Sebastian Debono, twieled fil-11 ta' Lulju 1936. Huwa Miziewweg lil Carmen. Passatempi: Qari u Kitba

X'hajrek li tithol fil-kumitat u tispicca fl-ghola kariga?

Dak iz-zmien kienu gew ghalija Karmenu Falzon u z-ziju tieghek Joseph .... Charlie Fenech. Hajruni sabiex nidhol president. Waqt is-seduta generali ta' l-1970 kien irtira, Alla jahfirlu Ganni Stivala u thajjart. Kien hemm zewg kontestazzjonijiet - dik tieghi u ta' John Dalli, 1-ex ministru. Il-membri Menu ghazlu lili u b'hekk fid-19 ta' Mejju 1970 sirt President. Dakinhar rajt li jaghmel sens u stajt naghmel kontribut lejn il-parrocca. Biss, ma ridtx inkun president ta' l-isem kif fil-fatt huma hafna presidenti.

X’kienu l-aktar affarijiet importanti rigward kumitat, bini u manutenzjoni fil-kazin?

Kif diga ghidtlek, jien qatt ma ridt insir President ta' Socjeta' ghall-isem. Fejn kien hemm bzonn niknes knist, fejn kien hemm bzonn nahsel hsilt . . ridt inkun ta' ezempju. Id-dar hekk trabbejna, kulhadd irid joffri sehemu. Fi 28 sena hemm hafna fuqiex nghid. L-ewwel haga li ghamilt kienet li rrangajt l-istatut. Studjatu, kellimt lill-membri anzjani u anke zghazagh H kien hemm fil-kumitat, gibt u qrajt statuti ta' socjetajiet ohrajn u fassalna wiehed. Fil-fatt is-sena 1-ohra emendajnieh. Wara aktar minn ghoxrin sena certu regolamenti riedu jigu aggornati maz-zmien. Imbaghad inqalghet l-okkazzjoni li nibdew nixtru 1-kumplament tal-kazin. Diga kellna kwart mixtri u ghaddejna biex nixtru 1/8 iehor. Imma f'Ottubru ta' 1-1970 lanqas biss kellna biex inhallsu lill-bandisti ta' tlett ijiem festa ... terz ta' dak li jithallsu Hum! B'hekk kien hemm il-htiega li nissellef mill-inembri tal-kumitat minghajr imghax. Kienet ghajnuna nkoragganti. Tridu tiftakru li ghamilna zmien minghajr festa minhabba 1-kwistjoni tal-qassisin versus il-patrijiet. Insomma .... kien hemm bzonn li nfaddlu. Kont tajt bidu ghal diversi attivitajiet, sa anke kellimt lil Said Entertainment sabiex igib xi karozzi fil-bitha tal-kazin. Bdejna naghmlu t-tombla u diversi attivitajiet ohrajn li l-kazin kien nieqes minnhom. Ridt inkisser l-idea li fil-kazin ma jsir xejn biex il-flus imorru kollha ghall-bini tal-knisja l-gdida .... tant li kellimt lill-kappillan bil-hsibijiet tieghi. Mix-xejn ma seta' jsir xejn. Ghollejna l-licenzji tal-bar u bil-mod il-mod bdejna anke gbir iehor, nghidu ahna l-arbular. Kull sena dejjem irnexxieli li flimkien mas-segretarju nigbru bl-ircevuti ghall-fondi tal-kazin madwar Lrn 1000.000. Bdejt meta wara l-festa ta' 1-1970 kellna nissellfu mill-membri tal-kumitat u hallejt warajja Lm34,000.000.

Dan nahseb apparti mill-intieq li ghamiltu biex xtrajtu 1-kazin kompletament u manutenzjonijiet ohra?

Dazgur ... sa l-1985 irnexxielna nixtru l-kazin u anke bicca ohra minn wara. Biex xtrajna l-kazin kollu kont mort flimkien ma' Kannenu Falzon u l-mibki kaxxier Nenu Azzopardi sabiex nissellfu Lm 16,000 ininghajr imghax b'weghda li jintradd lura fi zmien 3,4 snin. Dan gie mghoddi lura u Hum il-kazin huwa kollu taghna. Tafu wkoll li 1-kazin ghandu bzonn il-manutenzjoni, u kultant zmien trid tiehu hsiebu. Hekk nghidu ahna qabel hallejt il-kariga nbdiet il-faccata tal-kazin u issa suppost li jmiss il-bar. Saret ukoll rikostruzzjoni tas-saqaf tas-sala ta' fejn il-bitha, s-sala tal-muzika u anke nbdiet is-sala ta1 fuq. Jien dejjem hassejt li 1-flus tal-kazin riedujintefqu ghall-kazin u mhux ghal xi entita' ohra, xi haga li kellha oppozizzjonijiet specjalment mill-membri anzjani li kienu fil-kumitat. Tajjeb ukoll li nsemmi 1-fatt li ghalkemm hawnhekk huwa kazin antik, madanakollu kien bla ghamara. B'hekk xtrajna vetrina ghat-tazzi, fl-1989 sar l-arkwfju, inxtrat ghamara ghall-ufficcju tas-segretarju u tal-kaxxier u anke ghal fejn jiltaqa' 1-kumitat u saret mejda kbira li fiha nerfghu l-purtieri tal-festa u l-bandalora ta' gheluq il-mitt sena. Saru wkoll xi vetrini fejn nerfghu strumenti tal-muzika u libretti u nxtraw affarijiet ohrajn li jghinu fl-amministrazzjoni tal-kumitat, nghidu ahna photocopier. Ma nistax ma nsemmix is-sufan u pultruni still vittorjan li nxtraw fl-1983. Fid-dinja hawn biss 5 bhalu! Niftakar darba kien gie Malta plejer tal-biljard Ingliz u qrajt mill-gazzetti li kien regettier ta' fama. Mort il-lukanda u stedintu sabiex jigi sal-kazin jaghti esebizzjoni tal-biljard. Wara zewgt ifliexken birra wrejtu s-salott u ghidtlu li jinsab ghall-bejgh. Kif rah staghgeb kif dan jinsab hawn Malta. Mix-xoghol u materjal uzat tani garanzija li hu awtentiku u anke offrieli Lm6,000. Issa ahna biex xtrajnieh u ghamilna xi tiswijiet fuqu swiena xi Lm 1,400.00. Imma jien ma ridtx flus izda l-garanzija tal-genwinita' tieghu.

Kazin minghajr banda mhu xejn. X'tibdil rajt fil-banda tul il-presidenza tieghek?

Jiena dhalt meta kien ghadu kif jispcca s-surnast Magri. Ilhaqt erba' surmastrijiet. Kulhadd kien jixtieq l-ahjar ghall-banda. Bandisti tal-post, membri tal-kumitat .... dejjem kienu jaghluli pressjoni meta jaraw li xi affarijiet fil-banda kienu jkunu qieghdin imajnaw. Jien kont nemmen li jekk id-decizzjoni hemm bzonn tittiehed, kont inkun qed nonqos jekk inhalliha tghaddi. Jien bi hbiberija u prudneza kont nigbed l-attenzjoni ta' 1-individwu kkoncernat, ghax jekk il-kazin qed ihallsek qed jippretendi kuncert darba fil-gimgha u mhux hsiebek fl-arlogg biex titlaq. Insomma, wara li kulhadd kien jimlieli mohhi bin-nuqqas li kien qed isir u nara li dan in-nuqqas huwa veru qed isir jien ma kontx nisthi mmur fuq l-individwu kkoncernat. Bdejtb'Anthony Chircop li kien tajjeb hafna. Dahhal muzika moderna fil-kazin, biss tghabba b'hafna xoghol iehor fosthom night clubs ecc.... Tlabnieh jirrizenja u lahaq Henry Camilleri. Meta Henry Camilleri ra li l-assistent George Debono kien tant kapaci, xahar qabel il-festa talab li jirrizenja. Sibt lil George u ghidtlu jekk kienx lest li jidhol ghal bicca xoghol hekk difficli ftit gimghat qabel il-festa. Irnexxa, tant H kompla maghna ghaxar snb. Pero' l-istess.... George inholqulu mpenji ohra nghidu ahna songfestivals, night clubs u ahna hassejna li l-guraata taghna ried jghatielna. B'hekk dahhalna lil Domnic Darmanin li gietu ,tajba ghax seta juri l-kapacitajiet tieghu mill-ewwel permezz ta' l-ewwel kuncert sinfoniku fil-Manoel. Fil-fatt wara saru tnejn ohra fl-Istitut Kattoliku.

X'wassal sabiex is-sena l-ohra ma sarx?

