Din il-knisja kienet dedikata lil Santa Marija. Ftit qabel l-1588 il-knisja issemmiet ghat-twelid ta’ Marija. Fl-1656, bl-ordni tal-Isqof Balaguer din il-knisja giet dekonsagrata minn habba l-istat hazin li kienet fih. Il-Qormin regghu bnew il-knisja fl-1686 li hemm il-lum. Fiha erba’ artali fil-gnub dedikati lil Santa Marija, San Pawl, Santu Rokku, San Anard, li xi darba ukoll kellhom xi kappella dedikata lilhom f’dawn l-inhawi, u minflokhom insibu dawn l-artali u salib li jgib id-data 1688. It-titular huwa pittura ta’ Giuseppe Cali fil-bidu tas-seklu 20. Fis-seklu 18 kienet maghrufa bhala ‘il-fuqqanija’. Il-festa tigi celebrata gimgha wara t-8 ta’ Settembru. Hija ghandha sagristija u kampnar bi tlett iqniepen u fih arlogg.

Riferenzi:

'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)