Guze Cardona B.A.(Hons.), M.A., twieled Hal Qormi fit-30 ta’ Marzu tal-1922, studja fil-Kullegg San Alwigi. Kiseb il-matrikola fl-1944 izda ma komplix sa l-ahhar il-kors fil-farmacija. Bejn l-1945 u 1947, Guze Cardona kien l-Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici tal-Ghaqda tal-Malti fl-Universita’. Guze’ ghallem bejn l-1948 u l-1959 fi skejjel primarji tal-Gvern u imbaghad bejn l-1959 u l-1964 kien ghalliem tal-Malti fil-Liceo. Cardona inghata borza ta’ studju biex bejn l-1960 u l-1964 seta’ jiehu kors fil-Malti fl-Universita’ ta’ Malta, minfejn allura kiseb Bacellerat fil-Malti, u ‘Masters’ fil-Malti, fl-1967. Fl-1960, il-qormi Guze Cardona kien accettat bhala membru ta’ l-Akkademja tal-Malti, u fl-istess zmien kien Segretarju bejn 1960 u l-1963 tal-Ghaqda tal-Malti (Universita’), u bejn l-1963 u l-1973, il-Vici President tal-istess ghaqda. Guze nhatar bhala ghalliem tal-Malti fil-Junior College, bejn l-1968 u l-1974, bhala ghalliema tal-Malti fiz-zewg Kulleggi ta’ Tahrig ghall-ghalliema, u fis-Sixth Form bejn l-1974 u l-1976. Bejn l-194 u l-1975, Cardona kien, ukoll ‘lecturer’ tal-Malti, fuq bazi ‘part-time’, fl-Universita’ ta’ Malta. Fl-1963, il-Qormi Guze Cardona kien il-ko-fundatur tal-Kunsill Civiku ta’ Hal Qormi. Guze’ Cardona, kiteb zewg rumanzi: ‘Manwel Gellel’, u ‘Zmien il-Qerda’. L-aqwa xoghol ta’ kritika letterarja ta’ Cardona, huwa l-istudju tieghu bit-titlu: ‘Dun Karm-Hajtu u Hidmietu’. Guze’ kiteb diversi studji storici, l-aktar fuq Hal Qormi. Ghamel ukoll diversi bijografiji fosthom ta’ Nicola Baldacchino, Madre Spinelli, Madre Paola Frassinetti, Jeanne Jugan, Mons. Isidor Formosa u Dun Alred Gatt. Guze’ Cardona kiteb, ukoll numru ta’ drammi u poeziji twal li sfaw immuzikati, fosthom ‘Is-Sahhar Falzon’, ‘Il-Francizi f’Malta’, ‘Canticum Quindicinesium’, u ‘Alter Christus’. Guze’ Cardona kiteb diversi poeziji ohra li jinsabu f’gazzetti, magazines u antologiji. Il-pozija ta’ Cardona hafna drabi ticcentra fuq il-hajja tal-familja, u hija fil-fatt riflessjoni tal-imhabba tieghu ghal martu u wliedu, filwaqt li tixhed ukoll il-fidi kbira tal-poeta f’Alla. Lejn tmiem hajtu, Guze’ hass xewqa kbira (mhix mitmuma) ghas-sacerdozju, l-aktar minhabba r-rabtiet mill-qrib hafna li kellu mal-Frangiskani. Il-Qormi, l-awtur Guze Cardona miet fil-15 ta’ Frar tal-1988 f-eta ta’ 66 sena. (2)

