Ghal dawn l-ahhar hdax il-sena, l-Pageant group San Sebastjan, imwaqqaf mir-Rev. Ex Kappillan Fr.Walter Cauchi, ipprezenta diversi spettakli kemm ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa kif ukoll ghall-okkazzjoni tal-Festa tal-Patrun taghna San Sebastjan. Nistghu nghidu li dawn iz-zewg spettakli tnizzlu fil-kalendarju taghna il-Qriema, b’kotra ta’ parruccani, tfal, zghazagh u anzjani, mimlija hegga u entuzjazmu jaghmlu dak kollu li jistghu b’sagrifficju biex tigi pprezentata produzzjoni ta’ livell gholi.


Ghal dawn l-ahhar snin, kellna ir-rapprezentazzjoni ta’ Bin il-Bniedem, b’kitba u direzzjoni ta-Sur George Portelli. Spettaklu mistenni b’herqa kbira kull sena, ghall-jiem tal-Gimgha Mqaddsa. Grajja minsuga minn erba’ qlub u mhuh, ispirati minn Alla, l-erba’ Evangelisti. Bl-esperjenza u l-kapacita’ tas-Sur George Portelli flimkien mal-Kumitat u l-Kast, dejjem kien hemm produzzjoni ta’ livell gholi li ghamlet gieh lil Hal-Qormi.


F’Lulju tas-sena 2004, il-Kumitat dahal ghal sfida ohra. B’kitba u direzzjoni tas-Sur George Portelli gie mtella Sebastianus. Spettaklu mahsub ghall-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Sebastjan. Kien imbghad f’Lulju tas-sena 2005, li b’kitba u direzzjoni tas-Sur Sebastian Saliba flimkien mal-Kumitat, gie mtella Sebastianus Christianus li nistghu nghidu jkun mistenni kull sena minna l-Qriema Bastjanizi.


Bl-ghajnuna t’Alla kwazi ghaddiet sena ohra u ghal darb’ohra kulhadd herqan u entuzjast biex jaghmel hiltu biex ikun hemm rizultat ahhari. Din is-sena se nipprezentaw b’mod haj il-Hajja, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu bi produzzjoni totalment gdida. Dan ix-xoghol gdid, b’kitba u direzzjoni ta’ l-istess Chairperson tal-Kumitat is-Sur Sebastian Aquilina, se jkun ipprezentat fuq iz-zuntier mill-isbah u uniku tal-knisja San Sebastjan. Grazzi ghal kulhadd specjalment ghas-Sur Stefan Duca li b’energija kbira u dedikazzjoni offra l-hin tieghu biex setgha jsir ir- recording kif ukoll ghas-Sinjura Marthese Baldacchino li tghat daqqa t’id fl-ghazla tal-muzika ghal din il-holma gdida. Grazzi kbira lil membri kollha tal-Kumitat prezenti li b’ghaqda, b’impenn, u b’hafna hegga qeghdin jahdmu kontinwament.


Taht l-isem Id-Dawl tal-Hajja, dan l-ispettaklu se jkun ipprezentat bi tfissira ghalina lkoll, sabiex jurina t-triq mid-dlam ghad-dawl permezz ta’ Gesu’. Bi kwadri u sitwazzjonijiet godda, din il-produzzjoni se tqanqal fina mumenti emozzjonali u bla dubju li kull spettatur se jkompli jsahhah it-twemmien Nisrani tieghu.


Perswazi li b’ghaqda bejnietna lkoll u bl-ghajnuna ta’ kulhadd, din il-prezentazzjoni se tkompli taghmel unur lil Belt Pinto. Se jigu pprezentati tlett rapprezentazzjonijiet : It-Tnejn 6, it-Tlieta 7 u l-Erbgha 8 ta’ April 2009. Naghmlu stedina lil kulhadd biex jigi u jitpaxxa bil-linji, bil-muzika, bid-dawl, bil-kostumi u bl-ispettaklu taz-zfin li se joffri Id-Dawl tal-Hajja.


Il-Pageant Group ghandu il-websajt li hija www.pageantgroupsb.webs.com

 
Min ghandu xi ritratti jista' jibghat fuq info@cittapinto.com