![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
|
Meta hadt is-sagrament tas-sacerdozju u fejn kien l-ewwel qadi tieghek? Jien qaddist fis-7 t'April 1962 u hrigt mis-Seminarju fl-1 ta' Lulju. Qaddist il-quddiesa ta ringrazzjament fil-5 t'Awissu u fis-27 t'Awissu ta' l-istess sena bdejt l-ewwel qadi tieghi fejn gejt bhala vici-parrokku tal-Parrocca San Sebastjan li dak iz-zmien kellha bhala Kappillan lil Dun Guzepp Cauchi. X'kienet l-ewwel impressjoni tieghek tal-komunita' u x'kienet l-ewwel hidma tieghek? Fi zmienna kien hemm kampanja shiha biex immorru l-missjoni fil-Brazil u ghalkemm b'hafna biza fl-eta' ta' 27 sena u wara seba snin id-Dockyard jien ipprezentajt ruhi. Niftakar li l-vici-rettur kien qalli li billi kien ghadu kif miet missieri, ommi kienet wahedha u hija kien ghadu zghir il-hsieb tieghi ma kienx wiehed floku. Barra minn hekk dak iz-zmien kienet xi haga rari li qassis imur f’Belt jew rahal li ma kienx rahal twelidu. Madankollu, l-fatt li Birzebbuga konna tliet sacerdoti tlabt biex jibghatuni x'imkien iehor. Ghal-ewwel kont se nispicca l-lsla izda mbaghad spiccajt hawn, Hal Qormi. |
![]() |
Lanqas kont naf fejn jigi Hal Qormi, tant li lil tal-karozza tal-linja ghidtlu biex iwaqqafni fejn San Bastjan. Niftakar li kif kont wasalt rajt wiehed certu Rafel li ghadu mimli bil-ghomor u staqsejtu fejn joqghod il-Kappillan. Dan hadni ghandu. Fil-bidu thossok ftit skomdu izda mbaghad tidra, kif wara kollox gara lili. Fil-parrocca kont vici wahdi u ghamilt hafna assistenza mal-morda ghax dak iz-zmien dawk li kienu jkunu qed imutu kienu johduhom id-dar sabiex imutu hemm. B'hekk meta kont immur f’dawn id-djar anke bil-lejl, kont insir naf mhux biss lil tal-familja imma anke l-qraba u sahansitra l-girien. Barra din l-assistenza kont naghmel xoghol fil-knisja fosthom il-qrar. Rigward il-qrar tajjeb li nghid li dak iz-zmien ma stajtx inqarar lil kulhadd mill-bidu tas-sacerdozju tieghi. L-ewwel trid tibda bit-tfal sa dawk ta' sittax, imbaghad l-irgiel u fl-ahhar stajt inqarar ukoll in-nisa, qisu livell wara l-iehor. Niftakar li biex inqarar lin-nisa bdejt nibza u l-kappillan kellu jimbuttani. Ma bqajtx nibza u malajr drajt. Imbaghad kelli ghaqda ta’ l-irgiel u anke ssuggerejt lill-kappillan Cauchi sabiex naghmlu azzjoni tan-nisa u din saret. Wara xtaqt li nigbor ftit zghazagh u studenti li kienu jmorru i-iskejjel sekondarju. Fil-fatt, l-abbatini li kellna fil-parrocca xtaqt nghinhom kemm jista jkun biex