Meta bdejt tahdem in-nar u thajjart?

Ghalkemm in-nar minn dejjem kont midhla tieghu nista' nghid li mill-familja kollha, hija Baldass kien l-aktar involut flimkien ma' hija Karmnu. Ghalkemm in-nar kont inhobbu kelli certu biza' minnhu. Bdejt nahdem in-nar propju fl-1980.

X'tiftakar 1-aktar mill-imghoddi?

Ghandi hafna tifkiriet ta’ l-imghoddi fosthom ta' hija Baldass. Darba mort ghall-kacca Hal Farrug madwar erbghin sena ilu u rajt ragel gej mill-boghod li aktar ma qorob lejha gharaft li kien hija Baldass. Staqsejtu minn fejn kien gej u qalli li kien gej mill-kamra tan-nar tal-Gilju. Wara hija beda jahdem xi nar ghal festa taghna. Kienu jahdmu fuq wara taz-zuntier tal-Knisja l-Kbira, min jaf kemm gieli kien ikun hemm murtali jinxfu u n-nies dehlin u hergin minn maghhom. Dak iz-zmien kien ukoll ikun hemm missieri u jien kont nghin fil-kolla.

Xi memorji ta huk Baldass?

Fuq hija ghandi hafha memorji, l-aktar meta ghamel il-fekruna kbira fejn San Pawl u n-nies qalu din kif se titla'. Baldass refghuh u haraq din il-fekruna li baqghet tiela' ‘l fuq. Niftakar ukoll fit-tmenin meta Baldass kellu tuzzana kulur tat-tmienja b'wiehed minnhom erba u bomba u spicca bil-hamsa u bomba.

X'kien '1 aktar xoghol li kont thobb tahdem?

L-aktar ghall-qalbi kienu '1 kaxxi tal-beraq, nista' nghid li konna ahna 1-ewwel kamra tan-nar f’ Malta li bdejna naghmlu kaxxi b'hafna varjazzjonijiet ta beraq u sfafar kif nafuha llum. Dawn il-kaxxi tal-hrug kienu jigbdu u ghadhom jigbdu eluf ta' nies li jigu biex jaraw il-kaxxa tal-Hrug li dejjem tkun wahda specjali.

X'episodju li 1-aktar li tiftakar?

L-aktar li niftakar huwa meta ghamilt erba' u ghoxrin murtal li kellhom jitilghu f’salt li dawn bi zball hadu qabel il-kaxxa u mhux wara u niftakar li kulhadd inhasad u gera kemm felah ghalkemm ma' wegga hadd.

Kif tghaddi '1 hin liberu tieghek illum?

Hafna mill-hin inqatghu '1 aktar mal-familja u n-neputijiet ghalkemm xorta wahda hsiebi ghadu jmur fil-Kamra tan-Nar li llum immexxija minn Raymond Bugeja, li kien jisthoqqlu wara hija Baldass ghax huwa kapaci u ghandu esperjenza kbira fix-xoghol tan-nar. Jien min naha tieghi nawguralu aktar successi u lill-membri kollha tal-Ghaqda u nawguralhom festa mill-aqwa. Nitlob ‘l Madonna u lill-patrun taghna San Sebastjan sabiex iharsu lid-dilettanti tan-nar kollha minn kull gwaj.Il-Festa t-Tajba lil kulhadd.

Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda tan-Nar harget ghall-festa ta' San Sebastjan tal-2002. Intervista saret minn Jesmond Aquilina lil Gorg Facciol