Knisja ohra ta’ Santa Marija hi msejha Tal-Hlas. Fil-qedem kienet meqjuma hafna, u ghalhekk madwar l-1560 ittellghet mill-gdid biflus Fra Kristofru Montgaudri, tezorier tal-Ordni, u dan bena wkoll dar qribha ghar-rettur taghha. Din il-knisja fl-1690 giet imtellgha mill-gdid f’ghamla ahjar, disinn ta’ Wenzu Gafa’. Fil-bidu, il-knisja kienet dik li llum hija s-sagristija. L-art maghrufa bhala tal-Hlas hadet isimha minn din il-knisja zghira dedikata lill-Madonna della Liberazione, kif kienu jsejhulha t-taljani. F'dokumenti antiki, l-aktar vizti pastorali insibu li kient maghrufa bhala Tal Chilas Cioe Della Liberatione. L-origini ta' din il-kappella jehduna lura lejn zminijiet hafna 'l boghod mill-lum, appuntu fis-sena 1495, fejn insibu li fil-limiti tal-Hlas kien hemm kappella mdaqqsa li, ghalkemm nieqsa minn kull rikkezzi,kienet kemmxejn helwa u gibdet l-attenzjoni tal-bdiewa ta' dawk l-inhawi u anke tal-popolin Qormi. Fl-1575 Mons. Dusina wasal Malta ghal vista pastorali u fir-rapport tieghu instab li f'Malta kien hawn madwar 420 knisja mqassmin bejn knejjes u kappelli. Meta wiehed jifli ftit dan ir-rapport fejn jirrigwarda l-knejjes u -Kappelli f Hal-Qormi nsibu li huwa sab 22 wahda, 16 fil-konfini ta' Hal-Qormi u 6 li jaghmlu ma' Hal-Qormi imma jinsabu barra l-konfini tieghu. Wahda minn dawn il-kappelli ta' barra l-konfini hija dik imsemmija minn Mons. Dusina bhala l-kappella tal-Madonna tal-Kilas jew ta' Kalas. Nifhmu li Dusina kien qed jirreferi ghall-kappella idedikata lill-Madonna li tinsab fil-limiti tal-Hlas.
It-tradizzjoni tghid li giet imsejha hekk minhabba li wara talb, Malta inhelset mill-iskjavitu tas-Saracini. Ohrajn isostnu li gie imsejha hekk minhabba hafna nisa li kienu se jwelldu kienu jmorru jitolbu hemm. Hija ghandha kampnar wiehed bi tlitt iqniepen li huma l-istess tal-knisja l-qadima. Fl-1573 kien tqieghed il-kwadru ta’ Santa Marija fuq l-injam, li issa nsibuh fil-muzew parrokjali. Dan l-inkwadru thallas mill-benefattur tal-knisja, il-Kavallier Montgaurdi billi fih tidher l-arma tieghu. Hemm diversi kwadri ohra li uhud minnhom ittiehdu biex tizzejjen is-sagristija tal-knisja ta’ San Gorg. It-titular huwa kwadru iehor l-Assunta li hadmu Frangisku Zahra fl-1773 u sar b’weghda ta’ persuna devota. Fl-apside hemm pittura li turi l-Inkoronazzjoni tal-Madonna li saret fl-1719 mill-pittur Nerik Arnaud.
Is-saqaf ta' din il-knisja huwa sabih hafna, kif inhuma wkoll id-dettalji li fih. Dan is-saqaf huwa wiehed tond u mibni b'volti mibnijin bil-gebel b'sengha kbira. Dawn il-volti huma mserrha fuq il-kustilji, li huma hnejjiet kemmxejn kbar li kienu saru biex jaghtu aktar sahha lis-saqaf troll. Huwa nteressanti li l-istil ta' dan is-saqaf jixbah hafna l-istil tas-saqaf tal-knisja parrokkjali u dak tas-soqfa ta' knejjes filjali ohra madwar Malta. Dawn wisq probabbli nbnew fl-istess zminijiet, ghall-habta tal-1486.

Il-lavabo huwa speci ta' buqar kbir tal-gebel bi fliskatur tahtu sabiex jilqa' l-ilma, li johrog minn vit mahdum apposta tar-ram. Meta l-ilma kien skars u ma kontx issibu kullimkien u kull hin, min haseb ghall-qassis hasiblu wkoll sabiex ikun jista' jahsel idejh kemm qabel kif ukoll wara l-quddiesa. Is-sagristan kien jimla l-ilma minn xi bir fil-vicin u jahzen dan l-ilma gol-lavabo sabiex jintuza mill-qassis. F'din il-kappella, wkoll faccata tal-lavabo. insibu garigor li jwasslek sa fuq il-bejt tal-knisja. Hemm insibu kampnar imdaqqas mghammar b'zewgt iqniepen, li ghalkemm ckejknin fid-daqs jaghmlu wkoll parti mill-istorja ta’ din il-knisja. Il-qanpiena z-zghira ghandha dijametru ta’10 pulzieri filwaqt li l-kbira ghandha dijametru ta’ 14 il-pulzier. Fuq il-qanpiena l-kbira ghad hemm jidhru l-annu 1699 u l-arma ta' l-Isqof Cocco Palmieri. Il-kampnar ta' din il-knisja jinsab fuq in-naha ta' wara u dan jindika li meta tkabbret il-knisja dan kien diga jezisti u thalla bla mittiefes fil-post originali tieghu. Il-kampnar huwa semplici hafna u mibni bil-gebel tal-qawwi. Id-disinn tal-gebel huwa kemmxejn stramb. Mal-genb tal-knisja jharsu lejn il-punent hemm l-imwiezeb. Minn dawn insibu tnejn, u jservu biex jghaddi l-ilma tax-xita 'l barra mill-knisja. Huwa fatt kurjuz li l-knejjes medjevali kollha, jew il-bicca l-kbira minnhom, kellhom dan it-tip ta' mizieb imwahhal mal-gnub taghhom, u fil-knisja taghna dan mhux eccezzjoni. Il-mod kif inhu maghmul dan il-mizieb jurik x'tip ta' nies tas-sengha kienu qed jahdmu fil-knisja f'dawk iz-zminijiet bikrin.

