![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Surmast nafu li inti minn Hal Qormi, twelidt hemmhekk.
Tista' tghidilna xi haga fuq tfulitek? Iva twelidt Hal Qormi fl-inhawi ta' Santa Katerina. Kien
hemm kappella li wara saret MUSEUM. Infatti bdejt ukoll nitghallem hemm.
Fi tfuliti ma kienx hemm fejn wiehied imur. Vicin kien hemm il-Kazin tal-Banda
San Gorg u allura kienet kwazi naturali li jien bdejt immur hemm. Hemmhekk
hadt l-ewwel taghlim tal-muzika, waqt li kont nattendi ukoll l-iskola
primarja ta' Hal Qormi, li dak iz-zmien kienet tinsab biss fl-inhawi ta'
San Gorg. Fuq kollox ir-rahal kien ghadu parrocca wahda. |
![]() |
| X'tghidilna fuq fl-familja tieghek?
Missieri kien Karkariz u kien jismu Guzeppi, waqt li ommi Pina kienet Qormija. Lili semmewni ghal missieri u nghidlek ghalfejn. Mela meta twelidt jien, missieri kien fil-Merchant Navy. Kien ma' shabu fid-Dardanelli waqt l-Ewwel Gwerra u l-bastiment taghhom intlaqat minn torpedo u ghereq. L-ahbar malajr griet ma' Hal Qormi kollu u l-girien bdewjaraw kif se jahbu din l-ahbar lil ommi, billi kien dak in-nhar li twelidt jien. Ghalhekk issemmejt ghal missieri. Wara irrizulta li ma kienx ghereq. Meta kbirt kien jirrakkontali li dak in-nhar lemah id-dawl ta' barra mic-cumnija u haseb l-aktar biex isalva. Shabu izda hasbu biex isalvaw hwejjighom u gherqu mal-bastiment. Fil-familja konna erba' ulied li minnhom ghadna tnejn hajjin. Kif bdiet in-namra ghall-muzika? Bdiet ghax kont nghix vicin il-Kazin tal-Banda San Gorg. Konna Itqajna erbat itfal u morna nistaqsu lis-surmast tal-banda biex jghallimna. Gejna accettati; tghallimt il-klarinett. Ghamilt tfuliti ndoqq mal-Banda San Gorg, sakemm dhalt fir-regment meta lanqas kont ghadni ghalaqt il-hmistax-il sena. Niftakar is-surmast tar-rigment talabni mmur fl-ufficcju tieghu biex jismaghni ndoqq u jara l-abilta tieghi fil-klarinett. Nghid is-sewwa bzajt xi ftit ghax kont diga ntbaht li l-bandisti kellhom livell gholi. Is-surmast, li kien Anthony Aquilina, ra li kelli livell tajjeb u talab lill-kurunell sabiex jehodni mieghu mal-banda tar-Rigment. Hekk mhux biss bdejt naqla' xi haga zghira fil-but, izda kelli wkoll ikel kemm irrid, u hafna hin liberu. Billi jien kont fil-banda biss allura ma kont naghmel la xoghol u lanqas ghassa. X'kienu l-passi tieghek f’din il-Banda tar-Royal Malta Artillery? Billi kien ikolli hafna hin liberu ghamilt profit kbir
minnu. Kont nistudja l-klarinett ghal hinijiet twal. Ghalkemm l-istudju
kien individwali, is-surmast kien kull tant jibgfiat lis-surgent tal-banda
biex jara kit kont sejjer. Dan rani naghmel progress notevoli u gabli
surmast Ingliz biex jezaminani. Dan sabni hekk tajjeb li rrakkomandani
li mmur Kneller Hall fl-lngilterra. Kien fl-1936 meta tlajt l-Ingilterra
mfiasseb jekk I-istudju u l-prattika li kont ghamilt Malta kienx tajjeb.
Fil-fatt il-professur li hadni fidu mal-ewwel qalli li kont se nkun minn
ta' quddiem. X'kienet il-Kneller Hall u kemm domt hemm? Il-Kneller Hall kienet skola ta' l-Armata Ingliza u kienet
maghrufa hafna. Fost il-Maltin li marru hemm kien hemm is-surmast Manwel
Bartoli fis-seklu I-iehor li mar hemm ghal xi ezamijiet biss. Fortunatament
kelli trattament ahjar ghax tawni trattament ta' Ingliz. Hemm domt mhux
hazin ghax ghamilt aktar minn kors wiehed. Bdejt b'kors fuq il-klarinett
li kien jikkonsisti mill-armonija u strumentazzjoni. Kien kors li jlestik
ghal surmast. Kienu jsiru wkoll kompetizzjonijiet bejn sezzjonijiet differenti.
Ghall-grazzja t'Alla mhux biss gejt l-ewwel fis-sezzjoni tieghi imma wkoll
fil-fazi finali. Dan minn madwar erba' mitt student. Irbaht midalja u
kelli dritt ghal strument ta' l-ghazla tieghi. Bi prudenza ghazilt klarinett,
ghad li stajt ghazilt kull strument iehor, anki xi fago'tt li kien iqum
hafna flus. Tiftakar xi grajja partikolari f’dak iz-zmien? Iva, darba staqsejt lill-professur x'se ndoqq la ninzel Malta. Qalli li m'ghandi nikkonfondi xejn u talabni ndoqqlu bicca mir-Rigoletto. Ghamilt kif qalli u wara li semaghni qalli li ma daqqejthiex sewwa. Kliemu kien hekk "Jien ghallimtek biex tkun muzikant f'banda, imma issa tlabtni nghallmek biex tkun solista. Kun af li solista m'ghandu x'jaqsam xejn ma' muzikant tal-fila". Nahseb li kienet domanda providenzjali ghax tghallimt kif ikun il-veru solista. Dejjem trid min jurik. Zgur li wahdi ma kontx nasal. U lura f Malta? Meta gejt Malta dak li kont ghadni kif tghallimt swieli hafna. Fi pjazza Regina I-Belt, kellna speci ta' kompetizzjoni bejn ir-rigmenti. Kollha kienu jaghmlu l-ahjar taghhom. Meta mess lir-Rigment taghna ipprezentajt ir-Rigoletto u tghidx kemm nizlet tajjeb mal-poplu. S'hawn kont ghadek muzicist. Kif wasalt ghad-direzzjoni? Meta rajt li wasalt s'hawn, bdejt immur ghall-privat ghall-armonija u hwejjeg ohra. Hadtha bis-serjeta. Tghallimt ghand Muscat Azzopardi, ghand Censu Costa ta' Birkirkara, li kien surmast u kompozitur tajjeb hafna. Tghallimt taht ibnu wkoll. Dak li kont naqla' bid-daqq mal-baned kont nuzah ghall-istudju. ll-muzika kont inhobbha. Sadanittant kelli partner, Rita Buhagiar, pjanista celebri u flimkien konna naghtu kuncerti fuq ir-rediffusion Kien iz-zmien ikrah tat-Tieni Gwerra Dinjija u b'hekk konna mezz li bih il-poplu kien jinsa xi ftit l-ikrah tal-gwerra. Hekk kif battiet il-gwerra bdejt indoqq fit-teatru. Ghamilt zmien indoqq l-opra mas-surmast Vincenzo Bugeja fir-Radio City, kif ukoll Birkirkara u tas-Sliema. Hekk kif spiccat il-gwerra ghamluni acting bandmaster; jigifieri mmexxi l-banda bla kors. Ma xtaqtx nibqa' hekk; ridt il-kors. Nghid is-sew li billi l-affarijiet kienu sejrin tajjeb ghall-banda, bzajt li ma nintghazilx. Terga' kien hemm ohrajn li xtaqu jmorru wkoll. Iddecidew li jaghmlulna ezami u l-ghazla waqghet fuqi. B'hekk ergajt sifirt ghat-tieni kors ta' studju tieghi. X'baned kienu li mexxejt fil-karriera tieghek? Qabel sifirt kelli l-banda tal-RMA u I-Banda Annunzjata ta' Hal Tarxien. Dan kien tahrig tajjeb ghad-direzzjoni. Mhux billi tkun taf il-parti biss, trid il-prattika ukoll. Kien ghalhekk li meta giet l-opportunita ta' Hal Tarxien htaftha. Kienu gew aktar baned ghalija imma qatt ma ridt nitgfiabba b'hafna xoghol. Naturalment wiehed jiehu pjacir jara din l-attenzjoni kollha fuqu. Jien dejjem irragunajt li jew sew jew xejn. Il-kors tad-direzzjoni dam tliet snin. Minbarra l-kors mil-Militar kont studjajt ukoll ir-Royal College of Music. Peress li I-Banda tar-Rigment f Malta kienet qed tistennieni, kif ghaddejt mill-ezamijiet, pront inzilt Malta. U mal-Band Pinto kif bdejt? Meta avvicinawni biex niehu l-Banda Pinto f idejja mal-ewwel accettajt ghax kont naf li l-din il-banda minn dejjem kellha surmastrijiet tajbin. Niftakar kienu gew ghalija Kikku t-Tentila, Guzi Xerri s-segretarju u ohrajn. Is-segretarju kellu diga progett frasu. Riedni ndoqq l-1812 ta' Tchaikowsky bl-uzu tal-murtali. Fil-fatt ghamilnieha quddiem il-Knisja z-zghira u kienet success kbir. Accettajt mhux biss ghalhekk, imma ukoll ghax hassejt li flimkien mal-banda tal-militar stajt immexxi banda ohra. Mal-Banda Pinto domt dsatax-il sena. X'tiftakar minn dak iz-zmien? Naturalment niftakar il-kwistjoni tal-patrijiet, ghalkemm personalment ma kontx nidhol fiha, hlief li fdawk id-disa' snin naqsilna x-xoghol tal-banda. Niftakar izda zminijiet sbieh bhalma kien il-kuncert fil-festi tac-centinarju tas-Socjeta. Ghalih kienu attendew 1-oghla persunalitajiet tal-pajjiz bhall-Prim Ministru u I-Arcisqof ta' dak iz-zmien. Niftakar lill-Presidenti Muscat Fenech, Delia u Stivala, u diversi membri fil-Kumitat u fil-Banda. Minnhom ilkoll sibt hafna ghajnuna. Barra minn hekk il-Banda Pinto ghalmitni nkun biezel, billi kelli wkoll id-dritt li nidderiegi l-Banda ta' l-Association. Il-Banda pajzana zzommok haj kwazi aktar minn dik tal-militar. Sa dan iz-zmien kont ghadek ma bdejtx tikkomponi. Veru li l-Banda Pinto kienet il-kagun, biex nghid hekk li kif bdejt tikkomponi? Veru. Ditta rinomata f Malta nediet kompetizzjoni u gie fuqi Giovanni Gatt, id-delegat banda. Dan bl-akbar edukazzjoni staqsieni jekk nidhlux. Tjabtu gimgha zmien biex nahsibha. Mort id-dar bdejt nahseb u nhazzez xi haga. Gimgha wara sibt lil Govann u ghedtlu biex nidhlu. Hekk ikkomponejt il-"Vittorjuza". Kif tara jiena nikteb jew religjuz jew pattrijottiku. Gara li dahlu biss tliet surmastrijiet; u minnhom tnejn biss kellhom kitba originali, tieghi u t'iehor. ll-kompetizzjoni thassret u Govann staqsieni jekk infittxuhomx ghad-danni. Bzajt li jekk naghmel hekk nista' nitlef il-muzika jekk niehu xi flus. Ma ridtx nitlaq il-muzika minn idejja. Ghalhekk hallejnieha tmut fuq ruh ommha. X'muzika ikkomponejt, surmast? Il-Vittorjuza li ghadni kif semmejt daqqejtha jien u daqqewha baned ohrajn bosta drabi. Barra minn hekk bghattha l-lngilterra u rebhitni l-ewwel premju u biha hadt W-Fellowship in London College of Music. Niftakar meta daqqejtha fir-Radio City mal-Banda ta' I-Association. Fl-istess okkazzjoni kont daqqejt l-Ode to St Paul. Niftakar dak in-nhar li Sir Hamilton Hill tar-Rediffusion kien qalli hekk This concert could have been performed in any theatre in Europe. Ghal qalbi ghandi Requiem li hi drammatika hafna b'erba' vucijiet u bil-kor flimkien ma' l-orkestra. Tista' tghid li din fiha minn kollox. Hemm imbaghad it-Te Deum li flames snin ilu ndaqq