![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Hija l-ghaxqa tas-Socjeta taghna li taghti informazzjoni lill-imsehbin
taghha permezz tal-ktieb li jigi ppubblikat fil-ktejjeb tal-festa. Din is-sena
l-ghazla waqghet fuq Lukardu Borg maghruf ma' Malta kollha bhala ''Lukardu
l-Qannawiz tal-Fjuri.”
Lukardu, kif bdejt f dan ix-xoghol u fejn jinsabu l-oqsma tieghek? Twegiba: Jien bdejt f’dan ix-xoghol billi konna
nikru r-raba' taghna WW-Malta Flower Export li kienet kumpanija li tesporta
minn Malta ghall-Ingilterra. Wara xi ghaxar snin li kont nahdem ma' din
il-kumpanija jiena u missieri, Alla jaghtih il-glorja tal-genna, iddecidejna
li narmaw bi shab ghal rasna. L-oqsma tieghi jinsabu f'Ghar Hanzir u f'Wied
il-Kbir fl-inhawi tal-Handaq. |
| Qatt kellek xi dizappunti jew hsarat forsi kkawzati minn elementi
naturali?
Matul is-snin nista' nghid li bhalma kelli sodisfazzjonijiet, xi ftit dizappunti kelli wkoll. Niftakar li kien hawn marda tissejjah Rust fejn is-sadid kien jattakkalek il-pjanti u kien jispicca jimradlek ix-xoghol kollu li tant tkun hdimt u batejt biex kabbart. Jekk kienet tahrablek xi werqa marida fl-esportazzjoni kienu jaharqulek il-konsenja kollha. Hsarat bil-maltemp nista' nghid li kellna wkoll ghaliex niftakar li kien it-Tnejn, 12 ta' Frar 1979. Konna ghadna nibdew il-gimgha, meta qamet maltempata kbira u taritilna serra li fiha konna qeghdin inkabbru l-qronfol kemm ghal-lokal kif ukoll ghall-esportazzjoni. Ir-rih, lis-serra kien kaxkarha madwar sittin metru ghal go ghalqa ohra. Niftakar 1-ispejjez telghu ghal madwar elfejn lira, u dak iz-zmien kienu hafna. Mhux hekk biss izda kelli madwar 13,000 qronfla esposti ghar-rih u bdejt nitlob biex it-temp izomm sakemm insewwu l-hsara li kellna. Lukardu nahseb li gieli hadt sehem f'xi wirjiet. Qatt kellek xi unuri u kif originaw? Iva, hadt sehem f’diversi wirjiet imtellgha mill-Ghaqda ta' l-Ortikultura. F'San Anton kont nippartecipa kemm bil-fjuri, kif ukoll bl-ikel. Nista' nghid li x-xoghol kollu dejjem kien ikun mill-produzzjoni tieghi. Ghal diversi drabi rnexxieli nakkwista l-ahjar premjijiet. Xhieda ta’ dan huma c-certifikati u l-medalji moghtija lili minn The Malta Horticultural Society f'isem The Royal Horticultural Society. Lukardu jekk qed hifhem sew minbarra li inti maghruf ghall-fjuri ghandek sehem kbir ukoll fil-qasam ta' l-esportazzjoni ta' 1-ikel. X'tista' tghidilna izjed? Iva bhala prodott ewlieni tieghi li nesporta hu l-patata pero nkabbar ukoll tadam, brungiel, bzar, bettieh kif ukoll dulliegh. Bhalissa Lukardu f'liema qasam mitfugh 1-iktar dak tal-fjuri jew dak tal-prodotti agrikoli? Il-process u t-tkabbir tal-fjuri gew afdati f' idejn membri ohra tal-familja u jien intfajt iktar fuq prodotti ta' l-ikel kif semmejt diga. Ma nistax nghid li 1-fjuri ma ghadnix inhobbhom ghax nista' nghidlek li kont, ghadni u nibqa' nhobbhom pero ghazilt il-prodotti ta' l-ikel. Rigward xoghol, il-prodotti tal-biedja xorta jirrikjiedu ammont ta' attenzjoni daqs il-fjuri? Iva, ghaliex is-serer xorta trid tibqa' tiehu hsiebhom, trid toqghod attent minhabba r-rih, jigifieri skond mil-liema direzzjoni jkun gej ir-rih trid taghlaq u tiftah is-serer, kif ukoll trid tixtri n-nahal jew iggibu minghand il-hbieb taghna li jaghmlu l-ghasel. Dawn jixtru n-nahal minn barra minn Malta. In-nahal ghandek bzonnu biex idakkarlek il-frott u l-haxix. Ghalhekk filwaqt li n-nahal ikun qieghed idakkar il-frott, il-hbieb taghna