Wara li tnaqqa’ mill-pesta, Hal Qormi rega’ beda jikber u tela’ hafna bini madwar l-istatwa ta’ San Sebastjan. Ghalhekk in-nies tal-inhawi urew ix-xewqa li jibnu knisja zghira. Fl-atti tan-Nutar Dr. Gioacchino Frendo, that id-data tal-21 ta’ Mejju, 1874, insibu miktub li n-negozjant is-Sur Guzeppi Chetcuti imwieled il-Birgu u joqghod il-Furjana, jghati bi tpartit lis-Sur Mikelang Azzopardi, imwieled Hal Luqa u joqghod Hal Qormi, id-dar (stmata L100) nru. 8 Triq San Sebastjan, minflok id-dar (stmata dak iz-zmien L116.13s 4d) nru 34 Triq San Benedittu, biex minflokha tigi mibnija knisja filjali iddedikata lil San Sebastjan li ghaliha kien hemm diga l-permessi mehtiega mill-arcisqof. Dan il-bini sar taht id-direzzjoni tas-Sur Mikelang innifsu u kellu jinbeda x-xoghol fi zmien qasir mid-data ta’ dan il-kuntratt. Fl-istess atti nsibu msemmija wkoll l-atti tan-Nutar Dr. Guzeppi Raymundo Psaila (is-Sur Gismond) bid-data tas-7 ta’ Mejju 1874, fejn insibu li s-Sur Mikelang Azzopardi kien xtara d-dar ta’ triq San Benedittu minghand il-pizatur Guzeppi Cassar u martu Karmena apposta biex ikun jista’ jpartatha mal-bini l-iehor biex minfloku jkun jista’ jibni l-knisja u dan hmistax –il gurnata biss qabel.
Skond ghajdut popolari jinghad ukoll li fil-post fejn illum hemm din i-knisja z-zghira, kien hemm hanut ta’ Masu Farrugia, u dan ma ridtx iwarrab minn hemm, u matul il-lejl hattewlu l-hanut u hallsuh wara. Ix-xoghol tal-bini, fil-fatt inbeda fis-sena 1880, fi zmien il-Kapillan Dun Alwig Ellul, mix-xoghol kien inkarigat is-Sur Mikelang Azzopardi, u jghinu hatnu Kola Pulis. Biex jingabru l-fondi mehtiega kienu inkarigati mill-gbir il-perit Guzeppi Borg u Ganni Schembri. Il-knisja z-zghira kif maghrufa, sabiha fl-arkitettura taghha tlestiet ghaxar snin wara fis-sena 1890, fi zmien il-kapillan Dun Manwel Pace, u mbierka minn Monsinjur Dun Guzepp Mercieca, Vigarju tal-Arcisqof.

Fl-14 ta’ Lulju 1893, din il-knisja saret sagramentali u billi n-nies ta’ hdejn San Sebastjan baqghu dejjem jizdiedu, l-Arcisqof Monsinjur Dom Mawru Caruana hatar il-knisja vici-parrocca bid-digriet tad-19 ta’ Gunju 1918. L-ewwel vjatku li hareg mill-knisja ta’ San Sebastjan, wara li saret vici-parrocca kien fl-4 ta’ Lulju 1918, meta vvjatikaw lil Pietru Farrugia ta’63 sena maghruf bhala “Tar-Rocc” u li miet dakinhar stess. Kien imbaghad l-istess arcisqof li bid-digriet tal-25 ta’ Ottubru 1935 gholla lill-istess knisja ghad-dinjita’ ta’ parrocca. Mill-1918 sal-1935, il-vici-parrocca kienet afdata f’idejn Dun Guzepp Buhagiar, Dun Indri Fenech, Dun Saver Zahra, Dun Nikol Aquilina, Dun Gwann Psaila. Dan tal-ahhar gie segwit minn huh, Dun Alwig Psaila, l-ewwel kappillan tal-parrocca l-gdida li ha l-pussess bhala kappillan fil-5 ta’ Jannar 1936.

Din il-knisja fiha 3 artali. Ghandha zewg kampnari u fihom 3 iqniepen. Il-knisja hija mibnija fuq pjanta aktarx maghmula mill-Perit Guzepp Borg. Fis-sena 1932 kien sar xi tibdil fit-tambur fejn kellha tinbena l-koppla billi dan kellu xi hsara. Ix-xoghol tlesta sas-27 ta’ Ottubru, 1932. Il-pittur Lazzru Pisani pinga l-kwadru titulari fl-1889. Il-kwadru tar-Ruzarju ingieb minn Napli u l-pittur tieghu mhux maghruf. Tar-Redentur huwa xoghol ukoll Lazzru Pisani li hadmu fl-1888. Ma’ dawn insibu wkoll dawk tal-Qalb ta’ Gesu’ u ta’ Marija, Santa Tereza, u Sant’Anjeze, Sant’Anna u s-Sagra Familja. Insibu wkoll l-arlogg li kien gie mahdum mill-ahwa Suban fl-1905.
Illum insibu ukoll vara tar-Redentur xoghol ta’ Alfred Camilleri Cauchi fl-1985. Sfortunatament bhalissa din il-knisja iz-zghira tinsab maghluqa, u vojta ghalkemm qed isir xi xogholijiet ta’ restawr. J’Alla li l-knisja l-qadima ta’ San Sebastjan ma ndumux ma nergaw narawha miftuha u armata kif Qriema missirijiet din il-parocca hadmu u stinkaw biex jaraw opra bhal din issehh.

Riferenzi:

Tifkira tat-Tberik u l-ftuh tal-Knisja San Sebastjan – 29 ta’ Mejju, 1982
‘Sliem u Hajja’, Parrocca San Sebastjan – Tifkira tal-50 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca San Sebastjan , Hal Qormi, Festa 1986