Duttrina fil-Parrocci
Fil-bidu tas-seklu ghoxrin, Malta kienet ghaddejja
minn zmien tassaw ikrah! Dan minhabba li t-taghlim fil-parrocci
ma kienx wisq organizzat. Diversi sacerdoti kienu qed jaghmlu hilithom
biex ixerrdu t-taghlim tal-Kelma t'Alia. Izda l-isforzi kienu aktarx
izolati.
Xi drabi t-taghlim kien jinghata minn xebbiet u
guvintur twajbin, imma li kienu neqsin minn preparazzjoni serja.
Ghalhekk bla ma riedu xi drabi kienu hatja ta' taghlim zbaljat.
Bidu tas-Socjeta
Kien f'dan iz-zmien li Alla nebbah lill-qassis
zaghzugh - Dun Gorg Preca (1880-1962)-biex iwaqqaf ghaqda ta'guvintur
u xebbiet. L-ewwel ighallimhom il-Kelma t'Alla u jghinhom ighixuha,
biex imbaghad huma jghadduha lil haddiehor. Hekk bdiet is-Socjeta
tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.)
Fis-7 ta' Marzu 1907, Dun Gorg fetah l-ewwel dar
tad-duttrina fil-Hamrun. Fi ftit zmien is-Socjeta bdiet tixtered
mal-parrocci ta' Malta, bi ftuh ta' djar godda. Dun Gorg xtaq li
kull wahda minn dawn id-djar tissejjah Qasam. Bhal f'kull rahal
iehor ta' Malta, f'Hal Qormi wkoll id-duttrina ma kinetx tigi mghallma
b'sistema organizzata. Xi tfal kienu jithejjew ghall-ewwel tqarbina
fl-iskola tal-Gvern. Ohrajn kien jigborhom wara 1-hin tal-iskola
u jghallimhom Dun Fred Mizzi fil-Knisja tal-Parrocca S. Gorg. Tfal
ohrajn kienu jattendu ghad-duttrina matul il-jum fl-iskola tan-Nuna.
Kien hemm ukoll persuni li kienu jduru dar dar, biex ighallmu d-duttrina
lit-tfal. Wara kollox dan it-taghlim ma kienx bizzejjed biex jiffurmahom
b'karattru nisrani tajjeb! Ghax it-taghlim l-aktar li kien ikun
dak ta' bl-amment.
Skond ghajdut fost is-socji antiki, l-ewwel Qasam
tal-Museum f'Hal Qormi nfetah wara eghluq il-Kungress Ewkaristiku
ta' l-1913. Dan iz-zmien Hal Qormi kien parrocca wahda, dik ta'
S. Gorg li b'Kappillan kellha lil Dun Manuel Pace D.D. (1888-1917).
Il-Qasam ta' Hal Qormi fethu Guzeppi Calleja (Il-Mojja)
li kien socju mill-Hamrun. Dan fil-bidu tas-Socjeta kien imur minn
rahal ghal iehor, jiftah 1-oqsma fil-parrocci. Il-Qasam meta nfetah
kien igib in-numru 16, izda fil-prezent huwa Qasam 14 billi xi oqsma
ghalqu. L-ewwel dar kienet 254, Triq il-Vitorja. Il-faccata tad-dar
thares lejn l-aktar parti wiesgha tat-triq, li ghandha forma ta'
pjazzetta. Il-gallerija fiha tliet arkati fuq quddiem, u wahda kull
naha f il-gnub. F' wahda mill-arkati kellhom indendla l-qanpiena
li ssejjah lit-tfal ghad-duttrina ta' kull filghaxija. Din kienet
saret il-mira tat-tfal, li kien l-hena taghhom jissuttawha biex
joqoghdu jisimghuha ddoqq!
L-Ewlenin membri
Jidher li sa mill-bidu, il-membri kienu numeruzi
fil-Qasam ta' Hal Qormi. Dak iz-zmien il-membri kienu jissejjhu
Operarji. Operarju hu haddiem f'qasam. Hekk fehem li ghandu jkun
kull membru ta' l-Ghaqda tieghu Dun Gorg innifsu. Huwa ried li jkunu
Haddiema fil-Qasam tal-Mulej.
Ghadha tezisti rassenja ta' l-attendenza ta' l-ewlenin
membri, li hi ta' Frar 1916. Is-Socjeta’ kienet ghadha maghrufa
bhala: 'Istitut ta' S. Gwann Prekursur'. Dan jidher mit-titlu fuq
l-istess rassejna: 'Institutum Sancti Joannis Praecursoris'. Il-membri
huma mnizzla hekk:
1. Felice Giuseppe
2. Portelli Giorgio
3. Falzon Carmelo
4. Farrugia Salvatore
5. Xuereb Giorgio
6. Azzopardi Carmelo
7. Xuereb Emanuele
8. Galea Giuseppe
9. Cilia Paolo
10. Galdes Vincenzo
11. Baldacchino Giorgio
12. Casha Giorgio
13. Mifsud Giorgio
14. CachiaGio. Maria
15.Apap Giuseppe
16. Xuereb Domenico
17. Zammit Carmelo
18. Cini Carmelo
19. Cassar Antonio
20. Calleja Giuseppe
21. Farrugia Giuseppe
22. Vella Giovanni
23. Curmi Carmelo
24. Curmi Giorgio
25. Buttigieg Emanuele
26. Bugeja Luigi
27. Borg Gio. Maria
28. Bugeja Giuseppe
It-Tieni Qasam f'Hal Qormi
Dun Gorg Borg, mill-Parrocca S. Gorg Hal Qormi,
fetah l-ewwel dar tad-duttrina fl-1908; sentejn biss wara li ha
l-quddiesa. L-Ghaqda tieghu kienet tissejjah: Istitut ta' l-Addolorata'.
Huma bdew f'313-316 Triq il-Kbira,u wara marru f'197-198 Triq Sta.Katerina.
F'din l-ahhar dar DunGorg bdew jonqsulu sewwa dawk li jghinuh, u
ma sabx min jissupplixxi minflokhom. Ghalhekk ftit qabel Ottubru
1916, huwa ceda d-dar lis-Socjeta Museum, li fethitha bhala Qasam
formali.
It-tieni Qasam Museumin f'Hal Qormi kien igib in-numru
21. Bhala superjur gie mqieghed Gorg Portelli, li jidher it-tieni
wiehed fil-lista ta' l-ewlenin membri. Mieghu kellu numru ta' membri
biex ighinuh fit-taghlim tad-duttrina, u kienu jiltaqghu wkoll ghall-assenjatur
ta' kuljum. Kull nhar ta' Hadd kienu jsiru wkoll il-Qaghdiet ta'
l-irgiel barranin regolarment.
Ghadda z-zmien u l-mexxejja ta' l-Istitut ta' l-Addolorata
qieghdu xi kundizzjonijiet lis-Socjeta Museum, izda din ma accettathomx
ghax ma kinux jaqblu ma' l-ispirtu taghha. Ghalhekk il-Qasam kellu
jaghlaq, wara li kien ilu jiffunzjona ghal madwar sena u tmien xhur.
Minn Dar ghal ohra
L-ewwel Qasam f'Hal Qormi ma damx wisq f'254 Triq
il-Vitorja. Dan ighidu Antonio Cassar ex-superjur. Minn hemm marru
fit-tieni dar ta' 129-131 Triq S. Bartilmew, kanluniera ma’
triq Dun Bert. Sadattant faqqghet l-ewwel gwerra dinjija (1914-1918),
u fil-bidu ta' l-1917 il-Qasam iccaqlaq ghal dar ohra. Din it-tielet
dar kienet 239 Triq il-Vitorja, biswit Triq il-Gdida. Hawn damu
sa Ottubru 1923.
Ir-raba' dar kienet f'71, Triq S. Benedittu, u
fiha damu minn Novembru 1923 sa Jannar 1928. Imbaghad ghaddew ghal
dik ta' 56 Triq S. Sebastjan li tigi biswit il-Kazin tal-Banda Pinto.
Din il-hames dar damet tintuza bhala Qasam sa Settembru 1936.
Is-sitt dar li marru fiha hija f'36 Triq il-Vitorja,
kantuniera ma' Triq il-Gdida. Din damet bhala Qasam minn Settembru
1936 sa Jannar 1957. Is-seba' caqliqa minn dar ghal ohra kienet
ghal numru 14, Triq S. Bartilmew. Din hija l-ahhar mawra ghal dar
ohra, ghax din hi issa proprjeta’ tas-Socjeta. Hija kienet
tikkonsisti f'zewg postijiet, li nhattu u nbniet dar kbira u sabiha
minflokhom.
Minbarra d-duttrina fil-Qasam, il-membri gew mitluba
jghallmu wkoll f’zewg knejjes zghar u f'oratorju. Dan ghaliex
Hal Qormi huwa mifrux fuq medda twila, biex b'hekk setghu jintlahqu
aktar tfal. Dan nittrattawh ukoll aktar 'il quddiem.
