Meta nbniet l-ewwel darba, din il-knisja x’aktarx li kienet semplici kappella li fl-1456 giet mibnija mill-gdid bit-thabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardo. Bhala tifkira tal-bini l-gdid ta’ din il-knisja tnaqqxet kitba bil-latin fuq il-hajt li bil-malti tghid hekk: ‘1456. L-10 Jum tax-xahar ta’ Settembru. Dan il-hajt (twaqqaf) fi zmien Don Giglio Lombardo, Kappillan ta’ din il-knisja. Dan ifisser li, fi zmien il-kappillan Lombardo, imbniet knisja parrokkjali gdida jew tkabbret li kien hemm.Il-prokuraturi tal-bini msemmi kienu Mattew Cassar u Pietru Camillieri.’ Din insibuha fil-hajt tal-knisja minn gewwa, hdejn il-battisterju, int u diehel fin-navi tal-lemin. F’din il-knisja insibu l-arkivju parrokkjali li nbeda fl-1563 mill-kapillan Dun Gioannello Cilia. Huwa wiehed mill-eqdem arkivji parrokjali li hawn f’Malta.
Fl-1575, meta Mons. Dusina ghamel il-Vizta Pastorali f’dan ir-rahal, sab li hemm 22 knisja, dawn kienu mqassmin hekk: 16 fir-rahal u 6 madwaru.

Minbarra l-knisja parrokjali, l-ohrajn kienu hekk:

6 dedikati lil Santa Marija Assunta
2 dedikati lill-Lunzjata
1 dedikata lil San Mikiel
1 dedikata lil Sant’Andrija
1 dedikata lil San Bastjan
1 dedikata lil Santa Katerina
1 dedikata lil San Pawl
1 dedikata lil San Pietru
1 dedikata lil San Anard

Il-knejjes li kienu jinsabu fil-kampanja kienu hekk:

Santa Marija tal-Hlas, Santa Marija fl-Imriehel, Sant’Anna, San Nikola fil-Hamrun, Santa Marija fil-Marsa, u San Gorg bhala Ta’ Kortil. Illum nsibu 8 knejjes filjali, ir-raguni kienet li uhud waqghu u ma regghux inbnew, ohrajn kienu f’imkien fejn inbniet il-knisja parrokjali prezenti, u ohrajn ma baqghux jaghmlu parti mill-parocca ta’ San Gorg.

Il-knisja parrokkjali kellha cimiterju madwarha bhalma kellhom hafna knejjes Maltin ohrajn ta’ dak iz-zmien. Izda d-dfin ma kienx isir fic-cimiterju biss izda wkoll fil-knejjes - direttament fl-art, x’aktarx fuq xulxin - fejn kien hemm ukoll oqbra privati. Dan jghodd ukoll ghal Hal Qormi, anzi hemm x’juri sewwa li fil-knisja kien hemm oqbra privati. Fl-1534, il-kappillan il-gdid Dun Guljanu Borg laqqa’ l-parruccani biex jaraw kif setghet tissewwa d-dar tal-kappillan li kienet imharbta. Certu Bartilmew Schembri offra uqija flus ghal dan il-ghan bil-patt li jinghata qabar fil-knisja parrokkjali fit-tieni arkata quddiem l-artal ta’ Santa Marija. Fl-ewwel registru parrokkjali, li nbeda fl-1563 meta kienu ghadhom juzaw l-istess knisja medjevali u dik prezenti kienet ghadha ma nbnietx, il-kappillan kien inizzel regolarment li sar id-dfin fil-knisja.

Minn dak li nafu x’gara fl-1534 jissokta jwasslilna aktar taghrif dwar il-knisja medjevali Qormija. Jinghad car u tond li kienet imsaqqfa bil-hnejjiet u x-xorok, li kien hemm mill-anqas artal wiehed, minbarra dak magguri u li f’Hal Qormi kien hemm devozzjoni lejn Santa Marija. Anzi xhud ta’ din id-devozzjoni sahansitra tmur lura lejn is-sena 1502 meta tissemma Fratellanza ta’ Santa Marija: confratie sanctae Mariae sancti Georgi parocchia Casalis Curmi huius insole. Ma nafux x’sar minnha din il-fratellanza izda hi haga zgura li ma baqghetx tezisti tant li lanqas issemmiet fil-Vista Appostolika ta’ Monsinjur Dusina fl-1575. Meta nigu ghall-qaddis titulari tal-parrocca, jigifieri San Gorg Martri, insibu l-ewwel referenza miktuba fl-1522 fl-Arkivju tal-Katidral ta’ l-Imdina, refernza li jtennuha diversi drabi fis-snin ta’ wara: Sancti Georgii di casali Curmi (1522); sancti Georgii Casalis curmi, parocchia (1532); sancti Georgii casalis Curmi (1536). Izda dan ma jfissirx li l-parrocca kienet iddedikata lil xi qaddis iehor. Bizzejjed nghidu li ghadu jezisti l-kwadru titulari li bejn wiehed u iehor tpitter lejn nofs is-seklu hmistax u fih hemm ix-xbiha ta’ San Gorg Martri.

