| Introduzzjoni
(L-ATT XV ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviz Legali 53 ta’
l-1995, bl-Att XII ta’ l-1995, bl-Avvizi Legali 170 ta’
l-1995, 28 u 97 ta’ l-1996; bl-Atti: VIII, XIII u XV ta’
l-1996; bl-Avviz Legali 205 ta’ l-1996; bl-Att XVI ta’
l-1997; u bl-Avvizi Legali 107 ta’ l-1997, 87, 225 ta’
l-1998, bl-Att XXI ta’ l-1999; bl-Avvizi Legali 7, 19 u 77
ta’ l-2001, u 48, 79 u 153 ta’ l-2002; bl-Att XII ta’
l-2002; bl-Avviz Legali 117 ta’ l-2003; bl-Atti XVI ta’
l-2003 u III ta’ l-2004; bl-Avviz Legali 326 ta’ l-2004;
u bl-Att I ta’ l-2005.)
Funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
33. (1) Bla hsara ghas-subartikolu (2) u ghad-disposizzjonijiet
ta’ kull ligi ohra li tkun issehh fiz-zmien, il-funzjonijiet
ta’ kull Kunsill Lokali jkunu:
(a) li jipprovdi biex tinzamm fi stat tajjeb u ghall-manutenzjoni
ta’, jew titjib fi, kull triq jew moghdija, li ma tkunx proprjetà
privata: Izda l-manutenzjoni ghar-rigward ta’ xi triq jew
moghdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar taghha, izda ma tinkludix
ir-rikostruzzjoni taghha;
(b) li jipprovdi ghall-gbir u garr ta’ zibel minn kull post
pubbliku jew privat, ghaz-zamma ta’ l-indafa u biex isiru,
jinzammu fi stat tajjeb u manutenzjoni tal-latrini kollha, laned
taz-zibel u recipjenti ohra ghad-depozitu temporanju u garr ta’
zibel, u tara li dawn ikunu accessibbli ghal kulhadd, inkluzi persuni
li juzaw siggu tar-roti;
(c) li jipprovdi li jsiru, jinzammu fi stat tajjeb u manutenzjoni
ta’ playgrounds tat-tfal, gonna pubblici u centri ohra, ta’
sport, kultura jew divertiment iehor, u tara li dawn ikunu, sa fejn
hu possibbli, accessibbli ghal kulhadd, inkluzi persuni li juzaw
siggu tar-roti;
(d) li jipprovdi u jzomm fi stat tajjeb sinjali tat-toroq u marki
tat-toroq xierqa, skond livelli nazzjonali u internazzjonali, li
jistabbilixxi u jzomm fi stat tajjeb postijiet ghal nies bil-mixi
u ghall-ipparkeggjar u biex jipprovdi ghall-harsien tat-tfal ta’
l-iskola qrib liskejjel;
(e) biex jipproponi lil u, meta applikabbli, ikun konsultat minn
kull awtorità kompetenti qabel ma l-awtorità kompetenti
taghmel xi tibdil fi skemi tat-traffiku li jolqtu direttament il-lokalità;
(f) li jaghmel rakkomandazzjonijiet li1 kull awtorità kompetenti
ghal jew dwar xi skema ta’ ppjanar jew bini u li jiehu sehem
shih f’kull decizjonijiet dwar l-ghoti jew l-ghoti mill-gdid
ta’ ismijiet lit-toroq;
(g) fil-konfini ta’ kull pjan nazzjonali, li johrog linji
ta’ gwida li ghandhom jitharsu biex tinzamm fi stat tajjeb,
tkun restawrata, iddisinjata jew mibdula l-faccata ta’ kull
bini jew bini iehor jew kull parti minn bini li normalment tkun
tidher mit-triq u l-materjal uzat, reklami u faccati ta’ hwienet,
u fil-kaz ta’ bini miftuh ghall-pubbliku, tara li dawn ikunu,
sa fejn hu possibbli, accessibbli ghal kulhadd, inkluzi persuni
li juzaw siggu tar-roti;
(h) li jghin lic-cittadini billi jipprovdi, meta applikabbli, flimkien
ma’ xi awtorità kompetenti, taghrif dwar iljeddijiet
tac-cittadini b’mod generali, maghdud taghrif dwar jeddijiet
tal-konsumatur, trasport, komunikazzjonijiet, facilitajiet ta’
turizmu, taxxi, sigurtà socjali, sahha pubblika u hwejjeg
ohra ta’ siwi u interess pubbliku;
(i) li jaghti pariri lil u, meta dan ikun japplika, li jkun ikkonsultat
minn kull awtorità li jkollha s-setgha li tiehu xi decizjonijiet
li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir-residenti
li jkun responsabbli ghalihom;
(j) bhala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma’
kull awtorità kompetenti, ghat-twaqqif, zamma fi stat tajjeb
u manutenzjoni ta’ creches, kindergartens u servizzi ohra
jew bini iehor edukattiv;
(k) bhala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma’
kull awtorità kompetenti ghat-twaqqif, zamma fi stat tajjeb
u manutenzjoni ta’ centri ta’ sahha
u rijabilitazzjoni, spizeriji tal-gvern, ufficcji distrettwali tas-sahha
u djar ghall-anzjani;
(l) li jipproponi lill-Ministru responsabbli ghalledukazzjoni,
persuni biex jinhatru bhala presidenti ta’ kunsilli ta’
skejjel primarji;
(m) li jaghmel ftehim ma’ kull korp pubbliku jew dipartiment
tal-gvern ghad-delega lill-Kunsill ta’ xi whud mill-funzjonijiet
ta’ dak il-korp pubbliku jew dipartiment:
Izda kull delega bhal dik tibda ssehh biss wara li l-Ministru jkun
ghamel ordni dwar dan fil-Gazzetta;
(n) li jaqdi kull funzjoni ohra li tkun delegata lilu mill-Gvern
permezz tal-Ministru bil-pubblikazzjoni ta’ ordni fil-Gazzetta;
(o) li jipprovdi ghal dawk ix-xoghlijiet, oggetti, hwejjeg u servizzi
l-ohra kollha li m’humiex eskluzi mill kompetenza ta’
Kunsill b’xi ligi li tkun fiz-zmien issehh u li ma jkunux
moghtija lil xi awtorità ohra.
(2) Toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’
Struttura, monumenti nazzjonali, parks jew gonna nazzjonali, estates
industrijali, portijiet, ajruporti u territorji ohra nazzjonali,
stabbilimenti, bini u oggetti ohra mnizzla fir-Raba’ Skeda
li tinsab ma’ dan l-Att huma responsabbiltà tal-Gvern
u, hlief kif provdut skond is-subartikolu (1)(m) jew (n), huma ghal
kollox eskluzi millkompetenza ta’ Kunsilli Lokali.
34. (1) Kunsill jista’ jaghmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws
sabiex jaqdi l-funzjonijiet tieghu u sabiex ihares u jnaqqas inkonvenjenzi
fil-lokalità tieghu.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan lartikolu, il-Ministru jista’ taht l-artikolu 72 jaghmel
regolamenti ghal applikazzjoni generali ghall-istess ghanijiet li
Kunsill jista’ jaghmel bye-laws taht dan l-Att u dawk ir-regolamenti
ghandhom, ghall-finijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull ligi
ohra, jitqiesu li huma bye-laws li jkunu saru mill-Kunsilli kollha:
Izda kull regolamenti bhal dawk jistghu jaghmlu biss disposizzjonijiet
generali u jkunu bla hsara ghall-eghmil ta’ bye-laws ohra
minn xi Kunsill ghall-istess ghan li jaghmlu disposizzjonijiet specjali
ghal-lokalità tieghu.
|