Duttrina fi bnadi ohra tal-Parrocca
Il-Qasam ta' Hal Qormi kull darba li mar minn dar
ghal ohra dejjem kien imbighed mill-Knisja tal-Parrocca S. Gorg,
barra minn hekk Hal Qormi huwa mifrux fuq medda twila hafna. Ghalhekk
biex jintlahqu ghad-duttrina dawk it-tfal li joqoghdu qrib il-Knisja
tal-Parrocca, kien hemm bzonn li membri tal-Museum ighallmu wkoll
f'zewg knejjes zghar u f'oratorju.
Lejn l-1930-31, is-socji kienu mitluba minn Dun
Guzepp Borg Bonavia biex ighallmu d-duttrina fil-Knisja ta' Sta.Marija
fuq tal-Blat. Dawn kienu: Is-socju Pietru Mifsud, Antonio Gafa u
Antonio Azzopardi. Aktar tard Cuzeppi Gafa bidel lil Pietru Mifsud
u xi drabi kien jattendi wkoll is-superjur Antonio Cassar ghas-sorveljanza.
Hemm kellhom klassi tal-Precett, ohra tal-Grizma
u tat-tfal il-kbar. Dawn ta' l-ahhar kienu jiltaqghu wkoll is-Sibt
u l-Hadd filghodu, biex jitrawmu ghall-Klassi tal-Maghzulin. Id-duttrina
hawn baqghet tigi mghallma sa Novembru ta' 1-1945, barra minn xi
snin li l-Knisja kienet okkupata mill-evakwati tal-Gwerra. Fl-istagun
tal-Qaghdiet kienet issir il-Qaghda ta' l-irgiel kull nhar ta' Hadd
filghaxija, u Gorg Baldacchino flimkien ma Antonio Azzopardi kienu
jduru l-hwienet u jistiednu n-nies biex jattendu ghaliha.
Il-Kappillan Dun Anton Vella, f'Novembru 1945 talabhom
li jghallmu wkoll fil-Knisja ta' Sta. Marija ta' Qrejqca. Ghad li
hi Kappella ckejkna, izda kienu jattendu mal-mitt tifel kbar u zghar
flimkien u jitghallmu ghall-Precett u l-Grizma. L-ewwel li beda
jghallimhom kien is-socju Carmelo Zerafa, waqt li Gorg Baldacchino
kien jiehu hsieb il-bieb ta' barra. Aktar tard kompla jghallimhom
Gorg Debono bil-ghajnuna tal-Kandidat Danjel Felice. Hawn ukoll
kienu jsiru 1-Qaghdiet tal-irgiel sa mill-1945, u waqfu f Settembru
1955 flimkien mad-duttrina tat-tfal, li t-tnejn bdew isiru fil-Qasam
45 li kien ghadu kemm infetah.
Fl-1945 bdiet id-duttrina fl-oratorju Sagra Familja
ta' Pjazza Federiku Maempel. Hawn kienu jghallmu s-socji Guzeppi
Gafa, Carmelo Cini u Geraldu Attard u huh Dun Pawl kien ighinhom
fis-sajf, meta kien ikunbil-vaganzi mis-Seminarju fejn kien Prefett.
Kellhom tliet klassijiet tad-duttrina, wahda tal-Precett, ohra tal-Grizma
u t-tfal il-kbar.
Sa ftit zmien wara li nfetah il-Qasam 45, kompliet
tigi mghallma d-duttrina fl-oratorju, imma mbaghad kellha tieqaf
ghax ma kienx hemm min jissupplixxi minflok il-katekisti. Il-Qasam
nru. 45 infetah minhabba l-bzonn li kien ilu jinhass sew, li l-Parrocca
S. Gorg ikollha wkoll, id-duttrina centralizzata. dan il-bzonn gie
studjat sewwa mis-Socjeta' Museumina. U hija ddecidiet li seba'
Socji u Kandidat mill-Qasam nru. 14 ikunu l-membri tal-Qasam il-gdid,
li nfetah f'nru. 5, Sqaq nru. 7 Triq S. Pietru.
Nhar S. Mikiel 29 ta' Settembru 1955, is-Superjur
Charlie Bonnici habbar li l-membri maghzula kienu dawn: Emanuel
Gatt, Guzeppi Gafa', Carmelo Cini, George Debono, Geraldu Attard,
Nazzarenu Schembri, Anglu Pace u l-Kandidat Danjel Felice. Id-duttrina
mbdiet regolari minn dik il-gimgha, u f'Ottubru Emanuel Gatt intghazel
b'Superjur Provizorju.
|