![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Hal Qormi huwa wiehed mill-ikbar irhula
ta' dawn il-gzejjer. Minn grajjiet artna nafu li mill-imghoddi dan ir-rahal
kien mifrux hafna. L-Gholja Sceberras (il-belt Valletta ta' llum) kienet
taghmel ma' Hal Qormi kif kienu 1-Furjana, il-Marsa, u partijiet minn
Santa Venera u l-Hamrun. Dan il-kobor kollu wassal biex seklu wara iehor,
dan ir-rahal ha d-dehra mifruxa u kbira li ghandu llum u ghalhekk f’Hal
Qormi nsibu 1-akbar ghadd ta' nicec f’dawn il-gzejjer. Xi whud minn
dawn in-nicec taw ismijiet u laqmijiet lil bosta nahat ta' dan rahal.
Fost dawn insibu l-inhawi maghrufa "Hdejn l-Erbgha Qaddisin".
Dan l-isem inghata ghar-raguni li fl-imghoddi hawnhekk kien hawn erba'
nicec li kienu jzejnu erba' kantunieri ta' gnien kbir. Ilum baqa’
biss tlieta minnhom li huma tad-Duluri, ta' San Gwann tas-Salib u l-Kuncizzjoni.
Sfortunatament in-nicca tal-Kuncizzjoni tinsab bla statwa go fiha fil-prezent. |
Meta wiehed jibda jdur dan ir-rahal jinduna
qabel xejn li n-nicec huma hafna qrib xulxin. Fl-istess hin jintebah li
bosta minnhom ghandhom fihom qaddisin li ma tantx huma popolari fostna
bhalma hi 1-istatwa ta' San Tumas Appostlu li qieghda fi Triq San Bastjan.
Ftit 'l isfel hemm 1-istatwa ta' San Pietru Martri Dumnikan. Fi Triq il-Vitorja
niltaqghu ma' nicca zghira, izda sabiha, ta' San Giljanu, imwaqqfa minn
Giljan Agius. Din l-istatwa hija kopja ta' l-istatwa titulari ta' San
Giljanu, mahduma minn Carlo Darmanin. Fi Triq il-Kbira, qrib Pjazza San
Frangisk ghandna n-nicca ta' San Rafel Arkanglu. Din kienet twaqqfet fl-ewwel
snin tas-seklu ghoxrin minn Rafel Gatt u fl-istess Triq il-Kbira ghandna
l-istatwa ta' San Alwigi Conzaga filwaqt li fl-inhawi tal-Hlas ghandna
riliev sabih li jir-rapprezenta l-martirju ta' San Stiefnu. |
![]() |
Xbiha komuni f’Hal Qormi hija dik ta’
San Gorg f'Hal Qormi. Lil dan il-qaddis narawh meqjum f'bosta postijiet
differenti ta’ dan ir-rahal. Dawn jinsabu fi Triq San Bastjan, fi
Triq il-Vitorja, fi Triq u Sqaq Pinto, u fi Triq il-Barrikati. Imbaghad
f’certu toroq insibu aktar minn nicca wahda bhal fi Triq Dun Marju,
fi Triq il-Kbira, u fi Triq Santa Katerina. Aktar nicec ta' San Gorg insibuhom
fi Triq San Rafel, fil-Wied, u fi Triq il-Kanun. Dawn kollha saru fi zminijiet
differenti izda l-eqdem tnejn jidhru li huma dawk li jinsabu fil-Wied
u ohra fi Triq Dun Marju. In-nicca tal-Wied hi kbira u gholja daqs sular
u tibda tiela’ mil-livell tat-triq. Fiha arzella sabiha u mzejna
b'pilastri Dorici. F'din in-nicca lill-qaddis narawh liebes ta' gwerrier,
bil-kurazza u bil-mantel fuq spalltu u bl-elmu f’rasu. B'saqajh
jidher jghaffeg id-dragun. Ghalkemm tidher li hi nicca qadima u minn dejjem
kienet tigi mizbugha, certu dettalji ghadhom cari sewwa. Huma dettalji
ta' skultura tajba b'mod specjali l-mantell tal-qaddis. In-nicca qadima
l-ohra qieghda fil-gholi fuq dar nru. 123 Triq Dun Marju. Hi fil-gholi
u b'xorti tajba ghadha fl-istat originali taghha billi qatt ma giet mizbugha.
Ghandha pilastri ta' stil Korint u l-istatwa fiha xoghol dettaljat hafna.
