Id-delizzju tal-loghob tan-nar huwa delizzju li f’Hal Qormi huwa imfittex hafna. Fil-fatt ir-rahal ta’ Hal Qormi ghandu zewg kmamar tan-nar li jahdmu n-nar ghaz-zewg festi rispettivament dik ta' San Gorg Martri u San Sebastjan Martri. Bhala loghob tan-nar, ir-rahal ta’ Hal Qormi llum il-gurnata huwa maghruf fost id-dilettanti ghan-nar sabih li jkun hemm, u iz-zewg ghaqdiet li jahdmu n-nar dik igifieri l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April, u l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan, ghandhom kmamar tan-nar mghammrin b'apparat li anke joffru certu sigurta' li min ikun qieghed jahdem ghalkemm ma' dan id-delizzju wiehed irid jahdem b'hafna attenzjoni u jibza' kemm ghalih u ghal shabu.

Dan id-delizzju tan-nar jinqasam kemm f'dak li huwa nar tal-ajru u dak li huwa nar tal-art. Biex jinhadem murtal wiehed li hekk kif jinharaq ma jdumx aktar minn ftit sekondi, tista’ tghid hemm warajh hafna sighat ta’ xoghol biex id-dilettant ilestih kif suppost. Fost in-nar differenti li jinharaq miz-zewg kmamar tan-nar go Hal Qormi insibu murtali tal-kulur, beraq kemm kulurit kif ukoll beraq ta' filghodu, blalen, sfejjer, baraxxijiet u hafna ohrajn, biex wiehed ma jsemmix ukoll l-ispettaklu tan-nar-nar tal-art li z-zewg ghaqdiet jaghmlu lejliet il-festi li ghalihom jahdmu.

Murtal , jghaddi minn diversi fazijiet qabel ikun lest. Murtal ikun maghmul minn fetqiet differenti, maghqudin bit-temp. Kull fetqa tkun maghmula minn diversi beraq jew stilla. Dawn jigu mpoggijin hdejn xulxin. L-ispazju l-vojt ta' bejn il-beraq jimtela’ bil-povri. Il-fetqa tigi maghluqa permezz ta’ takka, igifieri bhal ghatu tal-injam. Kull fetqa tinghaqad ma’ fetqa ohra bit-tempijiet. It-Temp huwa bhal nicca specjali li tixghel il-fetqa li jmiss sakemm tiehu l-fetqa ta’ qabel.

Issa dan imbaghad jinghaqad biex isfel ikun hemm it-tir u l-kawwara. It-tir huwa dak li jtella’ il-murtal, waqt li l-kawwara isservi bhal ‘shock absorber’ bejn it-tir u l-fetqa. Il-kawwara issir biex meta l-murtal jitla' fl-ajru ma jitfarrakx. It-tir titqabbadlu nicca li tkun maghmula minn karti u povrli.


Stampi mehuda minn : 'Snajja' u xoghol il-Maltin', Vol.1 miktub minn Paul P.Borg.