imorru I-iskejjel sekondarji. Sa anki kont sibt zewg ghalliema biex jghinu lil dawn iz-zghazagh bi ftit privat It jhejjihom tajjeb ghal dawn I-ezamijiettas-sekondarja. Fostdawn it-tfal kont issib lil Dun Karm Mercieca, l-kugin tieghu, Dun Manwel Bugeja u ohrajn. Barra minn hekk, dak iz-zmien ftit kien hemm qassisin mill-parrocca. ll-mibki Dun Gino kien ghadu s-seminarju u Dun Joe Borg kien ghadu se jidhol is-seminarju f’dak iz-zmien li gejt jien. B'hekk ridt li jkun hawn aktar taghlim ghat-tfal u zghazagh kif ukoll nitolbu aktar ghall-vokazzjonijiet. Bj-ghajnuna t'Alla, il-vokazzjonijiet bdew gejjin. L-ahhar wiehed li kelli kuntatt mieghu kien Raymond Zammit. Kif u meta sirt Kappillan ta' din il-Parrocca? Sirt Kappillan wara l-mewt tal-Kappillan Cauchi, nhar it-13 ta’ Marzu 1969. Wara sitt snin bhala vici-Kappillan kien diga kelli kuntatt qawwi man-nies. Dak iz-zmien qassis kien involut hafna mal-komunita' u bhala Kappillan dan il-kuntatt kompla jissahhah. Nibza li llum tant qed jinholqu organ izzazjonijiet li x-xoghol u kuntatt man-nies qed jonqos. Qabel kien hemm kuntatt aktar qawwi. Kont tesperjenza l-ferh, in-niket, id-dffikultajiettal-familja u probiemi ohra. Sa anke hafna kienu jahsbu li tista taghmel ix-xoghol ta' nutar jew tabib. Biss mill-banda l-ohra dan juri I-kuntatt qawwi li kien jezisti mas-sacerdot. Ntftakar li sa qabel il-Koncilju xoghol iehor ma tantx kien hawn. Hekk nghidu ahna quddies filghaxija ma kienx isir izda kien ikun hawn ir-ruzarju, barka u qrar biss.Kien isir quddies filghodu bl-ewwe! wahda issir fl-4.30am u nhar ta' Hadd fl-3.45am. Fit-13 ta' Dicembru 1970 hrigna mill-Kripta minhabba l-hsarat. Niftakar li l-quddies beda jsir fi tliet nahat:il-Knisja z-zghira, man-naha ta' wara tal-Kripta u anke fl-iskola. B'hekk il-quddiesa ta' l-ewwel tnehhiet. Meta mbaghad hareg il-permess li taghmel tnejn is-Sibt filghaxija nehhejna wkoll dik tal-5.00am. Kemm domt Kappillan kelli vicijiet differenti. Beda Dun Gino, wara lahaq Dun Joe Borg u xi zmien wara dahal mieghu Dun Joe Camilleri u fl-ahhar kien hemm Dun Karm Mercieca li dam madwar hdax-il sena. X'kienu l-isfidi ewlenin li kellek fil-Parrocca taghna? Jien dejjem xtaqt li I-Knisja titlesta. Kienet qed tfixkel hafna mill-hidma
pastorali tal-Parrocca. Kif sirt Kappillan sa anke kont ghidt lill-imghallem
sabiex igib guy iehor halli I-Knisja titlesta malajr, tant li kellhom
jigu xi nies ohra wara li jitlesta x-xoghol fuq il-Knisja ta' Wied il-Ghajn.