Hawnhekk ghandna kaz ta' statwa ta' San Gorg li mhix kopja ta' l-istatwa
ta' Hal Qormi izda hi originali. Fl-1880 l-Isqof Carmelo Scicluna kien
ta indulgenzi lil kull min jitlob quddiem din in-nicca. Interessanti hafna
l-istatwa ta' San Gorg li qieghda f’nicca fi Triq il-Kanun. L-iskultur
ta' din l-istatwa ha l-ispirazzjoni ghal din il-bicca xoghol mill-istatwa
ta' l-istess qaddis tar-Rabat Ghawdex, opra ta' Mastru Pietru Pawl Azzopardi.
|
B'xorti tajba tliet nicec f'Hal Qormi
ghandhom is-sena minquxa fuqhom u ghalhekk nafu meta saru. L-ewwel fosthom
hija l-istatwa ta' l-appostlu missierna San Pawl li qieghda tifforma parti
minn bini qadim mibni fi zmien l-Ordni. Taht din l-istatwa naraw minquxa
s-sena 1772. In-nicca l-ohra qieghda ftit 'il boghod, f’tarf Triq
San Bartilimew. Fiha hemm ix-xbiha ta' Marija Immakulata u fil-pedestall
taghha hemm imnaqqxa s-sena 1777. It-tielet nicca qieghda fl-istess Triq
San Bartilimew. Fiha l-istatwa ta' San Lawrenz. Din in-nicca hi kbira
u maghrufa hafna. Is-sena 1916 tidher cara minquxa fil-bazi ta' din l-istatwa.
F'din l-istatwa lill-qaddis narawh liebes id-dalmatika flimkien ma' l-alba
u b'harstu 'l fuq. Fiha hafna dettalji ta' skultura u dawn jidhru cari
fil-bizzilla ta' l-alba, fid-dalmatika, u fil-maniplu tal-qaddis. Dan
ix-xoghol dettaljat ta' skultura wiehed ukoll jista' jammirah fid-dekorazzjoni
li jzejjen lil din in-nicca minn fuq s'isfel. |
![]() |
Fi grajjiet artna, kernm ta' ferh u kemm ta' niket,
Hal Qormi dejjem kellu sehem kbir u importanti. Hekk sehh fl-1813 meta
l-gzejjer taghna ntlaqtu mill-flagell tal-pesta. F'Hal Qormi, din l-epidemija
hallet numru kbir ta' vittmi. B'tifkira ta' dawn iz-zminijiet koroh f’dan
ir-rahal ghadna nsibu bosta tifkiriet bhalma huma l-ismijiet tat-toroq,
Triq il-Barrikati u Triq Santu Rokku. Barra dawn l-ismijiet f’dan
ir-rahal ghadna naraw numru ta' nicec imwaqqfa f’gieh Santu Rokku,
il-qaddis padrun ta' din il-marda. Dawn wiehed jista' jarahom fit-triq
imsemmija ghall-istess qaddis padrun, fi Triq San Bastjan, fi Triq San
Gorg, fi Sqaq San Pietru u tnejn ohra fi Triq il-Kbira izda zgur li l-aqwa
monument li jfakkar dan iz-zmien hija l-istatwa ta' San Bastjan li qieghda
fil-bidu tar-rahal mahduma fl-1815 minn Cikku u Gerolamo Fabri. Meta din
tlestiet saret festa specjali mmexxija mill-kappillan ta' Hal Qormi Dun
Pietru Pawl Psaila. F'din l-istatwa lill-qaddis narawh marbut ma' zokk
ta' sigra b'harstu 'l fuq jilqa' bil-kalma l-martirju tieghu. Din l-istatwa
hija meqjusa bhala l-kapolavur ta' dawn iz-zewg ahwa skulturi, u fl-istess
hin kienet il-hmira biex imbaghad inbniet knisja zghira f’gieh dan
il-qaddis li maz-zmien zviluppat bhala t-tieni parrocca ta’ Hal
Qormi. |
Barra din it-tifkira, marbuta mal-pesta
ta' l-1813, f Hal Qormi ghandna izjed tifkiriet marbuta ma' nicec u statwi.
Fost dawn insibu n-nicca ta' Kristu Rxoxt fi Triq Valletta. L-istatwa
originali ta' din in-nicca kienet insterqet ftit tas-snin ilu minn xi
hadd irresponsabbli. Fl-imghoddi din in-nicca kienet fin-nofs ta' bosta
ghelieqi. Il-flus tal-qbiela li kienu jhallsu l-bdiewa li jiehdu hsieb
dawn l-ghelieqi kienu jmorru ghall-hlas ta' zewg daqqaqa li kull sena
kienu jdoqqu l-fifra u t-tambur fil-festa ta' l-Irxoxt ta' Hal Qormi.
