![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Kor Laudate Dominum huwa l-Kor tal-Parrocca
San Sebastjan, Qormi. Dan il-Kor inbena bhala l-kor tax-xebbiet ta' l-Azzjoni
Kattolika fl-1956, biex jiehu sehem fil-Gari katekistici. Wara mbaghad,
jigifieri fil-festa Liturgika ta' San Sebastjan, nhar l-20 ta' Jannar
1969 il-kor gie bhala Kor Parrokkjali bl-isem "Laudate Dominum".
Il-fundatur ta' dan il-Kor kien Dun Gwann Bugeja li ghamilha wkoll ta'
Direttur tal-kor mill-bidu tieghu sa' Lulju ta' l-1994. Il-membri ta'
dan il-kor huma kemm nisa kif ukoll irgiel. Il-Kor jiehu sehem fil-festi
liturgici kollha li jsiru fil-parrocca, nkluza dik tat-titular li ssir
f'Lulju. Hawnhekk l-impenn tal-kor ikun ghal gimgha shiha. Barraminhekk
il-kor jiehu sehem ukoll f'kant profan u anke ma baned, kemm lokali kif
ukoll barranin. Jaghti s-sehem tieghu ukoll f'diversi tigijiet. |
![]() |
Fl-1970, il-Kor Laudate Dominum kien l-ewwel kor
f'Malta li kanta quddiesa bil-Malti, fl-okkazzjoni ta' l-ewwel quddiesa
ta' Dun Joe Borg, qassis mill-parrocca. Fl-1990, il-Kor kien gie maghzul
biex jiehu sehem flimkien ma' diversi korijiet ohra fil-quddiesa li saret
fuq il-Fosos tal-Furjana fil-migja tal-Papa f'Malta. Minn Settembru 1994,
it-tmexxija giet f'idejn Mro. Sebastian Camilleri. Minn dakinhar 'l hawn
il-kor ha spinta aqwa u sar aktar impenjattiv. Certu kant bhal dawk tat-tigijiet
sar aktar modern, barra minhekk il-kor qieghed jiehu sehem mal-Banda tas-Socjeta'
Filarmonika Pinto tlett darbiet fis-sena, jigifieri fi programmi li jsiru
matul il-festi tal-Milied, il-festi tal-Gimgha Mqaddsa u lejliet il-festa
Titulari waqt il-programm li jsir mill-istess socjeta'. Mill-1995, il-kor
sar mistieden regolari biex jiehu sehem mal-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq,
ghal festa ta' Santa Marija fl-Imqabba. |
Mill-1996 'l hawn dan il-kor sar jesebixxi Akkademja
Muziko Letterarja ghal zmien il-Milied fil-parrocca San Sebastjan. Waqt
din l-Akkademja il-kor jiehu sehem ma' l-orkestra, li taghti wkoll is-sehem
taghha fil-festi l-kbar - Milied, l-Ghid l-Kbir u San Sebastjan u xi tigijiet.
L-arrangamenti ta' l-orkestra jsiru dejjem mill-istess Direttur Surmast
Sebastian Camilleri. Fl-1997 il-kor kien impenjat mhux biss fl-Akkademja
tal-Banda San Gejtanu tal-Hamrun billi kanta "Tislima lil San Gejtanu"
miktub mis-Surmast Direttur taghha Mro. Raymond Sciberras izda ghamel
ukoll 'recordings' biex saret 'CD' u 'cassette' ta' innijiet u Antifona
lil San Sebastjan mal-Banda tas-Socjeta' Filarmonika Pinto. |
Fis-17 ta' Jannar 1999, il-kor esebixxa f'serata
muzikali biex ifakkar it-tletin sena mit-twaqqif tieghu, fejn fiha ntuzaw
xogholijiet li saru matul dawn is-snin. Il-Kor esebixxa f'xoghol ta' diversi
kompozituri, whud minnhom kbar bhal Bach, Verdi, Bizet, Handel, Mro Abela
Scolaro, Mro Raymond Sciberras u anke ta' l-istess Direttur tieghu Mro
Sebastian Camilleri. Fl-1 ta' Gunju 2000, il-kor ta s-sehem tieghu fis-serata
muziko-letterarja mtella' mill-Kunsill Lokali Qormi, Gieh il-Belt Pinto.
|
INNU TAL-KOR "LAUDATE DOMINUM"
Bhas-sultan David li,b'gherf, fuq l-arpa, Rit."Laudate"dejjem, kif sew jixraqleK, W'ghalhekk, b'kull qima, il-hsus ta'qlubna Rit."Laudate"dejjem, kif sew jixraqlek, U dil-Parrocca, ghaziza ghalina, Rit."Laudate"dejjem, kif sew jixraqlek, Bhal Bastjan Martri, iIli jharisna, Rit.”Laudate" dejjem, kif sew jixraqlek, Zomm idejk fuqna, ja Missier Twajjeb, Rit."Laudate"dejjem,kif sewjixraqlek, Kliem: Gorg Saliba Muzika:
Sebastian Camilleri |
| N.B. Min ghandu aktar informazzjoni gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |