Din il-knisja
dedikata lil San Frangisk de Paola giet mibnija minn flus Frangisk Casha
Cuschieri Testaferrata u ibnu, Dun Gorg, qrib is-sena 1707 u mhollija
benefizzju ghall-familja taghhom. Il-perit kien Indri Psaila minn Hal
Qormi. Il-kwadru huwa ta’ pittur mhux maghruf, u li kien hemm qabel
insibuh gewwa s-sagristija. Fil-genb tal-knisja insibu kwadru kbir tal-Kuncizzjoni,
imqieghed fuq il-bieb tal-genb. Jinghadd dwar il-kwadru l-antik li meta
l-Francizi ghaddew minn Hal Qormi, fl-1798 dahlu fil-knisja u taqqbuh
bil-ponot tax-xwabel. Insibu diversi kwadri fosthom, tal-Kuncizzjoni,
San Lwigi Gonzaga, Santa Katerina, San Mark l-evangelista, Sant’Andrija,
Sant’Anna, San Gorg u Sant’Antnin Abbati. Insibu ukoll orgni
u kannierja. Din il-knisja ghandha zewg artali, wiehed dedikat lil san
Frangisk u l-iehor lill-Madonna ta’ Lourdes. Il-knisja ghandha ukoll
sagristija. Fis-sagristija hemm imdendel ritratt ta’ wiehed mill-fundaturi
li hu ta’ Dun Gorg Casha Cuschieri Testaferrata. Fi zmien il-gwerra
serviet ta’ mahzen fejn jintrefghu oggetti ghall-ikel. |
|