Din xi snin ilu giet restawrata mill-Kunsill Lokali u llum hija mizmuma
tajjeb. |
![]() |
Rabta ohra interessanti ghandha n-nicca kbira ta'
San Gwakkin li tinsab fl-inhawi, maghrufa ghal dan il-qaddis u li tinsab
taht l-Imriehel. It-triq li mill-Imriehel twassal ghal quddiem din in-nicca
hija maghrufa bhala Triq San Gwakkin. Din in-nicca kbira qieghda tfakkar
lil Giacchino Barbara Zimmerman, li kien is-sid ta' l-art ta' dawn l-inhawi.
Ilha zmien twil wieqfa, kemm hu hekk fis-seklu tmintax l-Isqof Pellerano
ta l-indulgenzi lil kull min jieqaf u jitlob quddiemha. |
Nicca ohra bi grajja kurjuza marbuta
maghha qieghda fi Pjazza San Frangisk. Fil-gholi ta' dar kbira hemm nicca
tal-Kuncizzjoni. L-istatwa tal-Madonna hija indurata bid-deheb. Din l-induratura
saret wara l-ahhar gwerra dinjija bi spejjez Giacomo Depasquale bhala
hajr lill-Madonna li l-familja tieghu, li kienet toqghod f’din id-dar,
baqghu hajjin matul iz-zmien ikrah ta' l-ahhar gwerra dinjija. Din in-nicca
tal-Kuncizzjoni fi Pjazza San Frangisk m'hix unika f’dan ir-rahal
ghax nistghu nghidu li fil-bicca l-kbira tat-toroq ta' Hal Qormi niltaqghu
bosta drabi max-xbiha tal-Kuncizzjoni. Tant hu hekk, li 1-akbar ghadd
ta' nicec tal-Kuncizzjoni jinsabu f’Hal Qormi. Xi whud minn dawn
fihom xoghol ta' maestrija kbira ta' skultura bhalma hi dik li qieghda
fi Triq il-Kbira wara l-knisja ta' San Frangisk. Bhala nicca fiha disinn
semplici hafna izda fl-istatwa tinhass il-linja barokka. Fiha daqqiet
kbar ta' skultura, f’xi partijiet nieqsa minn certu irfinar izda
b'danakollu l-wicc tal-Madonna fih dettalji irfinuti hafna kif inhuma
wkoll iz-zewg ucuh ta' l-angli hdejn ir-riglejn tal-Madonna. Nicca ohra
tal-Kuncizzjoni li tigbed hafna l-attenzjoni qieghda hdejn dar nru. 119
Triq il-Kbira. L-ewwelnett in-nicca hi kbira hafna u ghalhekk mill-ewwel
tigbed l-attenzjoni ta' kull min ikun ghaddej minn dawn 1-inhawi u t-tieninett
bhala statwa fiha xoghol tajjeb ta' skultura bhalma huma l-paneggi tal-libsa
u tal-mantell, ir-ras, u l-idejn maghquda ma' xulxin mistrieha fuq sider
il-Madonna. Fl-arzella tan-nicca, l-iskultur skolpixxa wkoll l-Ispirtu-Santu
taht forma ta' hamiema. Minkejja dawn in-nicec kollha, f’Hal Qormi
ma nsibu ebda knisja tal-Kuncizzjoni izda fil-knisja arcipretali ta' San
Gorg hemm wiehed mill-eqdem artali tal-Kuncizzjoni fil-gzejjer taghna. |
Fl-istess parrocca ta' San Gorg, barra
l-fratellanza tas-santissimu Sagrament wkoll imwaqqfa l-fratellanzi tal-Madonna
tac-Cintura, tar-Ruzarju, ta' San Guzepp, San Mikiel. Dawn il-fratellanzi
kienu minn dejjem habrieka hafna kif ghadhom s’issa. Nistghu nghidu
li bil-hidma ta' dawn il-fratellanzi, li illum f’dan ir-rahal ghandna
sabih ta' nicec ta' San Guzepp, tal-Madonna tar-Ruzarju, u ta' San Mikiel.
