![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Rafel Gatt "Ta' Karga" (1886 - 1970), haddiem ta' l-artigjanat tal-metall. (1) | ![]() |
Karmenu Camilleri (1899 - 1977),
surgent tal-Pulizija ddekorat bil-George Medal qabel ma' Malta hadet il-George
Cross. (1)
Anglu Borg (1961-1988), zghazugh ta' 27 sena li halla hajtu ghall-haddiehor. (1) Is-Sinjora Concetta Borg Calleja L.L.A., (1901 -1980), aktarx l-ewwel mara Qormija li kisbet il-lawrja universitajra, u lahqet headmistress ta' l-Iskola Sekondarja tal-Bniet. (1) Is-Sinjora Concetta Sammut L.L.A., imwielda wkoll Hal Qormi u mietet ir-Rabat, lahqet wara l-ohra headmistress ta' Maria Regina Girls' Grammar School. (1) L-Avukat Chev. Vincent Depasquale, B.A.,L.L.D., lahaq Kap tal-Bibljoteka Nazzjonali. (1) L-Avukat George Abela, B.A.,L.L.D., (22.4.1948 - ), twieled Hal Qormi. Huwa studja fil-Liceo u fl-Universita' ta' Malta, fejn lahaq nutar. Fl-1974 kien beda x'jaqsam mal-Qormi Fc, fejn fl-1976 lahaq president tal-Qormi FC. Tul kemm kien ilu president, it-tim tela' 1st Division. Fl-1982 ikkontesta b'success ghall-President tal-MFA, fejn dam sal-1992. Wara inghaqad mal-Malta Labour Party bhala deputat mexxej. Sakemm kien President tal-MFA, saru bidliet importanti fosthom li l-loghob beda jsir go Ta' Qali u mhux izjed gewwa l-Gzira. (3) Is-Sur George Agius, Dip.Soc.St. (Plater College), (14.11.1924), twieled gewwa Hal Qormi u rcieva l-edukazzjoni tieghu fil-Kullegg De la Salle u id-Dockyard School, fejn lahaq 'electrical fitter apprentice'. dahal jahdem fid-Dockyard fl-1941. Tul it-Tieni Gwerra Dinjija sar membru tal-GWU, wara lahaq 'educational officer'. Ftit wara dahal ukoll f'diversi kumitati fi hdan l-Union. Fl-1955 lahaq segretarju generali tal-Malta Labour Party fejn dam sa l-1957. Kompla jistudja fi Plater College, f'Oxford fejn gradwa fil-politika u l-ekonomija. Fl-1971 gie elett Segretarju Generali tal-GWU, fejn baqa' fiha sakemm irtira. Kien membru tal-Konfederazzjoni Ewropeja tat-Trade Unions (1972-76), u d-delegat tal-haddiema fil-Konferenza li saret fuq il-haddiema f'Geneva. Serva ukoll ta' Ambaxxatur ghal Malta bejn l-1977 u l-1978), kif ukoll raprezentant permanenti tal-United Nations. Wara li rtira bil-pensjoni baqa' attiv fi hdan il-GWU, fit-Taqsima tal-pensjonijiet. (3) Kolinu Baldacchino, jew Nicolo' (3.10.1895 - 28.2.1971), tenur maghruf fil-knejjes u fit-Teatru Rjal kif ukoll barra minn Malta: imwieled is-Siggiewi izda joqghod Hal Qormi sakemm izzewweg, u kien hu li ghallem u harreg it-tenur ta' fama mondjali Oreste Kirkop (26.7.1923 - 10.5.1998). (1) Karmenu Mallia, 'Tal-Lhudi" (1869 - 1931) spiritwalista (1) L-Imghallem Spiru Agius (1872 - 1929), imsemmi ghal xoghljiet tal-hadid. (1) L-Imghallem Karmenu Mifsud "Ta' Verdi" (1873 - 1916) klarinettist u artigjan tal-metall. (1) Saver Gatt (1916-1980), bhalu klarinettist solista u haddied tas-sengha, kif ukoll cajtier prim u filosfu naturali. (1) Il-bennej Gorg Pulis "Ta' Kalang" (1857-1933), fl-1921 - 1923 b'maestrija u inginerija rrestawralna n-navi tal-Knisja ta' San Gorg kif inhuma llum. (1) Is-Sur Joe Galea, imwieled Hal Qormi u joqghod Fleur-de-Lys, fic-Civil Service , fl-1999 lahaq Awditur Generali. (1) In-Nutar Chev. John Spiteri Maempel, B.A.,L.L.D., (1917 - 1974), b'interess fil-folkor, kien imsieheb fil-gurija tal-Buskett u tal-Presepji. (1) |
Leli Fabri twieled Hal Qormi fis-16
ta’ Dicembru tal-1952, kien wiehed mill-ahjar plajers tat-tim mazzjonali
malti fis-snin sebghin u snin tmenin. Huwa kiseb l-edukazzjoni tieghu
mis-St.Joseph Secondary School ta’ Rahal Gdid, u kien hemmhekk li
Emanuel jew Leli beda jilghab il-futbol mal-juniors. Fl-1969 fl-eta’
ta’ ftit iktar minn 16-il sena, Leli Fabri ghamel id-debutt ghal
Hal Qormi F.C. fl-ewwel divizjoni, li kienet l-oghla divizjoni dak iz-zmien.