jkunu jiehdu 1-ghasel min-nahla. Minn dan il-process tista' tghid kemm hi sabiha n-natura ghalicx kollox jimxi katina wahda. Lukardu ta' min isemmi wkoll li inti ghandek sehem kbir fit-tkabbir tal-ponsjetta. Tista' tghidilna kemm-il qasrija tal-ponsjetta tipproduci fis-sena? Jiena nipproduci mas-sittax-il elf ponsjetta fis-sena u minbarra 1-ponsjetta nista' nsemmi wkoll il-geranjum li nipproducih jiena wkoll. Lukardu, hawnhekk qed nara certifikat u medalja tal-Jum Dinji ta' I-ikel. X'tghidilna dwarhom? Niftakar li fis-sena 1981 il-Jum Dinji ta' l-Ikel kien gie ccelebrat fis-16 ta' Ottubru. Is-Sur Joseph Debattista, chairman tal-kumitat responsabbli mill-attivitajiet li jfakkru dan il- jum f'Malta, qal li wiehed mill-ghanijiet ewlenin tal-Jum Dinji ta' l-Ikel huwa li kulhadd jaghraf aktar kemm hawn guh fid-dinja u x'jista jsir biex dan jigi meqrud ghal kollox. B'dan il-hsieb f mohhna hloqna l-medalja "Ghall-Hidma fil-Biedja" biex kulhadd jaghraf is-siwi tal-bdiewa fl-ekonimija ta' pajjizna. Din is-sena dan il-gieh qed jinghata lil tliet persuni. Hawnhekk se naqralek mill-gazzetta "L-Orizzont" tal-Gimgha 9 ta' Ottubru 1981. "Is-Sur Debattista qal li dawk li se jircievu dawn il-midalji huma s-Sur Karm Zammit Marmara li gkamel zmien twiljahdemfil-qasam tal-biedja u li ta kontribut kbir ghal dan il-qasam f pajjizna; Dr. Istvan Moskvits li ghal dawn l-ahhar tlettax-il sena serva bhala rapprezentant ta' Malta fl-FAO u li serva fdiversi karigi importanti fosthom dik ta' Deputat Direttur Generali ta' l-FAO ghall-Ewropa; u lill-bidwi Malti Lukardu Borg minn Hal Qormi li beda bhala impjegat ma' ditta tal-biedja u bl-inizjattiva, kuragg u hegga matul is-snin wasal biex ilium sar sid ta' wiehed mill-akbar oqsma tas-serer fejn ikabbar it-tadam u l-fjuri." Kien ta' sodisfazzjon kbir ghalija li nircievi dan ic-certifikat u l-medalja bhala mertu ghax-xoghol tieghi. Gieli hadt sehem f'xi kompetizzjonijiet barra minn xtutna? F'kompetizzjonijiet qatt ma hadt sehem imma zjarat mort hafna. Niftakar okkazjoni partikolari. Dan gara meta kont se noqghod xhud fit-tieg t'ohti u minhabba li kont se nsiefer kellna nressqu t-tieg xahar lura u dan wara li konna qassamna l-inviti. Niftakar ommi ma kinitx riedet li nressqu t-tieg. Imma meta tkellimt ma' l-esperti tal-biedja kienu qaluli li ghalija tkun importanti hafna din iz-zjara f Guernsey u f'Jersery fl-Ingilterra. Ilum nghid li kien minn Alla li mort ghaliex kienet swietli ta' ghajnuna kbira ghall-esportazzjoni. Qabel naghlqu Lukardu, l-awgurju tieghek? Jiena nawgura li x-xoghol tal-biedja jkompli sejjer iktar 'il quddiem. Ilum nistghu nghidu li hawn iktar ghajnuna permezz tal-makkinarju, mhux bhal dari. Qabel kollox kien isir bl-idejn u kien ikollok aktar tbatija. Niftakar fi zmien ommi u missieri. Qed insemmi zmien il-gwerra, meta kienu jbatu hafna ghaliex ix-xoghol kien isir kollu bl-idejn. Illum ghall-grazzja t'Alla hawn hafna makkinarju u t-tbatija naqset imma nista' nghid li trid toqghod attent iktar ghaliex il-kompetizzjoni zdiedet f'dan il-qasam tax-xoghol. Nixtieq nirringrazzja wkoll lilkom li ghogobkom taghzlu
lili ghal din l-intervista. Fl-ahhar nixtieq naghlaq billi nawgura lil
qrabati, lill-haddiema u lill-klijenti kollha, il-festa t-tajba kif nafu
naghmlu ahna l-Gorgjani. |
| Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri harget ghall-festa tas-sena 2002. Intervista minn Charyl Ciappara lil Lukardu Borg |
![]() |