Vincent Ungaro twieled Hal Qormi, fit-23 ta’ Mejju tal-1919. Studja fis-‘St.Albert Central School’ u fis-‘St.Mary’s Training College’, Strawberry, Holton, l-Ingilterra. Ghal xi snin hadem bhala l-Kap tal-Iskola Primarja tas-Siggiewi, kif ukoll tal-Iskola Primarja San Gorg, ta’ Hal Qormi. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Vincent Ungaro serva bhala bombardier mat-‘10th Light Anti-Aircraft battery’ tal-R.M.A. (Royal Malta Artillery). Bejn l-1957 u l-1958, Vincent kien lecturer tal-malti fis-‘St.Michael’s Training College’. Fl-1958, Ungaro emigra lejn Londra u hadem bhala ghalliem tal-matematika fil-‘Catholic School’, f’South London u wara bhala ‘master’ fl-iskola ‘Bishop Thomas Grant’ ta’ Londra. Ghal numru ta’ snin, kien ixandar program ghall-BBC (biex jinstema’ fuq ir-rediffusion f’Malta) – program jismu ‘Din hija Londra’. Il-qormi Vincent Ungaro kiteb esejs, rumanzi, radju-drammi u kummiedji, u qaleb ghall-Malti diversi xoghlijiet letterarji. Ungaro kien membru ta’ l-Ghaqda Letterarja Maltija, kif ukoll tal-Akkademja tal-Malti. Vincent Ungaro miet fid-19 ta’ Gunju ta’ l-1996 fl-eta’ ta’ 76 sena. (2)
L-Avukat, Kavallier Gorg Zammit, B.A., N.D., B.A.(Hons.) (Lond), L.L.D.,twieled Hal Qormi fis-16 ta’ Marzu 1908 u studja fil-Kulegg Flores, fil-Liceo, fil-kulegg San Alwigi u fl-Universita’ ta’ Malta, minfejn fl-1930 kiseb il-Bacellerat fl-Arti. Zammit imbaghad mar fl-Universita’ Gregorjana ta’ Ruma minfejn fl-1932 kiseb il-Bacellerat fid-Divinita’ u ukoll fl-Universita’ ta’ Londrs minfejn fl-1938 iggradwa bhala BA (Hons). Fl-1946 imbaghad iggradwa LL.D. igiefieri avukat mill-Universita’ ta’ Malta. Il-qormi George Zammit ghallem l-ingliz, fil-liceo bejn l-1934 u l-1940, imbaghad ipprattika l-ligi ghal 36 sena shah. L-avukat George Zammit kien ukoll lecturer tal-Letteratura Taljana fis-Seminarju, fil-Kullegg San Alwigi, u fl-Universita’ ta’ Malta. Lill-qormi, l-avukat Zammit, li kein lecturer ghal xi zmien, fil-Collegio Romano f’Ruma, il-gvern taljan ipprezentalu medalja b’rikonoxxenza gha hidmietu b’rizq il-kultura taljana. George Zammit organizza diversi diskussjonjiet bil-Malti, l-Ingliz u t-Taljan. Matul it-Tieni gwerra dinjija, George Zammit hadem bhala spettur tal-Pulizija Specjali u aktar tard inghata id-Defence Medal. Il-Qormi Gorg Zammit matul hajtu serva bhala President tal-Christian Workers Party, tal-kazin tal-banda La Vittoria tal-Mellieha, tal-kazin tal-banda San Gorg ta’ Hal Qormi, u tal-Medical Council. Kien ukoll chairman tal-Public Service Commision. Il-qormi Gorg Zammit kien spiss ipingi huwa stess l-illustrazzjonijiet ghall-kotba tieghu. Huwa ppubblika zewg kotba bl-illustrazzjonijiet tieghu stess. Kien l-editur tal-Law Journal, u membru tal-Akkademja tal-Malti sa mill-1946. George Zammit kiteb poeziji bl-Ingliz, bit-taljan u bil-malti. Il-pubblikazzjonijiet bil-malti tal-awtur jinkludu d-drammi ‘Tellieqa mal-mewt’, ‘Il-qattus taz-ziju Salv’, il-kotba ta’ poeziji ‘L-ghanja tas-Seba’ Nicec’, ‘Fuq Gwienah il-ghana’, ‘Trifolium’ u ‘Poeziji’ Kiteb ukoll il-kotba tan-novelli ‘Wenzu u Rozi u hrejjef ohra’, ‘Mela darba’ u ‘Id-dinja ta’ Wenzu u Rozi’, ir-rumanz ‘Ix-xhud li ma deherx’. Kiteb ukoll il-kotba ‘L-ewwel pass fit-taljan’, u ‘Int u l-ligi.’ Il-poezija tal-Qormi Gorg Zammit issib l-ispirazzjoni taghha minn xeni tipici maltin filwaqt li jilghab il-parti ta’ trovatur modern, li jdur u jterraq madwar il-gzejer Maltin biex ifittex sens ta’ hajja. L-avukat George Zammit miet fil-21 ta’ Lulju tal-1990 fl-eta ta’ 82 sena. (2)

Il-Professur u Kavallier Guze Galea M.B.E.,M.D.D.P.H., M.F.C.M., P.E.P., (18.7.1901-26.3.1978), twieled Hal Qormi u studja fis-Semnarju, Kullegg San Alwigi, u l-Universita' ta' Malta fejn f'Mejju tal-1928 sar tabib. Kompla l-istudju tieghu gewwa Londra fejn gab Diploma fis-Sahha pubblika fl-Royal Institute of Public Health (1931-32). Beda jahdem gewwa fl-Isptar tal-Floriana (1928-30), fejn imbaghad gie imlahhaq ufficjal tal-Kwarantina (1932-37). Fl-1937 lahaq ufficjal mediku fis-sahha pubblika fejn dam fiha sal-1947, u Kap tad-Dipartiment tas-Sahha sakemm irtira f'Lulju tal-1961. Ghall-ghajnuna li ta fil-gwerra gie onorat bil-Member of the Order of the British Empire, il-Midalja tad-Difiza u l-Medalja tal-Koronazzjoni. Kien jghallem il-medicina forensika fl-iskola medika, u lahaq professur tal-medicina forensika fl-1955. Serva ta' ezaminatur ta' dan is-suggett mill-1947 sal-1962. Ghall-hafna snin kien membru fil-bord tal-habs, kif ukoll kumitati diversi tal-gvern. Mill-1966 Guze Galea ghallem fil-Fakulta' tal-Arti fl-Universita' ta' Malta. Galea irraprezenta lil Malta hafna drabi f'kungressi internazzjonali u konferenzi f'Londra, Parigi, Ruma, Delhi u Chicago. Guze Galea gie mahtur ukoll Kavallier ta' l-Ordni ta' San Gwann u tal-Ordni ta' San Gorg. Inghata ukoll is-salib papali 'Pro Ecclesia et Pontifice', u nominatur membru onorarju ta' 'The Societe Academique d'Histoire Internationale de Paris' (1935), tal-'Istituto di Coltura Americana-Argentina' (1947) u president tal-'Akkademja tal-Malti' (1947-1973). Guze Galea huwa l-awtur ta' diversi kotba u artikli medici fosthom 'L-ewwel ghajnuna lil min ikorri fi zmien il-gwerra' (1938). Kiteb ukoll diversi kotba tal-Istorja fosthom 'Il-Knisja ta' Hal Qorm' (1930), 'Zmien ir-Re Gorg f'Malta' (1930) u hafna ohrajn. Guze Galea huwa awtur ta' diversi rumanzi bi sfond storiku fosthom 'San Gwann', 'Ragel bil-Ghaqal', 'Meta nharaq it-teatru', 'Id-Dinja Rota'. Ghax-xoghol letterarju tieghu, gie moghti il-medalja tad-deheb 'Guze Muscat Azzopardi'. (2)