Bini tal-Knisja l-gdida

Fl-1582, Dun Marjanu Briffa lahaq Kanonku tal-Katidral u warajh inghata l-pussess Dun Mattew Magro. Dan il-kappillan, li kien imdahhal fiz-zmien, dam sena biss fil-kariga ghax fl-1583 irrizenja minhabba sahhtu. Jissemma warajh Dun Gwann d’Emanuele izda dan is-sacerdot kellu biss il-kura tal-parrocca, locum tenens, sakemm kellu jilhaq kappillan gdid. Fid-29 ta’ Gunju 1585 nghata l-pussess Dun Frangisk Cassia li jidher li kien dam aktar minn sena jithabat biex jiehu l-kariga ta’ kappillan. Dun Frangisk baqa’ fil-kariga sa mewtu li grat fl-1615. Kien f’dawn is-snin li ttiehdet decizjoni importanti hafna: li tinbena knisja parrokkjali gdida fuq l-istess art fejn kienet il-qadima.

Biex inbniet il-knisja ghaddew madwar mitt sena. Ir-ragunijiet kienu li l-knisja ta’ San Gorg ma bnietx kif nafuha llum, igifieri forma ta’ salib latin. Il-knisja giet modifikata u lesta forma ta’ salib latin ghas-sena 1650. Fl-1684 giet inkurunata bil-koppla xoghol ta’ Lorenzo Gafa. L-istil tal-knisja hu Doriku, u hi maghmula minn kor, zewg kappelluni, u korsija bin-navi fil-gnub.

Fl-1727, meta l-kappillan ta’ Hal Qormi kien Dun Silvestru Desira, lahaq isqof gdid ta’ Malta: Monsinjur Paolo Alpheran de Bussan. Sa dak iz-zmien f’Malta kien hawn tliet knejjes biss li kienu kkonsagrati, jigifieri l-Katidral ta’ l-Imdina, San Gwann fil-Belt, u San Lawrenz fil-Birgu. Izda l-Isqof Alpheran iddecieda li jikkonsagra solennement ghadd ta’ knejjes parrokkjali. Matul id-29 sena li dan isqof ikkonsagra mhux anqas minn 18-il maqdes. Fosthom il-knisja parrokkjali ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormi, nhar is-6 ta’ Mejju 1731 bil-parrinijiet, jew xhieda ufficjali, Dun Gioacchino Camilleri (1671-1745) u Dun Teramo Psaila (1672-1750). Ma’ l-Isqof Alpheran kien hemm, naturalment, il-Kappillan Desira, il-Vici-parroku Rev. Dr Giuseppe Vella u l-31 sacerdot li kienu jservu f’Hal Qormi.

Knisja ddikjarata Arcipretali

Il-Kappillan Dun Anton Vella haseb biex talab lill-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi, biex jgholli ghad-dinjita’ arcipretali lill-Parrocca San Gorg Martri. Fir-rikors tieghu, il-Kappillan Vella semma kemm hi antika l-parrocca, il-bini ta’ knisja gdida fl-1456, li hi parrocca matrici, minn xiex ghadda Hal Qormi fl-Assedju l-Kbir, l-interess tal-Gran Mastri f’Hal Qormi, hidmet il-parrocca fi zmien il-Francizi u l-kleru maghruf ghall-gherf u l-qdusija li minn dejjem kellha l-parrocca fosthom l-Isqof Carmelo Scicluna u l-Professur Monsinjur P.P. Psaila li kien Rettur ta’ l-Universita’. Ghalaq ir-rikors tieghu b’dawn il-kelmiet: “Ghaldaqstant, dan li qieghed iressaq din il-petizzjoni, jitlob bil-qima kollha lill- E. T. Illust. Revd.mu biex tqis din id-daqsxejn ta’ storja tal-Parrocca ta’ San Gorg li ssawret tul hames sekoli, u jekk jista’ jkun tinqala’ il-fakolta’ mis-Santa Sede biex din il-Parrocca tigi mghollija ghad-dinjita’ ta’ Knisja Arcipretali kif jixtieq il-Kleru u l-Poplu ghall-glorja ta’ Alla u tal-Knisja Mqaddsa.”