Kbir hafna huwa l-ghadd ta' nicec ta' San Guzepp f’Hal Qormi mxerrda
minn tard sa iehor ta' dan ir-rahal. M'humiex daqshekk numeruzi n-nicec
tal-Madonna tar-Ruzarju. Fost dawn l-istatwi, insibu li l-istatwa li qieghda
fin-nicca tal-kantuniera bejn Triq Correa u Triq San Bastjan, hija ta'
Marco Montebello. Fil-pedestall taghha naqqax ismu. Din kienet wahda mill-istatwi
ewlenin li hadem dan l-iskultur matul il-karriera artistika tieghu. |
San Mikiel ghandu wkoll numru ta' nicec f Hal Qormi.
Xi whud minnhom jidhru qodma sew bhal dawk ta' Triq Pinto, ta' Pjazza
San Frangisk, ta' Triq il-Blat, u wkoll fl-inhawi tal-Wied. Fi Triq Santa
Katerina naraw nicca kbira ta' dan il-qaddis, li ghalkemm m'hix qadima
daqs dawk li diga semmejna, fl-arti taghha, tisboqhom kollha. F'din in-nicca
lill-qaddis narawh qisu haj, bil-gwienah miftuha u mahruga 'l barra min-nicca.
F'idejh il-leminija ghandu x-xabla mghollija 'l fuq u tahtu ghandu lil
satana. Id-dettalji ta' skultura li fiha jsahhruk thares lejhom f'kull
parti ta' din l-istatwa. Kull dettal hu irfinut hafna. In-nicca fiha disinn
li jixbah hafna lin-nicec li qeghdin fil-Wied ta' Hal Qormi. |
Sant Antnin ta' Padova hu qaddis popolari
hafna fit-toroq ta' Hal Qormi. L-istatwi saru fi zminijiet differenti
izda l-eqdem wahda tidher dik li hi fil-Wied, fil-parti ta' taht l-Ingieret
fejn f’nicca bla ebda valur artistiku, naraw lill-qaddis bil-Bambin
mieghu, msieheb minn zewg erwieh tal-purgatorju. Originali hafna hija
x-xbiha ta' Sant Antnin li qieghda f nicca fuq dar numru 264 Triq il-Kbira.
M'hawnx ohra bhalha fil-gzejjer taghna ghax lill-qaddis hawnhekk narawh
gharkobbtejh fuq ginokkjatur. a fuq dan, jidher il-Bambin ihares lejn
il-qaddis. L-iskultur ta' din l-istatwa ha l-ispirazzjoni tieghu minn
fuq pittura maghmula minn Murillo. Statwa ohra sabiha ta' Sant Antnin
fit-toroq ta' Hal Qormi tinsab fil-bidu ta' Triq il-Vitorja. Din l-istatwa
u n-nicca taghha huma bicca xoghol sabiha ta' skultura maghmula fis-seklu
ghoxrin minn Marco Montebello, li naqqax ismu fil-parti t'isfel ta' l-istatwa.
Fil-bicca l-kbira tax-xbihat ta' Sant Antnin, lil dan il-qaddis narawh
dejjem mal-Bambin, izda mhux hekk hi l-istatwa kbira ta' dan il-qaddis
li qieghda f kantuniera bejn Triq l-Isqof Scicluna u Triq Santa Katerina.
F'din ix-xbiha lill-qaddis narawh liebes l-abitu Frangiskan, b'idu l-leminija
fuq sidru u b'idu l-ohra jidher ihaddan ktieb miftuh. Ghalhekk hawnhekk
lil Sant Antnin narawh ipprezentat bhala Duttur tal-Knisja. |
![]() |
Kif inhu xieraq f'Hal Qormi niltaqghu ma' numru kbir
ta' nicec u xbihat f’gieh il-Madonna. Kbir huwa l-ghadd tan-nicec
f’gieh il-Madonna tal-Karmnu. Xi whud minn dawn jigbdu l-attenzjoni
aktar minn ohrajn bhalma hi n-nicca originali li qieghda fil-bidu ta'
Triq San Bastjan. Din hi wiesgha u baxxa. Fin-nofs ghandha riliev tal-Madonna
tal-Karmnu mdawra bl-erwieh tal-purgatorju. Fuqha hemm ghamla ta' purtiera
miftuha u migbuda fil-gnub taghha. Dawn id-dettalji huma skulturati kollha
fil-gebla Maltija. Fil-gnub imbaghad hemm ghamla ta' skultura maghmula
minn mazzettuni. Barra numru sabih ta' nicec, f’Hal Qormi hemm ukoll
numru ta' rilievi kbar u sbieh. Fost dawn insibu tnejn tabilhaqq interessanti.