Karmenu Psaila "Tas-Sur Titt", fl-1937 ippubblika x-xoghol tieghu ta' ricerka bl-isem "Il-Knisja Arcimartrici ta' Hal Qormi bil-grajja taghha" (1)

Robert Mifsud Bonnici (27.3.1884-17.12.1967), Robert Mifsud Bonnici, bin il-poeta Ganni, l-ewwel minn disa' hutu; ommu Teresa mwielda Bondin, twieled Hal Qormi fis-27 ta' Marzu 1884. Edukat fl-Iskola Privata tal-Professur Pawlu Cesareo, il-Liceo u fil-Kullegg ta' Flores. Fl-1906, b'ezami kompetittiv hareg l-ewwel fost 70 kandidat u kiseb il-post ta' "Assistant Storekeeper" fid-Dipartiment ta' l-Istituti tal-Karità. Wettaq servizz specjali fil-"Food Control Office" matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, 1914—1918, u fil-kamp tar-rifugjati Maltin ta' Smirni (1920). Dawn is-servizzi gew maghrufin ufficjalment u rregistrati. Minkejja l-impenn tax-xoghol irnexxielu jsib hin biex fl-1926 beda jikteb bil-Malti. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, 1939—1945, waqqaf u fetah diversi sptarijiet u Djar tal-Kenn f'Ghawdex ghax-xjuh u morda ta' l-Isptar San Vincenz de Paul ghar-rifugjati f'Ghawdex. Fis-27 ta' Marzu 1945, hareg bil-pensjoni u minn Ghawdex gie jghammar f'Malta fi 48, Triq Sant' Andrija gewwa Hal Lija u flok il-"meritato riposo" ghazel ix-xoghol u l-hidma bil-kelma u l-pinna ghall-gid socjali, morali nazzjonali.

Robert Mifsud Bonnici, kif kien maghruf, kien prozatur "prolifiku u haddem il-pinna tieghu f'xoghljiet diversi; hu kiteb dwar suggetti axxetici, didaskaliki, artistici, patrjottici u bijografici; kien kommenmtatur ghaqli, gurnalista tajjeb u polemiku qawwi." Haga tal-ghageb kif dment li kien ghadu jahdem mal-Gverm, kemm ukoll wara sakemm ghalaq ghajnejh, kellu l-hila jlahhaq ma' dik il-kitba kollha li nsibu msemmija fil-lista tal-pubblikazzjonijiet tieghu. Fost dawn ta' min isemmi r-rumanz Midinbin, kotba fuq l-istorja tal-Baned ta' Malta u Ghawdex, tal-Muzicisti, Kompozituri u Maestri di Cappella, u fuq kollox id-Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - l-aqwa xoghol tieghu. Riedet tkun il-hegga u s-sabar tieghu biex qabel ma miet kellu l-hila fl-ahhar snin ta' hajtu jahdmu u jtemmu. Dan id-Dizzjunarju, ktieb utli ta' riferenza, gie ppubblikat mill-Gvern Civili. B'din il-pubblikazzjoni l-awtur wera li kien il-pijunier tal-kitba bijografika ta' persunaggi Maltin. Fiz-zmien ta' kommemorazzjoni centinarja ta' Dante ghamel studju u ppubblikah dwar id-Divina Commedia li jservi bhala xoghol ta' riferenza mill-istudjuzi tal-poezija Danteska. Barra minn hekk halla manuskritt fi tliet kotba dwar La Divina Commedia parafrisata. Mifsud Bonnici kiteb ukoll ghadd kbir ta' kontribuzzjonijiet ghall-istampa dwar polemiki nazzjonali, socjali, morali u politici-religjuzi, barra mill-programmi stabbiliti li kellu fuq ir-Rediffusion. Imbilli hu kien ihobb hafna l-muzika kien isib hin biex imur ikanta fil-knejjes f'okkazjonijet specjali. "Bhala apprezzament tal-kitba religjuza u morali tieghu, li taghha fl-imgiba tieghu, ta l-isbah xhieda ezemplari matul il-hajja tieghu". Nhar is-Sibt, 17 ta' Frar 1968, fit-Teatru ta' l-Università ta' Malta, il-bini l-qadim fil-Belt, fil-5.00 p.m., l-E.T. Mons Arcisqof Sir M. Gonzi ta d-Diploma u s-Salib PRO ECCLESIA ET PONTIFICE lis-Sur Guze' Misud Bonnici (hu Robert mejjet), li hu nnifsu hu poeta, u billi l-poezija tieghu tixtieq tghallem, isejhulu "poeta moralista". L-E.T. Mons Arcisqof qal li Robert Mifsud Bonnici kien ilu jafu minn qabel ma sar Isqof ta' Ghawdex. Dejjem kien jafu bi bniedem serju u li dejjem xtaq li bil-kitba tieghu jaghmel il-gid. Is-Sur Robert ma bezax jidhol ghat-taqtigha meta hass li kien hawn min bil-kitba tieghu minn fuq il-gurnali jista' jitfa' xi dell fuq it-twemmin nisrani jew fuq il-Knisja. Mhux darba u tnejn mar ghand l-E.T.Mons Arcisqof sabiex jitolbu jghidlu jekk dak li kien se jikteb dwar irqaqat fuq it-twemmin nisrani, kitibhomx kif ghandu jkun: dan kien jaghmlu mhux biex jidher, izda biex bl-umilta' kollha jitlob parir. Fil-polemiki tieghu qatt ma nibbet f'qalbu mibeghda lejn min kien johodha mieghu, ghalkemm xi daqqiet kien isib ruhu taht in-nar tat-tilwima. Kien bniedem li kiteb hafna u l-kitba tieghu dejjem gid xtaq jaghmel biha. L-aqwa tifkira tieghu fil qasam profan huwa d-"Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali", bicca xoghol ta' siwi u ta' taghlim." Barra mix-xoghlijiet ippubblikati tieghu ghandu ghadd kbir ta' manuskritti mahzuna fil-Bibljoteka Nazzjonali fosthom: L-Ghaqda tal-Baned fi tliet taqsimiet; Il-Ghaqda tal-Bnedmin fi tliet taqsimiet; Il-Gurnalizmu b'Ilsien Malti f'erba' taqsimiet; Ward, Weraq u Zranag--Taghlim morali, socjali, filosofiku, psikologiku fi tliet taqsimiet; Id-Dell tal-Mara (kummiedja f'att wiehed); Is-Sultan Erodi Agrippa ,rumanz bibliku; Grajja tal-Gwerra 1939-1945; Il-Htijiet tal-Gnus bi prefazzjoni tal-Professur Guzè Galea; Hajti (Awtobijografija ta' Rob. Mifsud Bonnici); Hajja Letterarja, Polemika, Gurnalistika ta' Rob. Mifsud Bonnici f'20 volum; Il-Mara ta' Llum jew Mhux Kulma Jleqq Deheb (Kummidja fi tliet atti); Missier il-Qerq jew Guda minn Karjoth dramm bibliku f'hames taqsimiet; ecc. U ghadd kbir ta' manuskritti ta' konferenzi socjali mxandra minn fuq ir-Rediffusion, f'Istituti Letterarji, f'teatri, centri muzikali bandistici u fi swali civici. Rob Mifsud Bonnici kien Membru Akkademiku ta' l-Akkademja tal-Malti. Pubblikazzjonijiet: Il-Hajja tal-Beata Antida Thouret (1926); Alla u l-Bniedem (1930); Il-Bniedem u Alla (1930); Alla x-Xitan il-Bniedem (1931); Ir-Re Gorg il-Hamsa, Bijografija (1935); Kliem ix-Xih (1935); Midinbin (rumanz) (1937); L-Ewwel Safra Tieghi (1940); Gawhra (1945); Bejnietna Ma Temminx? (1947); Bejnietna se Titgharras ? (1948); Grajjiet Mhux Hrejjef (1949); Bejnietna u Bejnietna (1949); Nisel il-Bniedem (1949); Maestri di Cappella tal-Kattidral (1950); Muzicisti Kompozituri Maltin u Ghawdxin (1951); Il-Grajja tal-Muzika f'Malta u Ghawdex (1954); Grajja ta' Baned, L-Ewwel Ktieb (1956); Grajja ta' Baned, It-Tieni Ktieb (1957); Storja tal-Banda Nazzjonali, La Valette (1959); Il-Kalendarju (1962); In-Neguzjant Gio Batta Delia, Bijografija (1962); Storja dokumentata tal-Banda Pinto (1963); Id-Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali ppubblikat mill-Gvern Civili; Dante Alighieri, La Divina Commedia, studju partikolari (1965) (4)