Wahdu, 1-kuncert sinfoniku jigi jqumlek madwar Lm 1,300.00. L-idea ewlenija tieghi kienet li naghmluh kull sentejn. Kont naghmel wicci u mmur ghand nies nafhom sabiex jisponsorjawna. Ma kienetx facli li tibqa' ssib min jisponsorjak kull sena. Bhekk kellimt HI tal-Kunsill Lokali ghax hassejt li dawn sefghu jghinu lill-baned tar-rahal sabiex jaghmlu kuncert sinfoniku. II-kunsill iddecieda li jaghti Lm500.00 kull sena lill-banda wahda sabiex ittella kuncert sinfoniku ... ta' l-inqas ikollok biex tibda. Biss, biss, niftakar li fl-ewwel kuncert, kelina l-kor Amadeus li wahdu ha Lm400.000.

Xi tghidilna rigward it-taghlim tal-muzika fil-kazin?

Bhala taghtim tal-muzika, l-banda dejjem kellha zewg assistenti bhala ghalliema; tar-ramm u tal-injam. Fil-mument ghandna lil Roderick Bugeja u lil Marco Mifsud rispettivament. Dejjem kelina numru sabih tallievi. Irama meta taghsar 28 sena u tara kemmbaqa' bandisti tal-post, tiskanta kemm baqa' ftit ... jekk fadal ghaxra minnhom! X 'jigri? Isiru bandisti u wara sena jew tnejn jitilqu, jew jibdew numru sabih ta'allievi u sena wara jibqghu xi tnejn jew wiehed. Meta tevalwa dan kollu ssib li hemm xi haga hazina. Ipproponejt li kull alliev ihallas xi haga zghira fix-xahar lill-kazin talli jkun qed jghallmu u forsi anke jimmotiva lill-alliev u l-genituri tieghu. Madanakollu, dak kollu li jkun thallasjerga jintradd lurajekk hemin bzonn bl-imghax meta l-alliev ikun lahaq livell tajjeb u jehtieg li jixtri strument. Sistema gdida li qed jiehu hsieb taghha Gorg Chircop... persuna li ghandhanteress u qed tiehu hsieb l-allievi. Biss, hemm xi haga li ghadha mhux qed timmotiva l-istudenti sabiex jibdew u jkomplu.

X'inizjattivi ohra kien hemm ghall-banda?

X'izjed? Matul is-snin xtrajna u qiajna gzuz ta' strumenti... tghidlix kemm! Ghall-bandisti ghamilna wkoll it-trofew Dun Gino Mangion li jinghata lill-bandist konsistenti w issa bhala president irtirat nixtieq naghmel trofew ghall-allievi ... dejjem jekk jaccetta l-kumitat. Personalment l-allievi jinteressawni hafna. Saret kannizzata li tintuza fil-marc tal-Hadd filghodu w anke tlesta l-qafas tal-plancier. Xi darba jrid jitlesta, pero' talbuna wisq. Sincerament nispera, li la darba lestew il-mahzen, xi whud minn ta' l-armar jghinu fih. Nahseb li jekk iduru dawra sew mieghu, kapaci jlestu mhux il-plancier izda anke erbgha ohra bhalu! Qed niftakar li anke xtrajna post zghir biswit il-kazin sabiex jinhazen fih. Saru xi affarijiet ohra fosthom il-ktieb tal-festa li bil-mod il-mod beda dejjem jitjieb.

Tul il-presidenza tieghek, tiftakar b'xi okkazijonijiet li tqlshom bhala specjali?

It-tberik tas-salib fl-1980, il-ftuh ufficcjali tal-knisja fl-1982 flimkien mal-konsagrazzjoni fl-1986 u l-inawgurazzjoni tal-pedestall fl-1994 kienu dati mportanti. Niftakar is-sehem fil-karnival ta' l-1971 u 1972. Majonqosx il-festival internazzjonali ta' l-arti quddiem il-katidral ta' l-Imdina ... pagna li maninsiex. L-istess iz-zewg safriet li ghamilna fl-1988 fejn morna Messina u l-Libja. Ghalkemm forsi xtaqt li jkun hemm xi safra ohra, jien iktar xtaqt li naghmlu xi safra li jkun fiha sustanza ... safra bil-brass band. Ghalija din hi sezzjoni li ghandna tassew biex niftahru biha. Fil-fatt il-brass band tiehu sehem f'jum is-socjeta' nhar il-5 ta' Gunju. Kont ili nitlob li din id-data tigi mfakkra b'xi attivita'; xewqa li giet fis-sehh.

Tiftakar b'xi naqqsulek il-motivazzjoni tieghek jew forsi f'dak il-niument ma xtaqtxlitkun fl-iktar kariga responsabbli?

