Din il-ghaqda hija ghaqda fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u tiehu hsieb il-briju b'mod specjali li jsir waqt il-marcijiet brijjuzi li taghmel din il-banda fil-festa ta' San Gorg. Qabel ma giet imwaqqfa l-Kummisjoni Zghazagh Werqsiti fil-kazin kien diga' jezisti ammont sostanzjali ta' zghazagh li kiffunzjona taht l-isem Ghaqda Dilettanti Werqisti. Dawn bdew il-hidma taghhom fix-xoghol tar-restawr tal-palk u wara komplew ix-xoghol tal-briju, meta gew mahduma diversi umbrelel kbar li sahansitra wahda minnhom kienet tikkonsisti minn tnejn fuq xulxin. Fiz-zmien tal-Milied kienu jiehdu hsieb li jarmaw it-triq tal-kazin, kif ukoll kienu jorganizzaw diversi attivitajiet fosthom discos fil-bitha tal-kazin, kif ukoll il-Lejla Maltija li ssir dejjem hmistax qabel il-festa. Dawn kienu l-bidu tas-successi li bdew jiksbu z-zghazagh Werqisti.

Wara tliet snin ta' din ix-xorta ta' hidma mill-istess membri, inhasset il-htiega li tigi ffurmata kummissjoni ghaz-zghazagh li hadet l-isem ta' Kummissjoni Zghazagh Werqisti. It-twelid tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti kien propju nhar is-Sibt 19 ta' Gunju, lejlet il-festa ta' San Gorg waqt il-programm vokali u strumentali li jittella' mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, meta gie pprezentat l-istandard ufficjali tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti. Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti baqghet miexja fuq il-hidma li kienet bdiet l-Ghaqda Dilettanti Werqisti. L-ewwel hidma kbira li ghamlet kienet l-ghajnuna li tat lis-Sur Amadeo Galea fil-kannizzata. Wahda mill-attivitajiet godda li kienet dahhlet fil-kalendarju tal-festa kienet il-Festa Zghazagh, maghrufa llum bhala Werqafest. Din tinkludi spettaklu ta' kant u zfin kif ukoll diversi stands tal-loghob bi premijiet.

Meta l-kumitat ra li l-Kummissjoni Zghazagh Werqisti kienet qed timxi b'serjeta' kbira hass li ghandu jahtar rapprezentant taghha fil-kumitat u dan kien is-Sur Raymond Zerafa. Minn hawnhekk il-Kummissjoni saret responsabbli mhux biss ghall-briju imma ma' dak kollu li ghandu x'jaqsam maz-zghazagh fil-kazin. Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti bdiet tiehu parti wkoll fil-laqghat li kienu jsiru mill-organizzaturi tal-festa. Matul is-snin il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti bdiet tidhol sew fil-qalb tal-partitarji Werqisti u b'hekk bdiet tinkludi ruhha fil-programm tal-festa. Din il-kummissjoni kienet l-ewwel kummissjoni f'Malta li introduciet il-gerijiet tal-festa li jigu ddisinjati minna stess.

Il-KZW kif maghrufa kompliet izzid l-attivitajiet, fost dawn insibu gbir ta' fondi fil-Milied b'risq il-Community Chest Fund, il-Get Together tan-New Year's Eve, il-kompetizzjoni ghall-isbah kostum tal-karnival fejn ikollha sehem ukoll il-banda. Hafna aktar attivitajiet komplew jizdiedu fosthom barbikjus f'Kemmuna u ghawdex, modelling, discos, cold buffets, festival tal-kant, wirjiet tal-Gimgha l-Kbira, wirja Gorgjana, futbol turnament, play station competition u diversi ikliet

B'dawn l-attivitajiet, il-kummissjoni setghet izzid fil-briju tal-marci u taghmel sorprizi specjali. L-ewwel sorpriza li hejjiet kienet bord ta' 20x16 -il pied mahduma bl-idejn minn fjuri tal-karti li kienu jiffurmaw l-arma tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti. Sena wara l-ohra dawn is-sorprizi baqghu jizdiedu imrewha, ballun li minnu kienu johorgu jdoqqu l-bandisti fih, bandalora tal-injam. Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti harget ukoll numru ta' CD tal-kliem, fosthom wahda bl-isem Qawwa Werqista kantata minn Ray Axisa, u Qawwa Werqista 2 kantata minn Stephen Mizzi. Il-kliem isir kollu mill-membri tal-kummissjoni. Holma ohra li kienet tberren fil-mohh tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti kienet il-websajt biex tkun tista' twassal aktar il-messagg taghha anke' mal-emigranti Qriema. Din il-holma saret realta' ghax is-Sur Neville Mangion hadem is-sit tant sabiha u nteressanti.

Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti barra briju, taghti ukoll kontribuzzjoni finanzjarji fosthom donazzjonijiet ghat-twieqi tal-koppla, ghall-qanpiena Gorga, kif ukoll rregalat xi strumenti lill-banda biex jissahhah l-element muzikali fis-Socjeta'. Gew organizzati diversi attivitajiet b'kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qormi fosthom il-Lejla Qormija u l-festival ta' Gmiel il-Melodija, kif ukoll il-Festival tal-inbid.

Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti, tibqa' tahdem biex l-element kulturali u brijjuz jibqa' jikber matul is-snin.

Website tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti hija www.kzwqriema.com

Silta mehuda u addattata minn artiklu li deher fil-ktejjeb tal-festa, tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, fl-2003. Artiklu miktub mis-Sinjorina Charyl Ciappara