fit-Teatru Manoel mill-Banda Pinto. L-istess banda kienet esegwiet fl-lstitut Kattoliku s-sinfonija Malta GC fl-okkazzjoni tal-hamsin sena mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Propriju dan l-ahhar il-Banda Sliema esegwiet fid-Dar tal-Mediterran l-oratorju To Our Lady of the Sacred Heart. Ghandi wkoll il-hmistax-il posta tar-ruzarju li gnamilthom Pictorial Music. Nista' nghid li huma oratorju bla kliem. Nistqarr li domt hafna biex temmejtha din il-muzika ghall-fatt li meta gejt biex naghmel l-ahhar posta tal-glorja sibt diffikulta kif niddiskrivi lil Alla fil-Glorja tieghu. Fl-erbatax-il posta l-ofira dejjem gfiandek saqajk ma' l-art u l-affarijiet tasal biex tifhimhom, imma fil-glorja kollox barra mid-dinja. Ma stajtx nahdem u waqaft. Ghedt "Jien min jien biex nifhem 'I Alla". Nahseb fuq li nahseb kollu ta' xejn. FI-ahhiar gie f rasi dak il-passagg mill-bibbja fejn il-profeta Elizew ma sabx lil Alia fterremot, laqas sabu f’riefnu, izda sabu f ziffa helwa. Allura hsibt, ziffa helwa, melodija helwa u temmejtha. Dis-sena intom daqqejtu ghall-ewwel darba bil-banda r-Rapsodija Maltija Nru 2 fl-okkazzjoni tal-qniepen il-godda tal-parrocca. Dawn huma biss ftit mill-muzika tieghi. Ghandi wkoll hafna kitba ohra fosthom marci u valzi. Dan minbarra muzika ohra serja. Mela surmast kit kont muzicist, direttur u kompozitur. Minn dawn liema hi l-aktar ghal qalbek? It-tlieta nhosshom ghal qalbi. Meta kont indoqq habbejt il-klarinett, izda bl-istess mod habbejt id-direzzjoni u l-kitba tal-muzika. M'hemmx distinzjoni. Bhala muzicist trid hafna tahrig u studju ta' l-istrument. Fid-direzzjoni l-ewwel trid tifhem il-forma tal-muzika imbaghad trid tistudjaha sew, sa l-inqas battuta ta' kull strument. ll-komposizzjoni hi haga differenti. L-ewwel haga trid tkun fik. Trid ukoll tkun immaginattiv. Imbaghad mhux dejjem dak li tikteb ikun tajjeb. Trid mela l-irfinar u nghidlek li dejjem issib x'tirfina. Per ezempju, fl-ahhar bicca xoghol li tajt lil-Banda Sliema, ghedtilhom jigu ghaliha, ghax kont se nibqa' nhassar u nikteb. Surmast kelma ta' l-ahhar lill-bandisti u muzicisti fil-kazini tal-banda? L-ewwel nett insellmilhom u nirringrazzjahom ta' l-isforzi kbar li jaghmlu, bmod specjali lil dawk li daqqew xogholijiet minn tieghi. Hawn hafna bravi u veru niehu pjacir bihom. Imma hawn hafna, l-aktar il-principjanti, li qed iharsu lejn triq hazina meta qeghdin iharsu aktar lejn l-interessi taghhom l-ewwel. Hafna jaraw il-muzika u l-banda bhala mezz ta' qliegh ta' flus. Jekk wiehed ikun tajjeb u jigu l-flus, dik haga ohra, izda li bilkemm tkun hrigt iddoqq u tibda tohlom bil-flus dak ikun holm fieragh. Ebda hlas ma jtik dak is-sodisfazzjon li wiehed ihoss wara li jkun ikkompona xi bicca muzika jew wara li tkun daqqejt xi bicca muzika b'mod tassew tajjeb. B'daqshekk m'inhiex nghid li wiehed ghandu jaghmel kollox b'xejn. Qed nghid li l-ewwel irid ikollu l-idejal. Surmast minn qalbi nirringrazzjak tal-pacenzja li hadt bija u f'isem
is-Socjeta Filarmonika Pinto insellimlek. |
Intervista mehuda mill-fuljett li s-Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li harget ghall-festa tas-sena 1998. L-intervista saret minn Reno Micallef lis-Surmast Joseph Magri. |
![]() |