Il-kant minn dejjem kellu post imprtanti fil-Knisja ta' San Gorg. Il-festa titulari, kif ukoll il-festi l-kbar l-ohra bhall-Milied, il-Ghid il-Kbir, ic-celebrazzjonijiet kollha tal-Gimgha l-Kbira, il-Festa ta' Corpus u l-Qalb ta' Gesu u ohrajn minn dejjem kienu mzewqa bil-kant ta' xi kor u solisti stabbiliti, akkompanjati minn xi orkestra taht il-harsien tal-Cappella. Maz-zmien inhasset il-htiega li jkun hemm kor parrokkjali biex jesegwixxi il-kant kollu mehtieg waqt ic-celebrazzjonijiet liturgici fil-parrocca.
L-ewwel kor kien maghmul mit-tfal li gie ffurmat fl-1972. Aktar il-quddiem Dun Lawrenz Zammit ghaqqad il-kor tal-kbar. Dan il-kor li ha l-isem ta' 'Exultate Domini' iltaqa' l-ewwel darba fis-7 ta' Novembru 1988 u kanta ghall-ewwel darba ghall-festa tal-Milied ta l-istess sena taht id-direzzjoni ta l-istess Dun Lawrenz. Dan il-kor beda jiehu sehem fil-festi liturgici ta' matul is-sena kollha. Wara ftit mit-twaqqif tieghu il-kor 'Exultate Domino' tilef lil dun Lawrenz Zammit ghax kien sar kappillan tal-Kalkara. It-tmexxija tal-kor ghaddiet f'idejn Dun Joe Bartolo sakemm ha t-tmexxija f'idejh is-Sur Joseph Casha. Il-kor baqa' jissahhah sew fin-numru tal-membri u anke' fil-kwalita'.
Il-grupp korali tal-knisja beda ukoll johrog mill-knisja u jiehu sehem f'xi tigijiet u festi parrokkjali. Fosthom insibu li l-kor kanta f'Bikirkara, San Giljan, il-Manikata, l-Imsida, il-Kalkara u tas-Sliema. Ha wkoll sehem mal-kor nazzjonali waqt il-quddiesa tal-Papa meta gie Malta, u fis-servizzi 'Songs of Praise' li kien irrekordjat mill-BBC f'Malta f'Settembru 1990. Il-kor fid-19 ta' Gunju tal-1991 ha sehem fl-Oratorio 'San Gorg f'demmna' fuq lirika ta' Dun Pawl Genovese u muzika ta' Dun Gwann Galea, li hu l-Maestro di Cappella ta' San Gorg. Dan l-Oratorio gie esegwit ghall-okkazjoni tal-mitejn u hamsin sena ta' l-istatwa ta' San Gorg, fil-knisja parrokkjali stess ta' San Gorg. L-'Exultate Domini' taht it-tmexxija tas-Sur Joseph Casha u l-kor tat-tfal immexxi minn Dun Joe Bartolo. F'dan l-Oratorio hadu wkoll solisti maghrufin maltin. Attivita' ohra kienet fil-festival tal-korijiet organizzat mill-parrocca ta' Hal Safi f'gheluq l-400 sena mit-twaqqif tal-parrocca taghhom. Il-kor ha sehem attiv fil-kant ukoll fis-sena tac-Centinarju tal-2003.
Il-kor 'Exultate Domino' jikkonsisti f'40 membru, rgiel u nisa, li jiltaqghu darbtejn fil-gimgha u gieli aktar. Illum taht it-tmexxija tas-Sinjura Angelica Xuereb. Insibu wkoll il-kor tal-'Juniors' li huwa l-kor tat-tfal li jiehu sehem fil-funzjonijiet u festi sekondarji, kif ukoll fin-Novena tal-Milied, fil-Precett u fil-Grizma ta' l-Isqof.
N.B. Min ikolli aktar informazzjoni jew anke' xi ritratti dwar il-Kor Exultate gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com