gorg Cachia, "Botna" (1827 - 1902) skultur fl-injam u opri fil-knisja taghna. (1)

L-Imghallem Salvu Pulis "Ta' Mitri" (1880 - 1946), mastrudaxxa prim, li ghamel figura fl-Amerika fejn emigra: lura Malta, hazzez pjanta tal-knisja ta' Hal Qormi, li baqghet ma nbnietx. (1)

L-Imghallem Censu Galea (1922 - ) alljev ta' Salvu Pulis, hu mastrudaxxa iehor gwapp, imma mhux imkabbar, maghruf anke barra ghall-mudell eccezzjonali ta' knisja tal-gebel mibnija minnu fuq pjanta tieghu stess. (1)

Marco Montabello twieled fid-9 ta’ Jannar tal-1915. Studja id-disinn u l-immudellar taht il-famuzi Robert Caruana u Antonio Sciortino, ripettivament, fl-Iskola ta’ Arti tal-Gvern. Marco Montabello malajr beda jinghata xoghlijiet ta’ skultura ornamentali. Matul l-ewwel snin ta’ wara l-gwerra fl-istudio tieghu f’Rahal Gdid, Marco Montabello ghamel statwa kbira ta’ San Gorg fuq iz-ziemel qieghed joqtol dragun. Gie ukoll ikkommissjonat mill-patrijiet Agostinjani biex jiehu hsieb u jmexxi r-restawr ta-knisja barokka taghhom gewwa il-Belt Valletta. Hafna parrocci gewwa Malta, bdew jitolbuh biex jaghmel xi xogholijiet. Fl-ewwel snin hamsin tas-seklu li ghadda, il-qormi Marco Montabello skolpixxa l-istatwi kbar tal-Madonna ghall-San Vincenz de Paule, u tal-Papa Alessandru VII fil-pjazza principali ta’ Haz Zabbar. Aktar tard, Montabello gie mqabbad biex jiskolpi l-erba’ statwi tal-evangelisti fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Haz Zebbug u kmieni fis-snin sittin hadem statwa tal-Madonna li hemm fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluza fil-Blata l-Bajda. Hadem ukoll tnax –il appostlu mal-faccatta tal-knisja tal-Mosta. Insibu wkol statwa ta’ San Frangisk T’Assisi fil-kampnar tal-knisja Frangiskana, fi Triq Villambrosa, gewwa l-Hamrun. Hadem ukoll vent-altar tal-kattidral Anglkan ta’ San Pawl fil-Belt u l-gallerija tal-orgni tal-Bazilika tal-Madonna tal-Vitorja fl-Isla. Ix-xoghlijiet jinsabu ukoll barra minn Malta. Insibu arlogg mill-isbah tax-xemx fil-gebel imzejjen bil-ward u slaleb maltin, joqrom fil-gnien tar-Royal National Rose Society, fl-Ingilterra. Dan l-arlogg hadmu fl-1970. Marco Montabello miet fis-sena 1988, 12 ta’ Lulju fl-eta’ ta’ 73 sena. (2)
Stephen Borg twieled Hal Qormi fl-10 t'Ottubru tal-1966. Huwa l-kbir fost tlett hutu. Missieru jismu Salvu u ommu Karmena. Hutu s-subien jisimhom Alex u Omar. Stephen jahdem bhala stone carver, igifieri tinqix fil-gebel mad-dipartiment tal-edukazzjoni. Beda jahdem bhala restawratur fuq il-gebel u fost ix-xoghol li ghamel mad-dipartiment tal-edukazzjoni hadem ta' Giezu fil-Belt Valletta u fil-palazz ta' San Anton. Illum il-gurnata jahdem bhala assistant teacher fil-klassi tal-Iskultura fil-gebel fl-iskola tal-Artigjanat f'Targa Gap il-Mosta. Fost ix-xoghlijiet tieghu nsibu ic-Cenaklu li l-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi tarma fil-Gimgha Mqaddsa, kif ukoll l-istatwa ta' San Sebastjan go l-Awstralja. Huwa wkoll maghruf ghal diversi xoghlijiet ta' statwi fil-festi u anke' monumenti.(1)

Referenzi:

(1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri
(2) Hajr lil Gorg Saliba tal-materjal li ghaddieli