Tmexxija Lokali bejn 1-1773 u 1-1798

Ilum il-gurnata, l-irhula u l-lokalitajiet kollha ta' Malta u Ghawdex ghandhom il-Kunsilli Lokali taghhom u kull post ghandu s-Sindku jew Kap tal-Kunsill. Izda l-prezenza ta' Sindku li jmexxi rahal partikolari m'hix xi haga ta' zmienna biss ghax insibu l-bidu tieghu fl-ahhar snin tal-hakma ta' I-Ordni f'Malta.

FI-1784, gie pubblikat f'Malta W-Codice Rohan, kumpilazzjoni gdida tal-ligijiet ta' Malta. F'dan il-kodici hemm kapitlu dedikat kollu kemm hu lid-dmirijiet tas-Sindki, Gurati u Kattapani ta’ l-irhula, sezzjoni li fiha 11-il paragrafu. Ovvjament, f'sezzjonijiet ohrajn ta' l-istess kodici bhal, nghidu ahna, dawk li jirrigwardaw il-vagabondi u l-armi projbiti biex naghtu zewg ezempji, dawn I-ufficcjali jergghu jissemmew. Tajjeb li wiehed jirrimarka li I-Ordni kien ilu ma jirrevedi l-kodici tieghu mill-1724, f’dak li hu maghruf bhala I-Codice Vilhena, fejn m'hemm ebda referenza ghal tmexxija lokali tax-xorta li qeghdin nitkellmu dwarha. Fil-fatt, dawn l-ufficcji gew istitwiti fl-1773 meta I-Gran Mastru Francisco Ximenes de Texada ippromulga kirografu magistrali li fih insibu taghrif dwar l-ghazla ta' dawn l-ufficcjali u d-dmirijiet taghhom. Malta nqasmet f'disa'distretti, biex insejhulhom hekk, uhud maghmulin minn lokal wahdu u ohrajn minn ghaqda ta' rhula flimkien. Hal Qormi kien jifforma l-ewwel distrett flimkien ma' Hal-Luqa. ll-kirografu hareg fit-28 ta'Awissu 1773 u ghalhekk il-hatra ta' l-ufficcjali baqghet issir kull sena f'dik id-data, jonkella gurnata qabel jekk dak il-jum kien jinzerta I-Hadd. W-Codice Rohan inkluda fih dak kollu li kien hemm fil-kirografu.

Is-Sindki u l-Gurati kienu marbutin li jissorveljaw il-kondotta tal-abitanti tar-rahal taghhom sa tarf il-konfini tal-lokal. In-nies ghazzenin u vagabondi, jekk ma jkunux jahdmu b'kapricc, kellhom jintefghu l-habs tal-Qorti Kapitanali, fl-Imdina fil-kaz ta' Hal Qormi. Kellha ssir sorveljanza fuq id-dverni fejn ma kellhomx jippermettu li jitlajjaw l-ghazzenin jew nies ghal granet shah jew hin twil izzejjed f'divertiment, ikel u xorb. Kellhom jigu osservati l-ligijiet -maghrufin bhala prammatici - dwar armi projbiti. Min jikser il-ligi kellu jitressaq fil-Qorti Kapitanali biex jigi kastigat skond il-kodici legali. Fejn kien isir il-kummerc, fil-hwienet u fil-postijiet tal-bejgh, kellhom jghassu biex ebda bejjiegh, ta' kwalunkwe mestier li jkun, ma jidhaq bix-xerrej. Owjament, dan kien jinkludi cekkjar fuq l-ghodod tal-merca inkluzi, nghidu ahna, il-pisijiet. Fejn ikun hemm kontravenzjonijiet u frawdi minn xi nies li ma jkunux jistghu jinstabu fid-distrett, kellu jigi mgharraf il-Kaptan Gustizzier ta' l-lmdina li, bla telf ta' zmien, jiehu l-passi necessarji.

Is-Sindku kellu jiehu konoxxenza ta' kawzi zghar li, fil-valur taghhom, ma kinux jaqbzu l-hames skudi izda d-decizjoni tieghu setghet tkun appellata quddiem il-Qorti Kapitanali. Kellu d-dritt li jkollu cipp fid-dar tieghu fejn kien jinzamm min jaghmel xi reat, ghalkemm dan kellu jittiehed kemm jista' jkun malajr fil-Qorti Kapitanali. Barra minn hekk, is-Sindku seta' jzomm mieghu erba' rgiel, speci ta' pulizija li kienu jkunu ezentati mis-servizz militari, biex jghinuh f'dak li jista' jinqala'. ll-multi li kienu jithallsu bhala pieni tal-kontra-venzjonijiet kellhom jittiehdu fit-Tribunal fejn nofs is-somma kienet tinqasam ugwalment bejn is-Sindku u I-Gurat fil-waqt li n-nofs l-ohra tas-somma kienet tibqa' fit-Tribunal biex tintuza skond dak li sejhulhom in-normi tas-soltu. Bhala sinjal ta' awtorita', is-Sindku kellu d-dritt iwahhal fjokk ahmar mal-kappell tieghu u jzomm virga tas-setgha f'idu.

Il-Kattapan kien l-ufficcjal inkarigat mis-sahha tal-poplu u allura kien jghasses id-dvemi ghall-abbuzi. Il-Kodici ta' De Rohan isemmih fit-titolu izda ma jirreferix ghad-dmirijiet tieghu, forsi ghax dan l-ufficjal ma ntaghzilx aktar wara l-1777, jigifieri seba' snin qabel harget din il-pubblikazzjoni. Izda ghal dawk il-hames snin li dan l-ufficcju dam in vigore, bejn Awissu 1773 u Awissu 1778, il-Kattapan kien jintaghzel regolarment u kellu wkoll dritt ghal xi hlasijiet mid-dhul tal-multi li pero, m'humiex specifikati. Min-naha l-ohra, lanqas ma nsibu specifikati d-dmirijiet tieghu fil-kirografu tal-Gran Mastru Ximenes. Ghandna ghax nahsbu li d-dmirijiet tieghu kienu konnessi hafna maz-zamma tal-indafa pubblika.

Minn dan kollu naraw li s-Sindku u I-Gurat kellhom rwol importanti fiz-zamma ta' l-ordni pubblika u l-harsien tal-ligi fl-irhula jew fil-lokalitajiet rispettivi taghhom. Kienu jwettqu xoghol ta' pulizija, sorveljanza u wkoll ta' qorti zghir. Dan ma jfissirx li kull rahal kellu l-ufficcjali tieghu ghax, bhalma diga' rajna, kien hemm kazijiet fejn irhula zghar ghaqqduhom flimkien. Fil-kaz ta' Hal Qormi, gie li kien hemm Hal Luqa mieghu u gie li kien wahdu. Bla dubju, l-aktar sindku maghruf ta' Hal Qormi ta' dak iz-zmien kien l-ispizjar Stanislaw (Slaw) Gatt (c.1743-1811) li kien jghix f'dik li llum hi d-dar numru 1, Triq Santa Katerina u li fuq il-faccata taghha hemm lapida kommemorattiva li kienet saret b'inizjattiva tal-Kumitat Civiku ta’ Hal Qormi fis-7 ta' Marzu 1965.

Mir-registri tal-Liber Bullarum ta' I-Arkivji ta' I-Ordni ta' San Gwann nisiltu din il-lista m'hux shiha tas-Sindki, Gurati u Kattapani ta' Hal Qormi ghall-perjodu 1773-1798. Sal-1775 u fl-1794, Hal Luqa kienu jghodduh ma' Hal Qormi.

1773 u 1774: Sindku - Gio. Batta Farrugia; Gurat -Antonio Cassar; Kattapan - Giuliano Zammit. 1775: Sindku - Gio. Batta Farrugia; Gurat - Umberto Caruana; Kattapan -Giuliano Zammit. 1776: Sindku - Emanuel Casha; Gurat - Gorg Casha; Kattapan - Guzeppi Felici. 1777: Sindku - Antonio Schembri; Gurat - Gorg Casha; Kattapan - Guzeppi Felici. Din kienet l-ahhar sena li ntghazlu l-kattapani.

1778, 1779 u 1780: Sindku - Antonio Schembri; Gurat - Stanislaw Gatt. 1781, 1782 u 1783: Sindku - Stanislaw Gatt; Gurat - Pawlu Zammit. 1784 u 1791: Sindku - Hieronymus Camilleri; Gurat - Pawlu Zammit.

S'issa, l-ufficcjali ghas-snin 1785-1790 m'humiex maghrufin izda jista' jkun li kienu l-istess tnejn min-nies li nhatru ghas-snin 1784 u 1791.

1792 u 1793: Sindku - Guzeppi Casha; Gurat - Injazju Farrugia. 1794: Sindku- Guzeppi Casha; Gurat Hal Qormi - Francesco Axisa; Gurat Hal Luqa - Indri Borg. 1795 u 1796: Sindku - Guzeppi Casha; Gurat - Francesco Axisa. 1797: Sindku - Stanislaw Gatt; Gurat - Injazju Farrugia.

Il-Kunsilli lokali f'Malta gew imwaqqfa mill-Gvern Ingliz izda mis-snin disghin il-Gvern Malti rega' ntroduca l-kuncett tal-Kunsilli Lokali. Minn meta regghu bdew il-kunsilli lokali, Hal Qormi gie mmexxi minn Sindki u Kunsilliera li hadmu biex Hal Qormi mexa 'l quddiem kemm fl-ambjent, kif ukoll fl-attivitajiet. Is-Sindki minn meta regghu bdew joperaw il-Kunsilli Lokali kienu s-Sur Gorg Portelli, Is-Sindku Mallia, Is-Sindku Clyde Puli, Is-Sindku Roderick Galdes, u fil-prezent is-Sindku prezenti ta' Hal Qormi huwa is-Sur Jesmond Aquilina. Tajjeb li wiehed isemmi, li tnejn minn dawn is-Sindki li huma is-Sur Clyde Puli u s-Sur Roderick Galdes, saru membri parlamentari.

Riferenzi:‘Mill-istorja ta’ Hal Qormi’, ta’ Joseph F.Grima, Vol.1 (2001)