Censu Mifsud Bonnici (30.12.1870-4.12.1929), poeta iehor Qormi u filologu, kien bin wiehed mill-ulied id-D.M.O., Dr. Felic Mifsud Bonnici. (1)

Pietru Pawl Mifsud Bonnici (1841-1881), Pietru Pawl Mifsud Bonnici (1841—1881), poeta, edukatur, bin Dr Felice, twieled Hal Qormi, studja fl-Iskejjel Elementari tal-Gvern u fil-Leceo, sar surmast ta' l-Iskola Primarja tal-Gvern il-Mellieha; b'sabar u metodu specjali tieghu ta' taghlim gharaf iharreg l-imhuh sammi ta' zmienu fil-gografija, l-aritmetika, it-Taljan u l-Ingliz u wassalhom biex jaghmlu komponimenti u xi xarada bil-Malti wkoll. Kien poeta maghruf u bosta mill-poeziji tieghu dehru fil-gurnal "In-Nahla Maltija" immexxi minn Guzè Muscat Azzopardi l-awtur tar-rumanz Pawlu Xara, iddedikat lil habibu Pietru Pawl u siehbu poeta u prozatur tal-Malti mill-ahjar. Kien ihobb jiffirma bil-psewdonimu P.M. (Pawlu Mifsud). Barra mill-poezija kiteb ukoll ghadd sabih ta' xaradi helwin, kurjuzi u ta' tahbil il-mohh. Miet fis-7 ta' Lulju, 1881. Kellu 40 sena. Pubblikazzjonijiet: Is-Sirena: Gabra ta' poeziji ta' diversi awturi Maltin, hamsa minnhom ta' Pietru Pawl Misud Bonnici. (4)

Klement Mifsud Bonnici (1844-1887), poeta, skrittur, habib ta' l-Ilsien Malti, twieled Hal Qormi, bin it-Tabib Distrettwali ta' l-istess rahal, Dr Felice Mifsud Bonnici bin Dr Clemente (l-ewwel Mifsud Bonnici); studja fl-Iskola Elementari tal-Gvern u fil-Leceo; flimkien ma' hutu Pietru Pawl u Ganni habirku hafna ghat-taghlim u l-edukazzjoni tal-kotra li f'dak iz-zmien kienet nieqsa hafna mill-Iskejjel tal-Gvern u privati. Fl-1876 kienet twaqqfet ghaqda letterarja maghmula mill-ahjar letterati bhal Annibale Preca, Guze' Muscat Azzopardi, Napoleone Tagliaferro, Achille Ferris, Gavino Gulia, u fosthom Klement Mifsud Bonnici. Mifsud Bonnici ppubblika poeziji u kontribuzzjonijiet ta' taghlim fil-gurnal "In-Nahla Maltija", editur u direttur Guze Muscat Azzopardi, l-awtur tar-rumanz "Mattew Callus" li gie dedikat lil Klement Mifsud Bonnici, Miet fis-16 ta' Mejju, 1887. Pubblikazzjonijiet: Is-Sirena. Gabra ta' 13-il poezija ta' Klement Mifsud Bonnici u poeziji ohra. (4)

