L-Imhallef Giacomo Depasquale,
B.Lit., LL.D.(1.4.1870 - 26.11.1955) twieled l-Isla. Missieru kien jismsmu
Agostino u ommu Vincenza Vassallo. Ghalkem twieledminn ckunitu trabba
Hal Qormi fejn baqa' sal-mewt. Sar avukat fl-1892 u nhatar magistrat fl-1922
u mhallef fl-1929, sa ma rtira f'Mejju tal-1934 meta kellu 64 sena.. Kien
imhallef kapaci u ezaminatur fil-korsijiet universitarji tal-Ligi. It-tifel
tieghu huwa Dr.Vincent Depasquale. |
L-Imhallef George Schembri, B.A.,
LL.D. (22.1.1926 - 7.6.1980) imrawwem fil-Ligi taht il-Prof. Victor Caruana
Galizia u l-Prof. Felic Cremona, ghamel isem il-Qorti tal-Kummerc sew
bhala avukat (mill-1949) kemm bhala mhallef (mill-1974). Fl-universita'
kien Lecturer tal-Ligi tal-Kummerc (mill-1969), u xi drabi ghallem ukoll
ic-civil. Bhala avukat, kien ic-chairman mahtur biex imexxi l-inkjesta
fit-tilwima ta' bejn Bailey Malta Ltd u l-General Workers Union. Malli
ha l-lawrja fl-1949, wahda mill-ewwel kawzi li ddefenda u rebah kienet
dik kontra l-Universita' dwar premju li kien jisthoqqlu ghax gie t-Tieni
fl-ahhar sena tal-Kors. Meta f'Hal Qormi fl-1963, fuq l-inizjattiva ta'
Guze' Cardona, inbeda l-Kunsill Civiku, bhala Chairman inghazel il-Professur
Guze' Galea u bhala Vici-Chairman ghazlu 'l hija, jigifieri lill-Avukat
George Schembri li qed insemmu. Dejjem Hal Qormi baqa' joqghod. |
L-Imhallef Anton Depasquale, B.A.,
LL.D.(16.1.1942 – Gie nominat Magistrat lil Dr. Anton Depasquale
dik il-gimgha stess li fiha nhar is-Sette Guigno (1980). Ghaddew ghaxar
snin u fl-1990 nhar is-6 ta' Frar, fiz-zmien prezzjuz ta' bejn iz-zjara
li ghamlulna f'Dicembru Gorbachov u Bush u z-zjara li f'Mejju ghamlilna
Gwann Pawlu II, il-Magistrat Dr. Anton Depasquale inghata l-gurament ta'
Mhallef. Fis-sentejn ta' qabel, kien laqa' zewg stediniet li sarulu, u
zar hu stess il-U.S.A. (fl-1988) u l-U.K.(fl-1989) biex minn ras il-ghajn
jikseb taghrif dwar is-sistema legali ta' kull wahda miz-zewg potenzi. |