Jekk wiehed ihares sewwa lejn il-faccata tal-knisja jsib li fuq il-frontispizju hemm imnaqqxa arma tal-Papa li tiddomina sewwa lil din il-knisja. Dan il-Papa m'hu hadd hlief il-Papa Klement XI, u huwa probabbli li din l-arma saret fl-1700 sabiex tikkommemora l-hatra tieghu bhala s-successur ta' San Pietru. Pero nahseb li huwa aktar probabbli li kien dan il-Papa li pproklama l-knisja f'Tal-Hlas bhala appartenenti 'l Hal-Qormi u li kien ghalhekk li saret 1-arma tieghu mal faccata tas-Santwarju.

Il-knisja taghna hija miksija b'ghadd gmielu ta' graffiti storici li jirrapprezentaw l-istorja. Dawn il-graffiti huma simboli diversi mhaffrin fuq il-wicc tal-gebla. Fost dawn is-simboli nsibu xwieni, dghajjes tal-qlugh, idejn u affarijiet ohra. Nstabu diversi dati storici u antiki probabilment maghmula mill-haddiema tal-gebel waqt li kienet tiela’ il-knisja. Fatt kurjuz hafna huwa dak li nstab f’dawn il-graffiti. Hafna minnhom l-aktar fejn jidhol ix-xini, jaqblu hafna ma’ graffiti ohra li nstabu fuq il-bejt tal-knisja parrokjali ta’ San Gorg. Min jaf, forsi kienu l-istess nies li naqqxuhom. Apparti li dawn il-graffiti huma xi forma ta’ espressjoni li riedu jaghtu, dawn hallew stampa cara ta’ l-istorja u l-prezenza taghhom.

Snin wara li tlestiet il-knisja nhass il-bzonn li jinbena portiku adattat. Ma nafux jekk Lorenzo Gafa’ inkorporax portiku fid-disinn tieghu tal-knisja, ghax zgur ma kienx jaghmlu hek. Il-portiku kif inhu iktar jissejjah logga. Dan il-portiku serva biex bosta nies dahlu jiehdu ftit tan-nifs wara mixja twila sabiex jaslu sas-Santwarju.

Mal-faccata biswit il-bieb principali wiehed isib irhama bil-kliem bil-Latin: NON GODE L’IMMUNITA ECCLESIAS. Din il-plakka nsibuha f’hafna kappelli rurali madwar Malta u Ghawdex u tinsab hemm fuq ordni tal-Isqof Gaetano Rull li hareg digriet nhar it-30 ta’ Mejju, 1761. Din tfisser li l-knisja m’ghadx ghadha taghti protezzjoni lil min jahrab mil-ligi.

Sal-lum din il-knisja ghadha tigi mfittxa hafna mill-ommijiet li jipprezentaw it-trabi taghhom bhala ringrazzjament tal-hlas tajjeb li kellhom. Hdejn il-knisja hemm statwa tal-gebel, xoghol ta’ Vincenzo Decandia fl-1868. Tajjeb li wiehed jirrimarka li din l-istatwa thares lejn Hal Qormi fid-direzzjoni tal-knisja parrokjali.

Fatt kurjuz dwar din il-kappella huwa l-fatt li din tinsab fil-limiti ta' Haz Zebbug, imma taghmel mal-Parrocca ta' San Gorg f'Hal Qormi. Jignhad li fil-palazz ta' quddiem il-knisja kien jghix wiehed kavallier u li ghadda hajtu merhija ghall-ahhar. Darba hassu hazin u gie biex imut, pero' xtaq iqerr qabel ma jmut u baghat zewg qaddejja biex igibulu konfessur. Lill-wiehed baghtu Hal Qormi u l-iehor baghtu Haz-Zebbug. Gara illi dak ta' Hal Qormi wasal qabel l-iehor u l-qassis Qormi qarar lil dan il-kavallier, qarbnu u ghamillu l-Grizma tal-Morda, mbaghad meta miet haduh fil-knisja ta' Hal Qormi u b'hekk din il-knisja rabbiet il-pussess fuq din il-kappella. Jinghad ukoll li darba iz-Zebbugin u l-Qormin tlewmu fuq lil min tippartjeni. Meta marru quddiem l-imhallef, billi dan ma kinx jaf liema naha taghmel, saqsihom, liema naha thares il-kappella. Dawk prezenti wiegbu lejn Hal Qormi, u ghalhekk l-imhallef qal li hija tal-Qormin, u baqghet hekk sal-lum. Il-festa ssir generalment gimgha wara l-15 t’Awissu.

Riferenzi:

'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)
'Is-Santwarju Tal-Hlas Hal Qormi', ta' Joseph Camilleri u Joseph Spiteri (2005)