Ganni Mifsud Bonnici (1856-1934) , twieled Hal Qormi, bin it-Tabib tar-rahal Dr Felice (bin Dr Clemente, l-ewwel Mifsud Bonnici), u Luisa mwielda Inglott, oht Sir Ferdinand Inglott, kellu hutu Pietru Pawl u Klement, it-tnejn kittieba tal-Malti; tghallem l-iskola fil-Liceo, sar assistent surmast fl-iskejjel tal-Gvern. Izda ma damx ma kiseb il-warrant ta' Pizatur u gie mahtur pizatur tad-Dwana, izzewweg lil Teresa mwielda Bondin, sar missier ta' disat itfal, il-kbir huwa l-awtur tad-Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali u tal-poeta Guzè. Ganni kien poeta, prozatur u drammaturgu; kiteb bosta poeziji fuq suggetti sagri u ohrajn varji, traduttur ta' poeziji klassici bhalma huma c-"5 Maggio" tal-Manzoni, "Il Cantico di Frate Sole" u ohrajn. Fir-Rivista Frangiskana "L-Anglu tal-Paci" nsibu t-taghrif ta' hawn taht: "Is-Sur Gann kien wiehed mill-ftit pajzani taghna li jhobbu l-ilsien Malti u li huma tassew poeti; il-poeziji tieghu sew fl-ilsien u sew fl-estru poetiku meta jittratta l-Ewkaristija, il-Qalb Imqaddsa ta' Gesù u l-kobor ta' Ommna Marija, il-kitba kienet dejjem ta' fejda tar-ruh u tal-mohh; kien cajtier, idahhan il-pipa, jitkellem u jikteb". Fis-6 ta' Settembru, 1913, hareg wahdu rebbieh fil-Konkors ta' Poeziji ghall-Milied, li kien imxandar mill-Gurnal "Il-Habib" tat-13 ta' Ottubru, 1912, kif jidher fir-rapport li jinsab fl-istess "Habib" ta' l-24 ta' Dicembru, 1912. Lilu mela l-ferh u t-tifhir taghna lkoll. Dan il-kliem jinsab imnizzel f'parcmina kbira illustrata u ffirmata mill-Professur Sac. C. Psaila (il-poeta nazzjonali) u l-Poeta Albert Cesareo imhallfin tal-konkors; Kav. Guze' Muscat Azzopardi Direttur ta' "Il-Habib" u l-Komm. Antonio Lanzon President ta' l-Unione Cattolica. Is-Sur Gann Mifsud Bonnici miet fid-9 ta' Jannar, 1934. Midfun fiz-zuntier tat-Terzjarji ta' San Frangisk fl-Addolorata fejn jinsabu midfunin martu u bintu Maria Pia. R.I.P. Kiteb diversi kitbiet fosthom -Il-Bejta ta' Mikiel Tabuni jew il-Hajja ta' Napuljun Bonaparti mqassma f'ghadd ta' tahditiet, Kollezzjoni tal-Moghdija taz-Zmien n 116, (1912); Lil Marija Op. cit. n.60; Niket u Ferh. Il-Passjoni ta' Gesù Kristu. Poema. Op. cit. n. 105, (1911); Rozina Delicata Cassia Rumanz storiku (bla data); Fuq il-Qabar ta' Gesù fil-Gabra ta' Poeziji ghat-tfal, Editur, Reginald Vella Tomlin p. 165; It-Twemmin Op. Cit. p. 152 u ghadd ta' manuskritti. (4)
Il-Kavallier Anton Muscat Fenech (10.3.1854 - 21.9.1910), iktar rumanzier milli poeta, kien studjuz ta' l-ilsien Malti. Mill-Pinna tieghu ghandna rumanzi storici bhal "Il-Migja tal-Konti Ruggieru" u "Il-Kavallieri ta' Malta", "Gorg il-Bdot" u "Giacomin Ciantar" u "Il-konti Alagona". Kien il-Vici Konslu ta' l-Awstrija-Ungerija. Twieled Bormla, izda zzewweg Hal Qormi u baqa' habrieki fil-hajja kulturali Qormija. F'dawn l-ahhar 35 sena jiena qed noqghod fid-dar li fiha ghex Guze Muscat Azzopardi (sal-1885) u fiha miet Anton Muscat Fenech (fl-1910). (1)
Il-Kavallier Guze Muscat Azzopardi, L.P., P.E.P., B.M., twieled Hal Qormi fl-1 ta’ Settembru tas-sena 1853 u studja fis-seminarju tal-Imdina u fl-Universita’ ta’ Malta fejn fl-1875 fl-eta ta’ 22 sena kiseb Diploma ta’ Prokuratur Legali. Guze’ kien oratur abbli, politiku popolari, kritiku tal-palk ta’ nota, gurnalista versatili u participant attiv f’hafna sferi socjo-kulturali. Ta’ avukat ta’ success li kien, Dr.Guze’ Muscat Azzopardi inhatar bhala President tal-kamra tal-prokuraturi legali, kien membru ukoll tal-Giunta Teatrale tal-Gvern. Kien promutur kbir tad-drama maltija, editur ta’ diversi perjodici struttivi bhal ‘In-nahla Maltija’, u l-‘Il-Habib’ u kiteb ukoll f’pubblikazzjonijiet ohrajn bhal fi ‘Id-dawl’ u ‘Il-Habbar Malti’. Guze Muscat Azzopardi kien ukoll, memmbru tal-kunsill tal-Gvern, fundatur tal-Ghaqda Kittieba tal-Malti, illum imsejha l-Akkademja tal-Malti. Fl-1920 nhatar bhala l-ewwel President ta’ din l-ghaqda, kariga li zammha sakemm miet. Fl-1924, sar l-ewwel editur ta’ ‘Il-Malti’, perjodiku letterarju tal-Ghaqda. Kien ghal xi zmien ezaminatur tat-Taljan, fl-Universita’ ta’ Malta u fis-Seminarju. Ghal kitbiet u attivitajiet religjuzi, Guze gie ddekorat darbtejn mill-Papa Piju X, l-ewwel bl-unur ‘Pro Ecclesia et Pontifice’ u imbaghad bil-medalja ‘Bene Merenti’.Guze Muscat Azzopardi huwa meqjus minn hafna bhala missier il-Letteratura Maltija. L-ewwel ktieb tieghu li hareg kien fl-1874 u kien jismu ‘Il-Hajja ta’ San Gorg’. Guze’ kien ukoll jaccella bhala rumanzier. Kiteb diversi fosthom ‘Toni Bajjada’, ‘Nazju Ellul’, ‘Mattew Callus’, ‘Vicu Mason’, ‘Susanna’, ‘Celju Tonna’. Il-Professur Guze’ Muscat Azzopardi ghandu diversi poezija li nsibuhom migbura f’kotba. Qaleb ukoll diversi kotba ghall-Maltin fosthom l-erba’ vangeli u l-ktieb tal-Atti tal-Appostli mill-Latin. Guze’ Muscat Azzopardi miet fl-4 t’Awissu tal-1927 fl-eta’ ta’ 74 sena. (2)
Dun Pawl Genovese (10.01.1932- ), oratur u poeta religjuz b'lehma patrijottika li tilhaq l-aqwa taghha fis-'sunetti' tieghu bhala Jum il-Festa: irnexxewlu hafna l-versi ghall-oratorju "San Gorg f'Demmna" fuq il-muzika ta' Maestro Dun Gwann Galea, B.A.,Lic.D. Ghalliem fil-Kullegg ta' San Alwigi, Dun Pawl hu wkoll restawratur u dekoratur ta' l-armar tal-festa tat-toroq. (1)
In-Nutar Antione Agius, L.L.D., Ph.D., (19.3.1951 - ) ga hareg zewg kotba fuq suggett iehor: issa dwar San Gorg hareg ktieb ghall-millennju. (1)