Anzi, mhux talli ma ridtx inkun imma ridt iktar. Nghidu, ahna, meta kelina problema minn fejn naharqu n-nar. Niftakar l-ewwel kamrathobbx il-kazin imma meta tasal id-dar f'xi l-ghaxra ta' bil-lejl u nerga' nohrog minhabba xi qadja tal-kazin kien iwassal ghal xi tgergir minn naha tal-mara. Imma mhux xi nkwiet li ggilidna fuqu... tgergir nonnali tan-nisa.

X'wasslek sabiex tieqaf mill-kumitat? Kien hsieb li ilu jberren f'mohhok?

Le mhux daqstant. Jiena nhoss li jridu jidhlu z-zghazagh. Anke ghidtilhom biex ifittxu lilek Marlon, kif fil-fatt fittxew u accetta Charlie Saliba; is-segretarju l-gdid. Ridtpies li jirragunaw b'mohhhom izjed milli jirragunaw b'qalbhom.... mhux ghax il-qalb ma tridx tkun hemm imma l-mohh huwa mportanti. Jigri li meta jibda diehel demm gdid, tibda tinholoq problemata' generation gap. Hekk nghidu ahna jkollok tlett generazzjonijiet f'kumitat wiehed u forsi jkun hemm problema fl-ideat. Barra hekk, l-incident li kelli meta kont fuq xoghol il-Libja farrakni, hadli hafna minn sahhti, sirt nghajja malajr barra li ghandi idejja kollha hadid. Hassejt li wasal iz-zmien li jkun hemm haddiehor. B'hekk rajt li ahjarnirtira bil-kwiet kollu u lahaq president li ma kienx ikkontestat, Dun Joe Borg. Minn qalbi nawguralu.

Wara li tkun ghaddiet il-festa kif thossok ... imdejjaq ghax ghaddiet festa jew kuntent ghax ghadda kollox b'wicc il-gid?

Fil-festa, jinkwetawni zewg affarijiet, li huma n-nar fejn Alia hares qatt ikorri xi hadd u l-marc tal-Hadd filghodu. Meta l-Hadd filghaxija wara l-purcissjoni nara l-Baldass il-kazin, inrodd is-salib u nirringrazzja lil San Bastjan. Rigward il-marc tal-Hadd filghodu, ghandek dik ix-xemx, tara xi zghazagh ihalltu fix-xorb u jiehdu affarijiet ohra. Intom tafu aktar minni. Le, jien mhux niddejjaq ghax ghaddiet il-festa izda niehu pjacir li spiccat. Infatti jien.ma naqbel xejn li l-festa tkun ghaddiet u tivvinta xi haga ohra l-ghada. Jekk il-festa ghaddiet bil-kwiet ghaliex tistieden inkwiet iehor l-ghada?

X'futur ghandhom il-festi Maltin?

Kbir....dejjem jikbru! L-esperjenza ghalmitni li l-festi dejjem qed jikbru. Nghidu ahna qatt ma kont nobsor li l-marci kieuu ser ikunu success minghajr sfafar. Minn mindu nqatghu, l-marci kibru u sirt nara aktar nies minn qabel, fosthom genituri bi tfal zghar. Il-festi huma antidote biex in-nies jinsew il-politika u hmerijiet ohra ... iva l-politika bla sens hija hinerija. Il-festi ghandhom ikunu hawn mhux biss ghat-turizmu imma wkoll biex jghaqqdu l-poplu Malti.

Issa li inti rtirajt kemm mil-kariga kif ukoll mill-professjoni tieghek, kif tinvolvi ruhek fil-hin liberu?

Fil-mument qieghed chairman ta' kumpanija u b'hekk filghodu mmur inqatta' xi siegha jew saghatejn hemmhekk. Wara mmur id-dar u anke nsajjar xi haga ghax il-mara ghadha tahdem... u j'Alla tkompli. Wara nofsinhar norqod siegha u filghaxija noqghod quddiem il-kompjuter, gieli anke qattajt sa nofs il-lejl jew is-siegha ta' filghodu nikteb xi storja. Xi darba nixtieq nikteb xi haga tajba fuq l-edukazzjoni. Ghalkemm ghaxar snin ilu kont tlaqt mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni bqajt ninteressa ruhi u naqra dwar dan il-qasam.

Intervista mehud mill-fuljett li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget fis-sena 1998. Intervista minn Marlon Barbara u Joseph Busuttil lil Sebastian Debono, ex-President tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan