![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Festa f'Hal Qormi minn dejjem kienet importanti, tant li fil-bibjoteka ta' Malta nsibu li meta l-Granmastru Pinto kien se jiehu l-pussess l-Imdina ghadda minn Hal Qormi u sab lil Qriema jisparaw l-Maskli. Izda biex torganizza festa zgur li trid ghaqda responsabbli. Minn dejjem kien hawn gruppi ta' nies li kienu nteressati ghalhekk fil-bidu tas-seklu inhass il-bzonn li titwaqqaf ghaqda li l-iskop ewlieni taghha jkun l-organizzazzjoni tal-festa esterna ta' San Gorg. Il-kumitat tal-Festa twaqqaf nhar l-Imnarja tas-sena 1919, bl-approvazzjoni ta' l-Isqof ta' dak iz-zmien, l-E.T.Dun Mauro Caruana, bl-iskop li jiehu hsieb il-festa esterna ta' San Gorg. Dak iz-zmien li fih twaqqaf kien responsabbli anke min-nar. Fil-fatt nistghu nghidu li kien il-kumitat festi esterni li gab l-ewwel esperti tal-loghob tan-nar Sqallin. Illum il-gurnata l-ghaqda tan-nar hija awtonoma pero l-kumitat jaghti donazzjoni liz-zewg baned tal-parrocca San Gorg Matri u Anici. Il-kumitat huwa responsabbli ghal baned barranin f'Jum il-Festa. |
![]() |
Il-Kumitat hu responsabbli ukoll mill-armar u d-dawl
tat-toroq. Fost dan l-armar nsibu statwi u statwarji l-aktar maghrufa
fi gziritna fosthom Karlu Diacono, Censu Cremona, Karmenu Mallia, maghruf
bhala l-Lhudi li kien qormi u anke membru fl-istess Kumitat. Kull min
jigi jzur l-Belt Pinto f'jum il-festa jsib it-toroq kollha b'armar mill-aqwa.
Fost l-ahjar xogholijiet insibu l-palk principali bl-istatwa tal-Granmastru
Pinto, xoghol, Karlu Darmanin. Dan il-palk jintuza biex il-banda tkun
tista' taghmel il-programm fuqu f'Jum il-Festa. Xoghol sabih fl-injam,
bla dubju - l-armar ta' gol-pjazza San Frangisk fejn insibu sett trofej
u gastri, bl-istatwa ta' San Gorg riekeb iz-ziemel tiddominaw fin-nofs.
iz-zuntier tal-knisja arcipretali jigi mzejjen bi statwi sbieh ta' omm
u missier San Gorg, xoghol ta' Censu Cremona. Xoghol ta' pregju iehor
hu l-kuruna li tittella' quddiem il-knisja. Din inhadmet fil-Belt Valletta
fl-1900 u maghha nsibu erba' angli jzommu terha. |
![]() |
F'dawn l-ahhar snin it-toroq tal-lokal insibuhom
imzejnin b'pavaljuni u bandalori godda, kollha b'disinn aktar Baroque
elaborat, b'kulur isfar fuq sfond ahmar, mhux fit-toroq tal-purcissjoni
biss izda anke f'toroq sekondarji. Hawn issib li l-istess individwi jarmaw
it-toroq taghhom huma stess. Biex il-Kumitat ikopri ghal dawn l-ispejjez
jorganizza diversi attivitajiet matul is-sena bhal dinner dances, tombli,
serati kulturali u fieri. Tlett fieri partikolari jsiru hdejn il-Kappella
tal-Madonna tal-Hlas, Tal-Vitorja u Tal-Blat. Il-Kumitat tal-festa qed
jaghmel minn kollox sabiex izomm hajja l-identita' tal-festa Qormija Gorgjana
li minn dejjem kienet wahda mill-akbar festi maltin. Dan l-ahhar il-Kumitat
waqqaf is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni. |
| L-indirizz huwa: 'Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri', 6, Triq il-Kbira, Qormi QRM 03 |
| N.B. Min ghandu aktar informazzjoni jew ritratti dwar il-Kumitat Festi Esterni gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |