![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Clyde Puli, twieled fit-13 ta’ Settembru, 1969 u studja fl-Universita’ ta’ Malta fejn ha il-Bacellerat fis-Socjologija u l-Komunikazzjoni u wara anke’ Masters fil-Socjologija Politika. Ilu attiv fil-Partit Nazzjonalista mill-1990. Beda bhala membru tal-PN Qormi Youth Movement (MZPN) u kompla fil-kumitat ezekuttiv tal-MZPN. Kien ukoll President tal-Kullegg tal-Kunsilliera Nazzjonalisti (KKPN) mill-1997 sal-2003. Clyde Puli gie elett fl-1994 bhala kunsillier fil-kunsill lokali ta’ Hal Qormi u serva bhala Sindku mill-1998 sal-2001. F’April 2003 gie elett membru parlamentari kif ukoll chairman tal-affarijiet socjali, u huwa membru fil-kumitat tal-affarijiet barranin u tal-Unjoni Ewropeja kif ukoll delegat tal-COSAC. |
![]() |
Roderick Galdes, imwieled
Hal Qormi. Ha l-edukazzjoni primarja tieghu f'Hal Qormi u l-edukazzjoni
sekondarja tieghu fil-Liceo Vassalli, tal-Handaq. Kiseb Diploma fl-Istudji
ta' l-Ippjanar u fil-prezent qed itemm l-istudji tieghu fil-Bacelleratt
mill-Universita` ta' malta. Jahdem fl-awtorita` Maltija ghall-Ambjent
u l-Ippjanar. Bejn l-1996 u l-1998 hadem fis-Segretarja Privat tal-ministeru
ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali. Inhatar Assistent Segretarju Ezekuttiv
tal-Planning Council li kellu l-inkarigu li jfassal Pjan Socjo- Ekonomiku
ghan-nofsinhar ta' Malta. Fundatur ewlieni tal-Qormi Basketball Club fl-1995
u President ta' l-istess Ghaqda sa' l-2001. Kien Segretarju Generali tal-Forum
Zghazagh Laburista u raprezentant ta' l-istess Forum fl-Ezekuttiv Nazzjonali
Laburista bejn l-1999 u l-2001. Elett l-izghar Kunsillier fl-ewwel elezzjonijiet
tal-kunsilli Lokali fl-1994. Kien kunsillier Indipendenti bejn l-1994
u l-2001. Ikkontesta l-elezzjoni Generali fl-2003. Huwa prezentatur fuq
Radju Super One u Sindku Laburista ta' Hal Qormi bejn l-2001 u l-2004.
Fil-prezent huwa membru parlamentari u kelliem ghall-Ambjent u l-Patrimonju
Nazzjonali. (1) |
![]() |
Marie Louise Coleiro twieldet
fis-sena 1958, f’Hal Qormi. Hija bint il-mejjet Anthony Coleiro,
li ghallem ghal madwar 40 sena f’Hal Qormi, u Judith nee` Sammut.
Bdiet l-attivita’ fil-volontarjat fl-Azzjoni Kattolika f’Hal
Qormi fl-eta’ ta’ 13-il sena, filwaqt li kienet PRO ta’
l-Union ta’ l-istudenti tal-Polytechnic. Bdiet l-attivita’
politika taghha meta kellha 16-il sena. Okkupat diversi karigi fi hdan
il-Partit Laburista, fosthom bhala: membru elett ta’ l-Ezekuttiv
Nazzjonali, membru fil-Bureau Nazzjonali ta’ l-Ghaqda Zghazagh Socjalisti,
Assistent Segretarju Generali tal-Partit Laburista, Segretarju Generali
tal-Partit Laburista, membru fundatur tal-Fondazzjoni Guze Ellul Mercer,
Stampatur tal-Gurnal tal-Partit Laburista – Il-Helsien, Presidenta
ta’ l-Ghaqda Nisa Laburisti u mill-1998 Membru Parlamentari Laburista.