Charles Cachia, Naxxari, joqghod Hal Qormi, hu l-awtur ta' "Il-Molluski ta' Malta". (1)

George Emanuel Falzon ippubblika zewg rumanzi u poeziji ghat-tfal. (1)

Dr. Gorg Mallia, B.A. (Hons). M.A., Ph.D (Sheffield) (9.11.1957- ) hu kittieb ta' novelli u disinjatur ta' cartoons holqien tieghu b'sens umoristiku fin. Hu lecturer fl-Universita'. Twieled gewwa Hal Qormi u rcieva l-edukazzjoni tieghu gewwa l-Liceo, l-Upper Secondary School, u l-Universita' ta' Malta fejn ha il-Bacellerat fl-Ingliz (1979), u l-Masters fil-Komunikazzjoni fl-1994, u fl-Universita’ ta’ Sheffield, l-Ingilterra fejn ha d-dottorat fit-Teknologija tat-Taghlim (2002). Illum huwa jghallem l-Universita' fil-komunikazzjoni. Mallia beda l-karriera tieghu bhala kittieb tan-novelli fuq il-BBC World Service (1977), u fl-1978 beda programm fuq ir-radju bl-isem ta' 'Mill-Hsieb ghall-Kelma', programm ta' analizi letterarja. Kien kontributur ta' diversi 'cartoons' ghall-'Il-Haddiema Zghazagh' fl-1980, u kien minn tal-ewwel fit-tfassil tal-gazzetta 'Il-Gens'. Fl-1988 beda jiddisinja fiha sett ta' 'cartoons' bl-isem 'Il-Familja Borg'. Kien hu li ddisinja mill-gdid 'Lehen is-sewwa', u mill-1990 beda jpingi cartoons fil-gazzetta 'The Times'. Fl-1990 ukoll, kiteb u mexxa programm televiziv 'Il-kastell imsahhar', u bejn l-1992 u l-2006 kien parti mill-bord editorjali tal-magazin 'Saghtar'. Ipproduca wkoll hafna programmi fuq ir-radju. Barra minn ricerkatur u kittieb ta’ artikli fil-qasam tieghu tat-teknologija tat-taghlim ippubblikati barra minn Malta, Gorg Mallia huwa wkoll kittieb (u illustratur) ta' diversi kotba u novelli ghall-kbar u ghaz-zghar. Uhud minnhom huma 'Dwal' (1977), 'Mill-art ta' qatt u qatt' (1977), 'L-avventuri t'Adron Re' (1982), 'Ktieb ix-Xwejjah' (1987), is-sensiela ta’ ‘Pullu’ ghat-tfal iz-zghar (2000-2005) u ohrajn. Bhalissa huwa l-president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. (2)

Chev. Carmel Bianchi (1946 - ), spiss rebbieh f'konkorsi ghar-radio-plays u ghan-novelli, hu kittieb ukoll ta' versi u xi studji storici. (1)