L-ewwel wiehed qieghed fi Triq Santa Katerina. Hu zghir izda hu kopja
tax-xbiha tal-Madonna tal-Karmnu li tkellimna dwarha u li qieghda fil-bidu
ta' Triq San Bastjan. Ir-riliev l-iehor qieghed fil-Wied, dik il-parti
ta' taht Hal Luqa. Dan hu riliev kbir u artistiku hafna. Fih naraw lill-Madonna
liebsa ta' Karmelitana thaddan lil Binha Gesu u taht hemm zewg erwieh
tal-purgatorju jitolbu 1-intercessjoni taghha. Kitba Latina Mater et Regina
Decor Carmeli, ora pro nobis, taghlaq din ix-xbiha. |
Hal Qormi ghandu wkoll nicec taht titli
differenti tal-Madonna bhal tal-Bon Kunsill, tad-Duluri, il-Madonna tal-Grazzja,
u l-Madonna ta' Lourdes. Interessanti u uniku f Malta, huwa r-riliev kbir,
taht forma ta' nicca, li qieghed fi Triq il-Blat. Dan jirrapprezenta lil
Madonna ta' Pinu u huwa kopja fidila fil-gebel tal-kwadru inkurunat li
nsibu f Ghawdex. |
Hal Qormi ghandu wkoll l-akbar ghadd
ta' statwi tal-gebel wieqfa f nofs xi misrah jew triq. Barra l-istatwa
ta' San Bastjan, li diga tkellimna dwarha, fi Triq San Bastjan ghandna
statwa ta' San Gorg imwaqqfa fl-1870 u fl-1923 l-Arcisqof Dom Mauro Caruana
kien ta indulgenzi lil kull min jitlob quddiemha. Fi Triq il-Kbira hemm
l-istatwa ta' San Pawl mghollija fuq pedestall gholi tal-gebel mimli b'xoghol
sabih ta' skultura. L-Isqof Qormi, Carmelo Scicluna kien ta indulgenzi
lil kull min jitlob quddiem din l-istatwa. Quddiem il-knisja ta' Santa
Marija tal-Blat il-Qormin ta' l-imghoddi waqqfu statwa kbira ta' Marija
Assunta bhala monument ta' imhabba Marjana. L-istess ghamlu fl-inhawi
ta' Triq San Pietru meta waqfu l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju, imbaghad
wara d-dehriet tal-Madonna ta' Lourdes fl-1858, waqqfu l-istatwa tal-Madonna
ta' Lourdes wara l-knisja ta' San Frangisk. |
![]() |
![]() |
L-iskulur Malti, Censu Decandia hadem zewg statwi
kbar tal-gebel ghal Hal Qormi fi-1867 hadem l-istatwa ta' Santa Marija
ghal quddiem il-knisja tal-Madonna tal-Hlas, imbaghad fl-1889 hadem l-istatwa
ta' San Guzepp ghal quddiem il-Vitorja. F'dawn iz-zewg statwi 1-iskultur
Decandia wera l-kapacita artistika tieghu fl-arti ta' l-iskultura. Iz-zewg
statwi ghadhom sa llum igawdu devozzjoni kbira. |
Quddiem iz-zewg knejjes parrokkjali ta'
Hal Qormi naraw par statwi tal-gebel mghollija fuq pedestall. Fuq iz-zuntier
ta' San Gorg naraw iz-zewg statwi qodma ta' San Publiju u ta' San Pawl
filwaqt li fuq iz-zuntier ta' San Bastjan ghandna iz-zewg statwi ta' San
Pietru u San Pawl mahduma minn Marco Montebello. |
Sfortunatament uhud minn dawn in-nicec
u statwi kemm minhabba z-zmien u anke’ l-elementi naturali qeghdin
fi stat hazin, u ghandhom bzonn ta’ restawr immedjat. Imma l-ikbar
hasra hija li uhud minn dawn l-istatwi u nicec qeghdin jispiccaw minhabba
li jaqa’ bini antik u meta jinbena iehor dawn ma jergghux isiru.
Jekk ma nibzghux ghal wirt bhal dan li missirijietna tant ghozzew fit-toroq
taghna, inkunu qeghdin neqirdu memorji mill-istorja tal-istess rahal taghna. |
| Referenzi: Artiklu mehud u addatat mill-ktieb ‘Nicec u Statwi fit-Toroq Maltin’, Vol.14 mill-Kullana Kulturali (PIN), Tony Terribile |
![]() |