Kienet ukoll attiva fi hdan il-GWU bhala membru fil-Kunsill Nazzjonali
ta’ l-Ghaqda Haddiema Zghazagh u Rapprezentanta tal-Partit Laburista
fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. Illum hija kelliema ewlenija ghas-Solidarjeta`
Socjali (Politika Socjali: Sedqa, Persuni b’dizabbilta`, welfare;
Familja; Anzjani; Occupational Health). (1) |
![]() |
| George M. Hyzler (1956 - ), Segretarju Parlametari Nazzjonalista. (1) | ![]() |
John Dalli, twieled gewwa Hal Qormi
fil-5 ta' Ottubru, 1948. Studja gewwa l-Liceo u l-MCAST. John Dalli dahal
jahdem mal-Bluebell (Malta) Ltd bhala kontrollatur finanzjarju, fejn imbaghad
mar Brussels fejn kompla l-istudji tieghu fil-managment. Dalli hareg ghall-politika
fl-1981 u ikkontesta l-elezzjoni generali mal-Partit Nazzjonalista fejn
tela' fl-1987, 1992, 1996. Fl-1987 lahaq segretarju parlamentari ghall-industrija,
u f'Mejju 1990 sar ministru tal-finanzi. (2) |
![]() |
Lino Spiteri, twieled Hal Qormi fil-21 ta’ Settembru 1938. Studja fil-Liceo ta’ Malta, u fl-Universitá ta’ Oxford, fejn iggradwa fil-Politika u l-Ekonomija. Huwa politiku rtirat, ekonomista, opinjonista u kittieb. Dahal fil-Parlament ta’ 23 sena, u dam mill-1962 sal-1966. Wara li mar jistudja Oxford fl-1966/7 kien Kap tal-Pubblikazzjonijiet, Union Press, u Editur tal-Malta News, u mbaghad Ricerkatur tal-Kamra tal-Kummerc. Wara li rega’ mar Oxford (1971/3)mexxa l-Bank Centrali sa ma rega’ tela fil-Parlament fl-1981. Baqa’ membru sa ma rtira mill-politika fl-1998. Tul il-21 sena li ghamel fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista kien ministru darbtejn, u serva b’kollox ghal sitt snin. Beda jikteb in-novelli minn kmieni, bl-ewwel wahda tieghu – ‘Ragel Kburi’ – lokata f’Wied il-Kbir, barra Hal Qormi. Kiteb madwar 110 novelli, imsejsa f’realizmu socjali, b’madwar kwart minnhom ambjentati fil-qasam socjo-politiku, ’il hinn mill-parteggjanizmu.L-ewwel gabra ta’ novelli mit-tmienja li ppubblika bejn l-1968 u l-2005 (wahda minnhom fantasiji bl-Ingliz) kienet Tad-Demm u l-Laham u stejjer ohra. L-izjed gabra ghal qalbu jghid li hi Stejjer ghal Valentina, fejn l-awtur, jiccelebra l-ferh tieghu li hu nannu billi jkellem lin-neputijiet tieghu bi stejjer dwar il-hajja. L-aktar gabra ricenti (2005) hi Meta Jdellel il-Qamar. Flimkien ma’ publikazzjonijiet ohra Spiteri hareg ukoll tliet gabriet ta’ poezija u rumanz socjo-politiku, Rivoluzzjoni, do Minore, li jirregistra l-hasra u l-hala tal-kwistjoni politico-religjuza tas-Sittinijiet, li ghal Spiteri kienu l-ewwel fazi tal-karriera politika tieghu.Oqsma li hadem fihom ukoll b’mod paralleli huma dawk tal-gurnalizmu u ta’ l-ekonomija u l-finanzi. Ghadu attiv f’dawn l-oqsma, fil-gazzetti bhala opinjonist b’kolonni regolari f’The Times u The Sunday Times, u fil-qasam ekonomiku bhala direttur fuq ghadd ta’ bordijiet.Lino Spiteri zzewweg lil Vivienne nee’ Azzopardi fl-1964 u ghandhom erbat itfal, Noelle, Bertrand, Lara u Lincoln. |
![]() |
L-Eccellenza Tieghu it-Tabib
Dr. George J. Hyzler, (26.5.1926- ) spiss qed ikun, mill-10.5.1999
'il hawn, l-Agent President tar-Repubblika, meta jkun imsiefer il-President
ta’ Malta. Ghalkemm twieled iz-Zejtun, sar wiehed minna ghax mhux
biss fil-Gwerra izda wkoll matul dawn l-ahhar 40 jew 45 sena baqa' joqghod
Hal Qormi, pajjiz zijuh it-Tabib Federik Maempel: it-tnejn, il-wiehed
u l-iehor, nafuhom bhala tobba dedikati ghall-Qriema u rnexxew it-tnejn
bhala kandidati Nazzjonalisti, Dr. George Hyzler (senior) tela' fil-Parlament
kull darba matul it-33 sena ta' bejn l-1962 u l-1995: gie li kien ukoll
segretarju parlamentari u gie li kien Ministru. Wara li habrek fil-Kunsill
ta' l-Ewropa u fil-Unicef, bdew jingiebu gruppi ta' tfal orfni mir-Russja
ghal btala hawn Malta. Il-United Nations u l-Gvern ta' Malta hatruh ukoll
direttur ta' l-Istitut Internazzjonali dwar l-Anzjani. Inghazel ukoll
bhala l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Polonja u c-Cekoslovjakkja. U, hawn
Malta, nghata l-Onoroficenza ta' Ufficcjal ta' l-Ordni tal-Mertu. (1) |
![]() |
It-Tabib Albert V. Hyzler (1916-1993)
, imwieled il-Belt. Huwa iben il-Professur Joseph Hyzler u Marietta Muscat
Fenech. Huwa studja fil-Liceo, u l-Universita' ta' Malta fejn sar tabib.
Hyzler dahal fil-politika wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa kkontesta
b'success l-elezzjoni fl-1947, kif ukoll fl-1951 mal-Partit ta' Boffa
li kien ghamel koalizzjoni man-Nazzjonalisti. Hyzler kien sar Ministru
ghas-Sahha, imma kellu jirrezenja minhabba li vvota kontra l-Prim Ministru
Gorg Borg Olivier. Fl-1953 inghaqad mal-Malta Labour Party u ghamel l-ewwel
meeting fiz-Zurrieq. Gie elett fis-sena 1955, 1962, 1966, u 1971 fejn
kemm il-darba serva bhala Ministru tas-Sahha. Wara r-rewwixti kontra t-tmexxija
Ingliza fl-1958, gie arrestat u mitfugh il-habs ghal 32 gurnata. Huwa
rtira fl-20 ta' Settembru 1976. (2) |
|
It-Tabib Federik Maempel (1886-1948) Parlamentari Nazzjonalista (1) Il-Perit Guzeppi Mifsud Ellul (1869-1933) Parlamentari Laburista (1) |
|
Referenzi: (1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri |
|
![]() |