Il-loghob qawwi tieghu, bhala wing half, laqat malajr l-ghajnejn ta’
clubs aktar rinomati, u ftit ta’ zmien wara kien trasferit ma’
Sliema Wanderers li maghhom Leli rebah hafna unuri. Il-Qormi Emanuel Fabri
rebah l-unur ta’ Footballer of the Year ghall-istagun 1980/81, l-unur
ta’ Sportsman of the Year ghas-sena 1981, u ntghazel biex jilghab
ma’ Malta, tletin darba. (2) |
George Albert Zarb
li twieled Hal Qormi fl-1 ta’ Dicembru tal-1906, kiseb l-edukazzjoni
tieghu mill-Kullegg San Alwigi. Il-hajja kollha ta’ Gorg Zarb, kellha
x’taqsam kollha ma’ attivitajiet fl-oqsma u servizzi fit-turizmu,
ivvjaggar u migrazzjoni. Bejn 1925 u l-1930, Zarb hadem bhala ‘Courrier’
ghall-famuza ‘American Express Corporation’ fl-Ewropa. Aktar
tard, George Albert mar mal-‘Imperial Airways/BOAC Group’,
bhala maniger kummercjali fejn dam sal-1945. Kien ukoll ‘Sales Maniger’
tal-Malta Airlines/BEA, f’Malta. Mal-bidu tat-turizmu f’Malta,
il-gvern fittex juza’ l-gherf vast u l-esperjenzi wiesgha ta’
George fil-qasam tal-kummerc tal-ivvjaggar. U ghalhekk kien sal-1963,
maniger tal-pubblicita’, membru u direttur tal-Malta Government
Tourist Board. Goerge Zarb irraprezenta lin-negozju lokali f’diversi
konferenzi barra minn Malta. Fl-1959, Zarb irraprezenta lill-Malta Goverment
Tourist Board, fil-konferenza ta’ IOUTO li kienet saret f’Manila
, il-Filippini, fl-1959 ukoll irraprezenta lil Malta Chamber of Commerce
f’Washington, l-Istati Uniti. Rega’ imbaghad irraprezenta
lill-Malta Chamber of Comerce fl-1960 fil-Commonwealth Chambers of Commerce
Conference., li kienet saret f’Canberra, l-Awstralja. Ghal numru
ta’ snin, Goerge serva bhala Chariman tat-Tourism Section, bhala
membru fil-kunsill tal-Malta Chamber of Commerce u membru fil-kumitat
tal-Catholic Tourist Council, tal-Malta Migration Comission , u tal-kumitat
biex jippromovi l-Migrazzjoni lejn l-Istati Uniti u l-Awstralja. Gorg
kien ukoll membru tal-International Lions Association u tal-Malta North
Atlantic Association. Fl-1934, izzewweg lil Helen Huber u kellhom tliet
subien (George, Francis u John) u tifla (Marie Therese). Illum uliedu
George u Francis huma it-tnejn professuri tad-dentistrija fil-Kanada.
(2) |
Giuseppe Duca twieled Hal Qormi
fil-21 ta’ Jannar ta’ l-1871. Giuseppe Duca kiseb l-edukazzjoni
tieghu fil-Liceo. Fil-klassi tal-arti, Giuseppe gie mfahhar hafna ghat-tpengijiet
tieghu u ghalhekk iddecieda li jaghzel it-tpingija bhala l-karriera tieghu.
