![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Din il-kappella
tmiss ma’ dik ta’ San Frangisk. L-ewwel knisja li hemm kienet
tezisti fl-1575. Fl-1588 kienet fi stat hazin. Fil-5 ta’ Novembru
1656 kienet profanata mill-Isqof Balaguer u wara regghet giet integrate
fl-1663. Kien bniha mill-gdid Leonardo Galdes. Regghet twaqqet fl-1759
u nbniet mill-gdid minn flus Petruzzo Xuereb ghal-habta tal-1790. Kien
hemm xi nkwiet mal-familja Casha tal-knisja ta’ San Frangisk ghax
ma ridux li tkun mibnija hdejn taghhom. Din il-kappella thalliet tibda
tigi amministrata mill-Fratellanza tas-Sagrament. Din il-knisja fiha artal
wiehed u ghandha sagristija. |
![]() |
Riferenzi: 'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005) |
![]() |