Suor Cecilia Schembri twieldet Hal Qormi, fil-25 ta’ Jannar tal-1940, u kisbet l-edukazzjoni taghha mil-Loreto College ta’ Manchester l-Ingilterra, u mill-Universita’ ta’ Manchester, minfejn kisbet B.Sc. (Bacellerat fix-Xjenza) fil-farmacija fl-1972. U f’dik l-istess sena l-ispizjara Cecilia Schembri kisbet ukoll Diploma fl-Istudji teologici minn Dublin l-Irlanda. Schembri ssiehbet mas-sorijiet ta’ San Guzepp tal-Apparizzjoni’ fl-1958, saret soru fl-1960, u hadet il-voti ahharija taghha fl-1966, fi Franza. Fl-1981, Sour Cecilia Schembri nhatret bhala s-Superjura tal-kunvent f’Manchester izda inghajtet lura Malta fl-1985 biex isservi bhala l-Provincjal tal-komunita’ maltija. F’dik l-istess sena tal-1985, sour Cecilia nhatret bhala l-President tal-Konferenza tas-Superjuri tar-Relijuzi Femminili.Fl-1989 Cecilia Schembri saret l-ewwel maltija (successur ta’ Santa Emile de Vialar), bhala superjura generali tal-Ordni, u imbaghad tawlulha din il-hatra b’sitt snin ohrajn fl-1995. Fl-1973 l-ispizjara Suor Cecilia Schembri kienet accettata bhala membru tal-Pharmaceutical Society of Great Britian u fl-1993 il-qormija superjura generali kienet irregalata bil-gieh tal-Papa: ‘Pro Ecclesia et Pontefice’. (2)

Patri Gakbu Cassar, O.F.M., Cap (1849 - 1927), l-ewwel Kappillan ta' l-emigranti Maltin fl-Awstralja. (1)

Dun Gorg Scerri M.S.S.P. (1910 - 1980), Kappillan tal-Maltin fl-Awstralja, fejn id qerrieda temmitlu hajtu. (1)

Sister Maria - Lauria Tanti, tas-Sorijiet ta' Santa Giovanna Antida, Dip. Soc.St., social worker maghrufa, li fl-1997 rebhet l-unur ta' 'L-Anzjana tas-Sena'. (1)

Referenzi:

(1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri
(2) Hajr lil Gorg Saliba tal-materjal li ghaddieli