Fil-Parrocca ta' San Gorg insibu diversi kappelli ohra li gew miftuha fiz-zmien tal-lum. Fosthom insibu dik dedikata lill-Misteru tal-Epifanija. Din hi garaxx li inkera mill-Monsinjur Gilard Frendo li kien arcipriet San Gorg, f’Marzu 1973. F’lulju tal-istess sena saret l-ewwel quddiesa fih u f’din id-data tbierek ukoll privatament. Kien imbaghad f’Jannar tal-1975 li Dun Gilard ghamel l-ewwel festa bil-Bambin. Minbarra l-quddies li jsir, isir ukoll it-taghlim tad-Duttrina.
Insibu wkoll kappella ohra fit-Triq il-Helsien, Ta’ Farsina Housing Estate. Iddedikata lis-Sagra Familja. Din il-kappella infethet ghan-nies il-Hadd 14 t’Ottubru, 2001 meta sar pellegrinagg bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju. L-ewwel quddiesa f’din il-kappella giet iccelebrata mill-Arcipriet Dun Frans Abdilla, is-Sibt 20 t’Ottubru, 2001.
Fil-Parocca ta’ San Bastjan insibu zewg kappelli ohra moderni. Dawn huma l-kappella tad-Duluri fi Triq San Dwardu, li tigi l-kapella tal-Muzew tal-bniet, kif ukoll insibu l-kappella maghrufa bhala tas-Sokkors li hi garaxx ikkonvertit ghalkemm bhalissa din tal-ahhar tinsab maghluqa..

Riferenzi: 'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)