Ir-rikors tal-Kappillan Vella ntlaqa’ mill-awtoritajiet ekklesjastici u d-digriet relevanti inhareg fit-30 ta’ Marzu 1953 taht il-firem ta’ l-Arcisqof Gonzi u l-Kancillier il-Kanonku G. Mifsud. Fih insibu li t-talba tal-kappillan kienet tressqet quddiem is-Santa Sede u li “din l-istess Kongregazzjoni laqghet it-talba tal-Kleru u tal-Poplu.” Id-digriet jaghlaq b’dawn il-kliem: “GHALHEKK b’din l-ittra taghna minnha ffirmata u moghnija, bis-sigill taghna bl-Awtorita’ msemmija, irridu li l-Knisja ta’ San Gorg Martri fl-art ta’ Hal Qormi li fuqha ga tkellimna tkun mizmuma mill-lum ’il quddiem bhala Knisja ARCIPRETALI u min ikun Kappillan taghha ghandu jissejjah ARCIPRIET. Mahruga mill-Palazz Arciveskovili taghna fit-30 ta’ Marzu, 1953.”

Fil-knisja parrokkjali insibu 14 –il altar, arlogg b’zewg kwadranti minn Mikelang Sapiano, 7 qniepen, numru ta’ igsma mqaddsa tal-martri fosthom San Massmu, Santa Konsolata, kif ukoll ir-relikwa ta’ l-ghadma ta’ ghonq San Gorg, ghadd ta’ pitturi, il-kwadru ewlieni, kif ukoll kwadrett li juri l-Missier etern xoghol ta’ Mattia Preti, dak ta l-ewwel mhux mitmum minnu, zewg kwadri li juru ‘l San Gorg quddiem Dijoklezjanu, u d-dahla tal-qaddis fit-tempju ta’ Apollo, xoghol P.P Caruana maghmula fl-1843, kwadru tal-purifikazzjoni tal-Madonna, xoghol ta’ Frangisku Zahra, Sant’Anrija mahdum minn Guze Duca fl-1925, u ha post ta’ kwadru iehor li jinghad li ghamlu Filippu Dingli fl-1657. It-titular il-qadim tal-Madonna tal-Grazzja hadmu Stiefnu Erardi li fih pinga wkoll lil San Nikola ta’ Bari.
Floku illum insibu kwadru ta’ Guze Duca, xoghol tal-1927. Dak tal-Madonna tac-Cintura huwa wkoll xoghol ta’ Guze Duca fl-1923 li sar flok iehor ta’ Frangisk Zahra li illum insibuh fil-muzew tal-knisja stess. Insibu wkoll kwadru medjovali tad-Duluri u tahtu insibu l-kwadretti ta’ San Pawl. Fil-muzew tal-knisja insibu wkoll il-kwadru ta’ Santa Margerita ta’ Kortona li pingieh Frangisk Zahra. Insibu wkoll il-kwadretti tal-Via Sagra, tnejn xoghol Frangisk Zahra u t-tnejn l-ohra xoghol l-iskola tieghu. Il-kwadri ta’ Santa Tereza u Santa Katerina ta’ Siena huma xoghol Guzeppi Bonnici. Guzeppi Cali kien pinga l-kwadru ta’ San Guzepp. L-ahhar xoghol li sar kien fil-koppla, pittura ta’ Guzeppi Briffa li tbierket fl-1938 mill-Isqof Galea. Sfortunatament din il-pittura garrbet xi hsarat dawn l-ahhar snin, u sarilha restawr estensiv flimkien mal-istess koppla.
Fil-knisja insibu wkoll diversi skulturi fosthom il-vara titulari ta’ San Gorg xoghol l-iskultur Qormi Pietru Felice fl-1738 u zzanznet fit-23 t’April, 1741. Fl-1895 Pawlu Bugeja rrestawrha. Insibu wkoll statwa ta’ San Mikiel li hi xoghol ta’ Pawlu Azzopardi fl-1865. L-Ort, Guda u l-istatwa tal-Veronika ghamilhom Karlu Darmanin li ghamel ukoll l-istatwa ta’ San Gwann u l-Madonna tal-Vara l-Kbira, il-Kuncizzjoni, Santa Konsolata, il-Madonna tar-Ruzarju, u l-anglu tal-Blandun. Censu Cremona hadem l-istatwa ta’ San Frangisk trasportat mill-angli, San Luigi Gonzaga, u zewg suldati mal-irxoxt. Fl-1961 inhadmet l-istatwa tal-ahhar cena, xoghol mid-ditta Salvatore Bruno ta’ Bari, li dawn ukoll hadmu d-deposizzjoni fil-Gimgha l-Kbira tal-1981 zzanznu l-vari tac-Cirinew jerfa’ s-salib, u l-Flagelazzjoni ta’ Gesu’ xoghol Alfred Camilleri Cauchi li tieghu ukoll huma l-Ecce Homo u Gesu’ jiltaqa’ mal-Madonna. L-irxoxt, l-istatwarju li hadmu mhuwiex maghruf.

Riferenzi: 'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)