![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi giet imwaqqfa fi hdan l-Ghaqda Armar San Sebastjan fis-sena 1991. Il-priorita ewlenija ghalfejn kienet twaqqfet din il-kummisjoni kienet biex torganizza u tgholli il-livell tal-briju fit-tielet gimgha ta’ Lulju, il-Festa ta’ San Sebastjan f’Hal Qormi. Pero il-KZB ma tieqafx biss fuq il-festa, anzi torganizza bosta attivitajiet kulturali u socjali li kienu ta’ success. Mill-1999 il-quddiem, bdiet tinghaqad mal-kumitat tal-Banda biex tiggwida l-marci matul il-gimgha tal-festa filwaqt li jinzamm id-dekor fl-imgieba u l-kliem li jintuza waqt il-marci. Din il-Kummisjoni energetika tiehu hsieb ukol biex kull sena jinhargu diversi sorprizi mill-isbah li jikkumplimentaw il-marci tal-erbgha, il-Hamis u tal- Gimgha. Fost is-sorprizi, mahduma minn diversi membri tal-KZB bl-akbar profesjonalita, insibu imrewha kbira, umbrelel mill-isbah u bandalori. Ir-rizultat ta’ din il-hidma kontinwa minn naha tal-KZB flimkien mal-ghaqdiet l-ohra tal-Festa wassal biex il-marci bastjanizi saru famuzi u mfittxija ma’ Malta kollha. |
![]() |
|
Fl-1995, Il-Kummissjoni bdiet torganizza il-wirja eccezzjonali
tac-Cenaklu biex taghti iktar importanza lil festa religjuza tal-Gimgha
l-Kbira f’Citta Pinto. Fil-fatt sena wara sena din l-wirja baqghet
dejjem tikber sakemm fis-sena 2000 zzanznu sett ta' tlettax -il persunagg
lifesize mahduma mill-artist Qormi Stephen Borg. Din il-wirja hija wahda
mill-iktar imfittxija fl-inhawi u mhux ta’ b’xejn li din il-wirja
ghada ssir prezentament. Il-kalendarju ta’ din il-kummissjoni ma
jieqafx fuq it-tielet gimgha ta’ Lulju. Kif inghad qabel, il-Kummisjoni
Zghazagh Bastjanizi torganizza diversi attivitajiet kulturali u socjali,
mhux biss ghal-generazjoni zghazugha imma ghal-kullhadd. Fost l-ohrajn,
insibu l-Iljieli Qormin li jigu organizzati fuq tlett ijiem lej l-ahhar
ta’Gunju, b’diversi kantanti stabbiliti, zeffiena u entertainers
mill-aqwa, bhal Olivia Lewis, Chiara, Freddie Portelli u ZOO. Attivitajiet
ohra, bhal “Car Shows”, “Zjara lil Presepji”,
“Football Tournaments” u “Follow The Green Beat Parties”
ukoll kisbu bosta success taht l-isem tal-KZB. |
Il-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi hadet
hsieb ukol biex tohrog diversi cassettes (1993) u CDs (1999) b’marci
brijjuzi tal-festa taghna, kantati minn diversi partitarji Bastjanizi,
Stephen Mizzi u Ludwig Galea. F’Awissu tal-2001, Il-Kummisjoni Zghazagh
Bastjanizi f’gheluq l-10 snin anniversarju taghha, ippartecipat
b’mod attiv fil festa ta’ San Sebastjan f’Palazzo Acreide
fi Sqallija permezz ta’ mrewha kbira dekorattiva mahduma minn Jurgen
Bezzina, membru tal-istess Kummisjoni. B’din l-attivita, il-Kummisjoni
Zghazagh Bastjanizi kienet l-ewwel kummisjoni zghazagh minn Malta li ppartecipat
b’mod attiv go festa barra minn Malta. Fis-sena 2007 il-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi kompliet sahhiet il-pozizzjoni taghha bhala wahda mill-aqwa Kummisjoni Zghazagh go Malta bl-attivita kulturali nazzjonali “Lejl f’Casal Fornaro”, attivita li fiha, Triq il-Kbira u l-inhawi tal-madwar, marru lura fiz-zmien biex l-inhawi ta’ San Bastjan f’Hal Qormi inbiddlu f’Hal Qormi tal-antik (Casal fornaro- ir-rahal tal-furnara). Wiehed seta’ jara diversi snajja, tradizzjonijiet u drawwiet maltin, ikel tipiku malti, divertiment ghal Familja kollha, wirjiet interessanti, ghana, insomma atmosfera unika u celebrazjoni tal-hobza maltija. L-ammont kbir ta’nies li gew kien wiehed enormi fejn il-feedback li il-KZB irciviet kien inkoragganti u mill-aqwa. F’Dicembru tal-istess sena, inghaqded mas-Socjeta Filarmonika Pinto biex ittella “Emmanuel – Presepju Haj” li sar fil-Gnien Armier, hdejn il-knisja ta’ San Sebastjan. Ghalkemm din kienet l-ewwel esperjenza ghaz-zghazagh Bastjanizi fil-Presepju haj, din l-attivita ssarfet f’success kbir b’diversi mijiet ta’nies jattendu din l-attivita. Il-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi tilqa lil-kull zghazugh/a
bl-interess li jkompli jkabbar u jsahhah l-akbar festa f’Hal Qormi.
Ghalkemm il-membri jrid ikollom mill-inqas sittax il-sena, min ikun izghar
mill-eta’ stipulata jista jaghmel il-parti tieghu billi jidhol bhala
osservatur fil-Kummisjoni. Kull min huwa interessat li jidhol f’din
l-ghaqda energetika ghandu jikkuntatja lil xi membru tal-Kummisjoni jew
jibghat email fuq: kzbqormi@gmail.com
– Barra minn hekk, kull min huwa interessat li jircievi l-avvizi
u l-attivitajiet tal-KZB ghandu jibghat email, bl-email address tieghu
fuq l-email iddedikat ghar-relazjonijiet publici u informazjoni tal-KZB
kzbqormi@gmail.com Il-Website tal-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi hija: www.armarsansebastjan.org |
| Artiklu miktub minn James Piscopo |
![]() |