Chev. George Bianchi (1945 - ),Gorg Bianchi twieled f’Hal Qormi fl-14 ta’ April, 1945. Beda jitghallem ghand is-sorijiet Frangiskani u wara l-Agostinjani f’belt twelidu. Dahal fl-iskola tal-gvern mnejn ghadda ghal-Liceo tal-Hamrun. Fi tfulitu fis-sena 1962/63 inghaqad mat-tim ta’ Hal Qormi fit-Tielet Divizjoni u kien protagonista tul il-loghbiet kollha tan-K.O. ta’ dak l-istagun meta skorja l-gowl tar-rebha f’kull loghba inkluza l-finali kontra l-Gudja fir-rebha ta’1-0. Aktar tard laghab ma’ Floriana , St. George’s u Saint Venera Lightnings . Tghallem idoqq l-Euphonium mal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u wara tahrig muzikali ghand Dr. Charles Zammit Ph.D., D.Mus., FLCM, FVCM, FRSA, FGMS ikkompona 2 marci brijuzi ‘Octrosdon’ u ‘Id-Dijadema’. Huwa daqq ma’ ghadd kbir ta’ baned Maltin fosthom ‘La Valette’ ghal 17-il sena shah. Mal-Banda Sliema daqq barra minn xtutna 5 darbiet. Ghamel snin twal membru attiv f’bosta karigi fil-kumitat centrali tal-Banda Werqista. Ghal xi zmien inhatar ukoll bhala Chairman tal-Kummissjoni Banda fi hdan l-istess ghaqda muzikali.

Fil-qasam letterarju nsibuh attiv hafna. Kien wiehed mill-fundaturi tal-fuljett parrokkjali ‘Bejnietna’, fejn kellu r-rubriki ta’ xejra umoristika bl-isem ‘Tieqa fuq ir-Rahal’ u ‘Rokna fil-Misrah’ bi stejjer qosra stil ta’ Sir Temi Zammit. Kien l-editur u l-koordinatur ghall-bosta snin tar-rivista annwali ‘L-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri Ssellem mibdija minnu stess ghall-Banda Qormija li ggib l-istess isem. Kittieb tan-novelli li whud minnhom, f’konkorsi nazzjonali kienu fost ir-rebbieha jew issemmew b’gieh fosthom ‘Octavia’, ‘Il-Holma li Sehhet’, It-Tfajjel Belhani’ u ‘Bis-Sahha tal-Fniek’. Bosta xoghlijiet tieghu dehru f’ghadd ta’ rivisti u l-aktar fil-programmi annwali tal-kazini ppubblikati fi zmien il-festi.


Fil-fergha poetika huwa niseg ghadd ta’ innijiet popolari, religjuzi u ta’ xejra ohra mifruxin ma’ gziritna b’rabta mal-baned bhal ‘Peace’ u ‘La Vittoria’ tan-Naxxar, ‘Beland’ taz-Zejtun, ‘San Guzepp’ ta’ Hal-Ghaxaq , ‘Stella Maris’ f’tas-Sliema, ‘San Guzepp’ f’ Hal-Kirkop, Madonna Tal-Karmnu fil-Balluta, Madonna tal-Gilju fl-Imqabba, ‘Kristu Re’ (De Paule) u ‘Kristu Sultan’ f’Rahal Gdid, ‘San Pietru’ ta’ B’bugia u l-Innu tac-Centinarju ta’ ‘La Stella Levantina’ ta’ H’Attard. Maghhom ukoll dak tax-Xaghra f’Ghawdex, flimkien ma’ dak ta’Toronto, fil-Kanada ghall-Ghaqda Festa San Gorg Association u iehor ghas- ‘St. George’s Association Inc.1988’ ta’ Sydney, fl-Awstralja. Kiteb ukoll l-innu tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

Ghal Hal Qormi kiteb ghadd gmielu u tajjeb jigu analizzati

Banda San Gorg Martri:l-Innu tal-Banda, il-kantata ‘Gawhra Prezzjuza’, ‘L-Ghaxqa Taghna’*–‘Bik Gorgi Kburin’, ‘Omagg lill-Banda Werqista’,‘Is-Seba’ Duluri’ u l-innu Marc ‘Iz-Zghazagh Werqisti’ ghall Kummissjoni Zghazagh Werqisti

Kumitat Festi Esterni:Il-hajja ta’ San Gorg Martri f’ghamla ta’ ghanjiet bl-isem ‘Il-Kbir Martri ta’ Lidda’* flimkien ma’ erba’ innijiet processjonali f’gabra ohra ‘Ma’ Gorgi Rebbihin’ u ‘Hlewwet l-Ghenba’ li huwa l-innu tal-Festival tal-Imbid. Maghhom zid l-innijiet ‘Kumitat Festi Esterni’ u ‘Liz-Zghazagh Gorgjani’

L-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April:‘Tislima lill-Ghaqda Tan-Nar’

L-Ghaqda Teatrali Qawmien: ‘ Innu Qawmien’.

Kunsill Lokali Qormi: ‘Gieh lil Hal Qormi’ l-innu ufficjali tal-Belt Pinto li ntrebah wara konkors li tnieda mill-Kunsill, u l-ahhar bicca xoghol ‘Omagg lill-Belt Pinto’ b’dedika lill-President ta’ Malta Dr. George Abela li ndaqq f’Jum Hal Qormi

*Inkitbu b’tifkira tas-sbatax- il Centinarju ta’ San Gorg Martri fl-2003
Nota: Ilkoll immuzikati u hafna minnhom irrekordjati fuq Cds. Il-versi ta’ uhud mix-xoghlijiet ta’hawn fuq saru wara li tlestiet il-muzika minn qabel.