Bejn l-1885 u l-1889 iz-zaghzugh Giuseppe jew Guze’ Duca studja
that il-famuz artist Giuseppe Calleja. Fl-1890, Duca inhatar bhal ghalliem
tat-tpingija fl-Iskola ta’ Bormla u wara bhala ghalliem tal-istess
suggett fil-Liceo, kariga li dam fiha sa ma rtira fl-1925. Il-pittur taljan
Virginio Monti sar jaf lil Guze’ Duca u ntlaqat mit-tpingijiet tieghu.
L-ahjar fergha ta’ Duca kienet il-portraits biz-zejt, pastel u monochrome.
Fost ix-xogholijiet insibu diversi portraits ta’ Kummissarji Civili
Inglizi, kif ukoll ta’ Gvernaturi Inglizi f’Malta minn Sir
Alexander Ball sa Arthur Lyon Freemantle li sal-lum ghadhom izejnu xi
whud mill-ufficcji tal-Palazz tal-Granmastri fil-belt Valletta. Ghandu
ukoll diversi xoghlijiet ta’ arti sagra fosthom anke fil-knisja
ta’ San Gorg f’Hal Qormi. Il-qormi Guze’ Duca ha sehem
f’wirjiet f’Malta u barra minn Malta. Fl-1924 kien rebah medalja
tad-deheb fil-Wembly Empire Exhibition. Ix-xoghlijiet ta’ Duca intwerew
ukoll fl-Akkademja Brittanika gewwa Ruma. L-ahhar esibizzjoni, kienet
saret fil-British Institute, il-Belt Valletta, fl-1946. Il-pittur Qormi
kien ukoll kantant baritonju tajjeb, maghruf hafna u ghalekmm kanta f’bosta
u bosta knejjes, qatt ma kanta fuq palk. Il-pittur u baritone mil-Qormi
Guze Duca miet fl-24 ta’ Ottubru, 1948 fl-eta ta’ 77 sena.
Huwa xieraq li f’Hal Qormi insibu triq imsemmija ghalih. (2) |
Anthony Cassar twieled
Hal Qormi fis-7 ta’ Jannar ta’ l-1903 u ha l-edukazzjoni tieghu
fl-iskola ta’ rahal tweildu. Ghalkemm aktar tard Cassar tela’
fil-prominenza u importanza bhala industrijalist, l-imhabba ta’
tfulitu ghal u r-rabtiet ma’ rahal twelidu baqghu dejjem b’sahhithom
u wriehom l-aktar bl-involviment tieghu f’dik il-parti ta’
mhabba Maltija ghat-tghammir u tnissil u tigrijiet taz-zwiemel. Fl-eta
ta ‘ 16 –il sena, Anthony kien diga’ qieghed jahdem
iebes fin-negozju tal-produzzjoni tal-inbid ta’ missieru. Bl-isem
Hal Qormi qrib hafna tal-Marsa, l-isem li ghazlu ‘Marsovin’
kien addattat hafna u malajr sar maghruf minn kulhadd. Il-partnership
ibbazat f’Hal Qormi bl-isem ta’ A & G Cassar Brothers,
kien iffurmat fl-1926 u kienu l-produtturi tal-inbid ghal hafna aktar
minn ghoxrin sena qabel ma sar attwalment ‘Marsovin Ltd.’.
Fl-1946, il-qormi Anthony Cassar dahal fl-industrija tat-thin tad-dqid,
bhala s-sieheb anzjan fl-Anthony Cassar & Son, li topera mill-Marsa.
