![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-knisja
ta’ San Sebastjan, maghrufa bhala l-knisja l-gdida, hija wahda mill-aktar
knejjes artistici fl-istil taghha li ghandna fil-gzejjer Maltin. Hija
maghrufa hekk ghax qabel kien hemm ohra ddedikata lill-istess qaddis,
u li ghadha illum maghrufa bhala l-knisja z-zghira. Il-kapillan Dun Alwig
Psaila malajr induna li l-knisja l-antika jew il-knisja z-zghira kienet
zghira wisq ghall-htigijiet tal-parrucani. Hafna jghidu u uhud jiftakru
hafna drabi l-parrucani kienu jisimghu l-quddies minn fuq iz-zuntier jew
mit-triq stess. Ghalhekk beda jhabrek biex tinbena wahda gdida u akbar. |
![]() |
Fit-18 ta’ Jannar
1937, huwa ghamel talba lill-Gvernatur Generali Bonham-Carter biex jaghtih
bicca art fi Triq San Bartolomew ghall-bini tal-knisja l-gdida. It-talba
giet approvata u permezz ta’ ittra ta’ l-1 ta’ Lulju
1938, il-gvern gharraf lill-kappillan li kien sa jaghtih din l-art bla
ebda hlas. Il-kuntratt sar fis-17 ta’ Jannar 1939. Il-pjanta tal-bini
saret mis-Sur Arthur Zammit, fil-waqt li l-Perit Annetto Mifsud Ellul
A.&C.E, iffirma din il-pjanta bhala l-perit ufficjali. Fit-30 ta’
Ottubru 1938, intalbet l-approvazzjoni tal-kurja u sena wara, fit-12 t’Ottubru
1939 intalab il-permess biex jinbeda x-xoghol tal-bini. |
|
|
Il-bini tal-Kripta Qabel max-xoghol tal-bini seta’ jibda, kellu jsir
hafna xoghol iehor. Minn Mejju 1939, l-art li fuqha kellha titla’
l-ewwel il-kripta u mbaghad il-knisja bdiet tigi mnaddfa u wara beda jsir
il-qtugh tal-gebel mill-barriera. Dan il-gebel, li ntuza ghall-bini tal-istess
kripta, ghall-ewwel kien jittella’ mill-barriera permezz tas-sienja
mdawra minn baghal, wara bdiet tintuza magna ta’ karozza li ddawwar
vinc. Il-bini tal-kripta kien jiehu hsiebu l-imghallem Gelander Bonnici. |
|
Barra min hekk irranga ukoll il-kripta
minn xi nuqqasijiet li kellha fosthom bibien, drains, bankijiet, kif ukoll
ir-relikwarju ta’ San Sebastjan li ngib minn Milan fl-1961. Il-bini
kompla f’Marzu tas-sena 1960, meta fis-17 ta’ Marzu 1969 miet
il-kappillan Cauchi. Floku lahaq il-kappillan li illum Monsinjur. Vincenz
Deguara. Dun Vincenz mal-ewwel iltaqa’ ma’ bicca ugiegh ta’
ras peress li dehru xquq fil-kolonni tal-kripta. Inhatru diversi esperti
biex isolvu s-sitwazzjoni delikata. Allura kien hem mil-bzonn li jsahhu
l-pilastri magguri tal-knisja u jibdlu parti mis-saqaf fuq wara tal-kripta.
Wara hafna taqtigh il-qalb, il-kripta fid-dehra taghha differenti minn
qabel izda isbah fil-ghajn, regghet tbierket mill-gdid minn Mons. Mikiel
Gonzi fit-28 ta’ Gunju, 1972. |
Ix-xoghol fil-bini kompla
fejn ftit wara inqala saram iehor. Dik tal-bini tal-koppla. Kien hem mil-biza’
li l-koppla se tkun wisq tqila ghall-pedamenti tal-knisja. Ghalhekk wara
hafna konsultazzjonijiet, il-Perit Italo Raniolo hareg bl-idea li tinbena
koppla bic-cement. Wara li fit-22 ta’ Novembru 1977 gie ffirmat
il-kuntratt mas-Cementstone, inghata bidu ghall-bini tal-koppla. Il-koppla
giet maghluqa definitivament fit-28 ta’ Lulju, 1980. |
Wara din id-data beda ix-xoghol tas-salib fejn tlesta fit-22 ta’ Settembru 1980.Kien l-istess Mons. Mikiel Gonzi li bierek is-salib fit-19 ta’ Ottubru 1980. Saru wkoll diversi xoghlijiet ohra fil-knisja fosthom l-irham, l-invjar minn Carmelo Falzon, it-twieqi li nhadmu minn Joseph Aquilina tad-Dragon Forge u l-hgieg minn Scerri Bros., fuq disinn tal-artist Joseph Casha. Saru wkoll zewg statwi tal-gebel quddiem il-knisja xoghol l-iskultur Marco Montabello, u tbierku nhar is-17 ta’ Lulju 1981, fejn juru lil San Pietru u San Pawl. Nhar il-11 ta’ Frar, 1982 imbaghad tbierku z-zewg statwi l-ohra tal-Madonna ta’ Lourdes u Bernardette, mahduma minn Manwel Borg Gauci. |
Mal-genb tal-knisja insibu wkoll arlogg tax-xemx mahdum minn Dun Gorg Fenech. Kif ukoll insibu xoghol sabih hafna fil-kappella tas-Sagrament, l-artal u s-salib kbir, disinn ta’ John Bonnici. Matul iz-zmien fil-knisja ta’ San Sebastjan sar ukoll hafna xoghol iehor biex il-knisja tisbih fosthom ix-xoghol tal-friz, li kien beda fit-2 ta’ Mejju, 1988 u ntemm lejn l-ahhar ta’ Gunju tas-sena 1992. Ix-xoghol fih disinji differenti, tant li kull panew huwa differenti mill-iehor. Mal-pilastri magguri hemm skultrat fost is-simboli tal-martri, il-kliem SEBASTIANUS CHRISTIANUS MARTYR CHRISTI (Sebastjan Nisrani Martri ta’ Kristu), filwaqt li fil-korsija hemm simboli tal-ewkaristija, u l-kristjanezmu li jinkludu haruf, il-huta, il-pelikan, l-ankra, il-pagun u l-musbieh. Id-disinji huma xoghol ta’ John Bonnici, waqt li x-xoghol fil-gebla sar minn Pawlu Galea u Karmnu Baldacchino.
|
Fost l-akbar
opri li nsibu fil-knisja ta’ San Sebastjan huma s-sett sabih tal-qniepen
li jzejnu il-kampnari u ferrhu lill-parrucani bid-daqq melodjuz taghhom.
Hawnhekk insibu sett ta’ qniepen mahdumin mill-kumpanija John Taylor
Bellfounders. Dan il-progett kien mlaqqam il-miraklu tal-qniepen ghar-raguni
li l-prezz li kien qed jintalab kien ta’ Lm60,000. Is-sistema li
ntuzat kien is-self ta’ flus minghjar imghax bbazati fuq cedoli.
Kienu diversi nies li thajru u hekk ghamlu li dahlu biex jixtru qanpiena,
u hekk itaffu ftit mill-ispejjez lill-knisja. U hekk gara, fi zmien hmistax
–il gurnata l-holma saret realta’ ghall-parrucani. U mhux
biss kien hemm benefattur iehor li offra arlogg b’zewg kwadrant
u zewg iqniepen, waqt li benefattur iehor offra z-zewg kwadranti l-ohra.
Il-kuntratt tas-sett qniepen gie iffirmat fis-26 ta’ Settembru,
1997. Sadanittant beda ukoll hafna xoghol estensiv fuq il-kampnari biex
ikunu jistghu jilqaghu s-sett qniepen. L-arloggi nhadmu mid-ditta Smith
of Derby Clock Makers Ltd. Ta’ Derby UK. Dan l-ahhar ukoll inhadmu
il-brazzi gol-knisja migbura mill-parruccani. |
![]() |
Riferenzi: Tifkira tat-Tberik u l-ftuh tal-Knisja San Sebastjan – 29 ta’
Mejju, 1982 |
![]() |