Is-Sur John M.Sciberras (1921 - ), poeta. (1)
Pawlu Montabello twieled f’Hal Qormi fit-30 ta’ Gunju tal-1905. Pawlu Montabello f’zghozitu issieheb fl-Ordni tal-Patrijiet Frangiskani. Pawlu Montabello qatta’ l-bicca l-kbira ta’ hajtu barra minn Malta fejn issokta jistudja diversi suggetti u lingwi. Fl-Italja bejn l-1921 u l-1934 Pawlu Montabello studja u tghallem il-latin, il-franciz, il-grieg, u l-filosofija, filwaqt li bejn l-1923 u l-1924 kien studja it-teologija u l-ebrajk. Fl-1928, kien mar l-Indja mal-Bellary British Mission fejn studja l-ilsien telugu, izda rega’ lura lejn Toscana fl-Italja fl-1932, biex ighallem il-Grieg, il-latin u l-ingliz. Il-Qormi u frangiskan Pawlu Montabello rega’ lura Malta fl-1935 bhala kappillan tal-parrocca tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema, u fl-istess zmien bhala ghalliem fl-Imdina. Matul il-gwerra, Pawlu Montabello kien supritendent tal-Air Raid Precautions stazzjonat fil-liceo, il-Belt Valletta, izda fl-1940 rega’ lura lejn l-Imdja biex jahdem fost il-prigunieri taljani. Pawlu Montabello kien ukoll direttur tar-radju Delh li kien jittrasmetti bit-Taljan u ta’gazzetta fl-Indja bl-ilsien taljan. F’Cardiff go Wales, Patri Pawlu serva fl-1946 bhala l-kappillan tal-parrocca ta’ St.Cuthbert. Fl-1955, telaq minn patri. Mill-1970 ‘il quddiem Pawlu Montabello okkupa ruhu jigbor hrejjef folkloristici Asjatici, Ewropej u Afrikani. Minkejja li Pawlu Montabello kien rega’ gie lura Malta, fl-1972 rega’ telaq u ssetilja go Wales. Il-Qormi Pawlu Montabello kien tabilhaqq iddedikat ghall-ilsien il-lingwa u l-letteratura maltija. Hafna mix-xoghlijiet tieghu bhala kritika letterarja u poeziji kienu ppubblikati hawn Malta. Fost il-hafna u hafna pubblikazzjonijiet insemmu, ‘Gabra ta’ Hrejjef’, ‘Ghemejjel Gilgamex’, ‘Hal Saflieni u l-omm il-kbira’, ‘Ghanja lil Malta’. Fl-1993 rega’ gie Malta biex jillancja l-ktieb maqlub ghall-malti ‘Dun Kixott’ u fl-1955 ippublikata l-poema epika tieghu ‘Hagar Qim’. Pawlu Montabello miet gewwa Wales fit-2 ta’ Jannar , 2005 fl-eta’ sabiha ta’ 99 sena u nofs. (2)
Gorg Saliba twieled Hal Qormi fil-parocca ta’ San Sebastjan, fid-29 ta’ Novembru, 1946. Kien fundatur u wihed mill-atturi principal ital-Kumpanija ‘Narbona’. Ghamel diversi snin fil-Kumitat Festi Nazzjonali, fejn kien involut fl-orginazzjoni tal-Festi tal-Karnival, ta’ l-Imnarja, ecc. Ipproduca u pprezenta diversi programmi kulturali fuq bazi Nazzjonali, fosthom ‘Ma Gmiel l-ilbies . . .”. Huwa awtur ta’ diversi poeziji f’diversi pagni letterarji, ko-awtur tal-ktieb, b’gabra ta’ poeziji ‘Imriezaq mas-Sebh’. Produttur u prezentatur ta’ diversi programmi kulturali u ta’ qari letterarju fuq diversi stazzjonijiet tar-radju bhal FM Bronja, Radju Super One, RTK, Live FM, u Bastjanizi FM. Organizzatur u kittieb tal-lirika tas-sigli ta’ diversi Festivals ta’ Kanzunetti bhal, ‘Wardakanta’, ‘Festival Jum il-Helsien’, ‘Gmiel is-seba’ noti’ u ‘Ilhna ta’ ferh’, awtur tal-ballta ‘Il-Qalbien Toni Bajada’, awtur tal-ballata ‘Manwel Cilia’. Awtur tal-lirika ta’ diversi cassettes – CD’s, b’gabriet ta’ kanzunetti b’temi socjo-politici. Kittieb ta’ lirika Maltija ghal diversi kantanti stability maltin. Gorg huwa l-awtur tal-lirika tal-kanzunetta (ghall-UNESCO, f’isem Malta) ‘Sa l-ahhar nifs! . . . ‘ fl-okkazjoni tas-Sena Internazzjonali tal-Paci, fl-1985. U l-awtur tal-lirika tal-Musicals ‘Andrelisa’ u ‘Sebastjan’.
John Mallia twieled Hal Qormi fl-1944. Ghal hafna snin ghalliem tal-Malti f’Liceo ta’ l-Istat. Imsieheb fl-Ghaqda Poeti Maltin u fl-Ghaqda Letterarja Maltija. Ghadd ta’ poeziji tieghu dehru stampati f’gurnali, rivisti u fl-antologija ‘Spirali’ (1997) u fil-gabra ta’ poeziji ‘Arkadja’ (2004).

Referenzi:

(1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri
(2) Hajr lil Gorg Saliba tal-materjal li ghaddieli
(3) ‘Maltese Biographies of the Twentieth Century’, Micheal J.Schiavone u Louis J.Scerri, Publikazzjoni PIN (1997)
(4) http://www.akkademjatalmalti.com