Aktar tard inhatar ukoll bhala Chairman u direttur manigerjali tas-St.Joseph
Flour Mills Co Ltd. In-negozji ta-Cassarijiet kienu generalment ta’
success kbir. Il-Qormi Anthony Cassar kien membru tal-Malta Chamber of
Commerce, tal-Millers Association, tal-Federation of Industries. Ghal
din tal-ahhar Anthony iddedika hafna mill-hin, entuzjazmu u sforzi tieghu,
u safa il-president taghha ghal hafna snin. Din il-kariga kellu jcediha,
meta l-gvern hatru Chairman tal-Malta Development Corporation. Fl-1995,
il-Kavallier Anthony Cassar maghruf ‘tal-Marsovin’ kien innominat
membru tan-National Order of Merit. (2) |
Alfred Micallef li
twieled Hal Qormi fis-16 ta’ Gunju tal-1954, huwa l-ewwel referee
professjonali malti fuq bazi full time li qatt ma kellna u sa daqs sitta
seba’ snin ilu, ukoll l-uniku wiehed fil-futbol malti. Alred Micallef,
beda l-karriera fir-refeeeing tieghu fl-1982 fil-loghba tar-reserves bejn
Dingli Swallowa u Siggiewi F.C. Imbaghad fit-18 ta’ Settembru tal-1988,
Alfred ikkontrolla l-ewwel loghba tieghu fil-Premier League li kienet
Valletta u Rabat. Minn dakinhar, il-Qormi Alfred Micallef ar referee fit-top-ranking
f’Malta. Fl-1991, tpogga fil-panel tal-FIFA, meta kkontrolla l-loghba
internazzjonali bejn Malta u Norvegja fl-istadium Ta’ Qali. L-iktar
forsi okkazzjoni memorabbli ghalih kienet, fl-24 ta’ Frar, 1993,
fejn Alfred Micallef ikkontrolla l-loghba ta’ kwalifikazzjoni ghat-Tazza
tad-dinja bejn Spanja u l-Litwanja. (2) |
![]() |
Victor Formosa twieled
Hal Qormi fit-3 ta’ Novembru 1944. Studja fil-Kullegg Stella Maris
tal-Gzira u fl-1967 beda l-karriera tieghu fil-qasam tax-xandir, bhala
Editur tal-Programmi. Wara kors ta’ erba’ xhur fil-produzzjoni
tal-programmi fit-Thompson Foundation Television College fi Glasgow, l-Iskozja,
inhatar Kap tal-Produzzjoni mal-Awtorita’ tax-Xandir. Victor Formosa
pproduca diversi dokumentarji u programmi kulturali kif ukoll xandiriet
politici. Fl-1976, ntghazel biex jifforma parti minn gurija li ssawret
biex taghzel l-ahjar dokumentarji televizivi, f’kompetizzjoni orgnizzata
minn RAI Premio Italia. Fl-1978, Victor Formosa emogra lejn il-Kanada
fejn kien impjegat ma’ stazzjon televiziv etniku. Fil-Canada inhatar
bhala general manager ma’ kumpanija tal-ivvjaggar.Victor rega’
lura fil-1990 u stabilixxa l-istazzjon tar-Radju tal-Partit Nazzjonalista,
ir-Radio 101. Huw baqa jahdem hemmhekk bhala general manager. Imbaghad
inghaqad mal-Bay Radio. Fl-1995, Formosa sar general mangager ta-Bay Radio
u ukoll tal-Eden Century Film Centre. (2) |
Alphhonse Meli maghruf iktar bhala
Fonzu twieled Hal Qormi, fit-28 t’Ottubru tal-1937. Ha l-edukazzjoni
tieghu mill-iskola primarja ta’ Hal Qormi u l-Liceo qabel imbaghad
dahal apprentist fid-Dockyard. Kien hawn li beda jsir attivist fi hdan
il-Partit Laburista u General Workers Union. Kien shopstewart fost shabu
u kompla bil-hidma fis-Sezzjoni tal-GWU marbuta mad-Dockyard, sakemm lahaq
assistant segretarju. F’Ottubru 1987 gie elett Segretarju tal-Chemical
and General Workers section fi hdan il-GWU, fejn baqa’ jservi sal-1997.
Matul dan iz-zmien kien ukoll elett ‘Deputy Secretary General’
responsabbli mill-affarijiet barranin tal-GWU. Meli kien ukoll attiv fix-xena
sportiva. Meta kien zaghzugh kien jilghab mal-Qormi United u aktar tard
serva fl-amministrazzjoni tal-klubb. Fl-1960 kien strumentali biex jghaqqad
il-Qormi United mat-tim Qormi Youngsters, biex jigi ffurmat Qormi F.C.
Huwa miet fit-22 t’Ottubru, 2003. |
![]() |
|
Referenzi: (1) Artiklu Dun Gwakkin Schembri |
![]() |