Imma Jien kont ghidtlu u I-Kappillan Cauchi kien tkellem mal-perit dan qallu li ma kien hemm xejn ghajr ftit zrar fit-tajn. Hmistax wara lhaqt Kappillan jien ghax il-Kappillan Cauchi kien miet. Gorg, xi ftit irrabjat ghar-reazzjoni tal-perit kien qalli "Ara issa qed nghid lilek bhala Kappillan u trid tiehu hsieb." Insomma ghidt lill-perit li ridt inkellmu ghax konna se nizbghu I-Kripta u rajt xi gebel maqsum. Imbaghad il-perit rega ghamel kuntatt mieghi ftit wara u qalli li ried ikellimni. Niftakar kien gie qalli:" fittex ordom i-Knpta ghax is-saqaf niezel minn nofs." Jien inhsadt. Biss rega qalli biex nordomha ghax niezla minn nofs. Ma kontx naf x'se naqbad naghmel bin-nies li jigu go fiha u ma stajt nghid lil hadd biha ghax kont ingenninhom. Insoma bdejt inkellem lil-lsqof, periti, konsulenzi wahda wara l-ohra sakemm imbaghad saret it-tiswija mehtiega fejn giet soda hafna. Infatti meta nfethet il-Knisja bdejt qisni nibza meta rajt dawk in-nies kollha go fiha, tant li l-perit qalli li donnu m’ghandekx fidi f’dak li sar kollu effett ta' dik il-hasda li kont hadt qabel. Kienet sitwazzjoni difficli hafna. Sitwazzjoni ohra difficli kienet meta gejna biex naghmlu l-koppla. Malta m’hawnx Arkati kbar bhal dawk prezenti u li ghandhom koppla fuqhom. Meta tlestew dawn l-arkati sabu li ma kinux se jifilhu l-piz ta' koppla tal-gebel fuqhom. Il-konsulent Raniolo issuggerixxa li jsir travu specjali mifrux fuq is-saqaf u li l-koppla issir tal-kokrit biex tigi ehfef. Madanakoilu niftakar li kienet tatni rasi ghax kont inkwetat hafna. Kif kienet ser tinghalaq dik it-toqba li ghandha madwar 80 pied diametru? Ghal bidu meta rajt id-disinn biss bdejt nibza’ li gejja kerha imma ghal grazzja t'Alla giet tajba u sabiha. Din saret fl-1978 u fl-1980 berikna s-salib. Giet tiswa madwar Lm25,000. Knisja ntoghgbot u b'hekk it-tbatija tintesa. Meta nghid tbatija qed nirreferi wkoll ghall-flus. Ridna l-flus biex inhallsu. Kont naghmel ekonomija kemm niflah u anke nissellef mill-Kurja. Imma kelli sodisfazzjon kbir l-aktar meta rajt lin-nies ferhana. Il-Knisja ghaqdet il-Parrocca. Kellna Qriema mill-Parrocca li l-anqas kienu jersqu l'hawn u ohrajn li anqas biss kienu jafu fejn kienet li-Knsja. Meta mbaghad tlestiet, il-Knisja tat certu identita' lill-Parrocca, bdew jingabru aktar nies u ghaqdet il-Parrocca. Il-kariga tieghek bhala kappillan qatt kienet ta' xkiel ghalik bhala ndividwu? Iva forsi ma tajtx importanza shiha lil ommi meta din mardet. Kont anke ghidt lill-Arcisqof li jkun ahjar jekk nispicca minn kappillan ghax forsi ma stajtx naqdi dmirijieti sew bhala kappillan. Biss irrid nghid li kien ikolli hafna nies jghinuni, nies li kienu joqoghdu m'ommi kemm filghodu kif ukoll filgnaxija. Wara nofsihar u matul il-lejl kien ikun hemm jien. Veru kienet difficli imma imbaghad dik kienet is-sejna tal-Mulej, dik it-tbatija fosi kellha tkun is-sagrificcju tieghi. Tul iz-zmien tieghek bhala kappillan, tiftakar b'xi okkazjonijiet jew xoghol li ghadu marbut ma' qalbek? Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja zgur li mhux ser tithassar mill-memorja tieghi. Kienet okkazzjoni sabiha hafna. Inhobb hafna il-pastorali. Meta kont inkun ftit ma niflahx u naghmel il-pastorali nhossni nerga niehu r-ruh, anke n-nies innutawni. ll-fatt li kellna ftit qassisin, kelli bzonn hafna nies u dawn ghenuni immens. Barra dawk tal-muzew, kien hawn grupp ta' ghalliema u nies ohra li ghenu fit-taghlim tad-duttrina, pastorali li kienet ta'sodisfazzjon kbir, il-kunsill parrokkjali li tawni wkoll pariri fil-bini tal-Knisja, nies ghall-anzjani u l-morda, min inaddaf il-Knisja, min jaghmel il-fjuri, min ihit u sa anke kummissjoni ghat-tisjir u l-helu kellna. Min jaf kemm ghamlu pasti tajbin sabiex nigbru l-fondi ghall-Knisja jew receptions fil-Festa. Niftakar li anke pranzu ghall-ftuh tal-Knisja ghamlu. Barra li kienu jsajru tajjeb kienu jifrankaw il-flus ukoll. Bzajt li dawn il-pastorali ma jkunx iridhom il-kappillan ta' warajja, izda ma kienx hekk u kien ihobbhom hafna. Kif kont thares lejn il-festa parrokkjali- avveniment annwali li ghalkemm jitlob hafna preparamenti tistennieha b'herqa kbira jew zmien ta' tahbit u li titlob 'I Alla u lil San Sebastjan li jghaddi kemm jista' jkun malajr u b'wicc il-Gid? Kont nibza hafna minn xi inkwiet mal-parrocca ta’ San Gorg jew xi affarijiet ohra. Dawk kienu jdejquni hafna. ll-fatt li nahdmu biex naghmlu festa sabiha u aqwa minn ta' qabel kienet xi haga sabiha imma li toqghod tghajjar u tiggieled ma nahsibx li kienet xi haga nisranija u dawn l-affarijiet kienu jinkwetawni. Fil-fatt ghamilt hilti sabiex il-kumitati tal-baned jersqu lejn xulxin u kont fraht hafna li l-banda San Gorg giet iddoqq fil-ftuh tal-Knisja. Niftakar li gimgha qabel il-banda taghna kienet daqqet fil-funeral ta' dawk li kienu mietu fid-dizgrazzja tal-kamra tan-nar ta' San Gorg, tant li anke tajt il-permess sabiex il-korteo jibda minn hawn isfel u ahna hadna sehem ukoll fil-quddiesa. Kienu anke bdew isiru servizzi b’mod reciproku fil-festi ta' xulxin. Kont hadt gost li nibtet din il-hbiberija ghax wara kollox Hal Qormi rahal wiehed u hawn hafna mizzewgin fil-parrocca ta' San Gorg u vice-versa. Wara kollox ghaliex m'ghandix niehdu gost biz-zewg festi tar-rahal. Jiddispjacini li dawn is-servizzi ma tkomplewx u fl-1986 ix-xitan rega’ deffes denbu. Mill-bqija, kont niehu gost bil-festa tant li ma hallejtiex issir Tridu biss. Bdejna niddedikaw il-hadd ta’ qabel ghaz-zghazagh u nibqghu sejrin sa nhar il-Festa bil-Knisja kuljum mimlija bin-nies. Kont niehu gost ukoll norganizza l-gurnata ghall-emigranti tal-parrocca u niftakar li fl-ahhar festa bhala kappillan kont iddedikajt gumata ghall-ghalliema ta' l-iskejjel tar-rahal, Gew u apprezzaw l-istedina taghna. Ridt nirringrazzjahom ghal dak li kienu qed jaghmlu mat-tfal tal-parrocca. Niftakar ukoll li gieli gibna t-tfal ta’ l-istituti u anke morna naghtu d-demm. Kollha kienu okkazzjonijiet sbieh. ll-festa tghogobni imma ridna nikkontrollaw l-ispejjez taghna minhabba l-problema tal-finanzi fil-bini tal-Knisja ghax ma stajtx inzid aktar piz fuq il-parrocca. Madankollu, bejn wiehed u iehor konna nibbilancjaw. Bil-koperazzjoni ta' kulhadd, fil-festa imxejna l-quddiem hafna. Ir-riforma wasslet biex ic-cerimonji jibdew isiru bil-Malti u b'hekk kien hawn il-partecipazzjoni tan-nies billi jwiegbu u jkantaw. Sa anke konna naghmlu l-ghasar lejlet il-festa biili jkanta vers il-kor bl-orkestra u vers in-nies. Dan kellu jieqaf minhabba I-irbumbjar ta' l-isparar. Meta gejna biex naghmlu r-riforma rigward il-hin tal-quddies ma sibtx diffikulta'. Niftakar li fl-ewwel sena li kont kappillan cioe' fl-1969, kien gie l-lsqof awziljarju Galea u kif beda l-panigierku ghadda l-marc minn hdejn il-Knisja. Kif spiccajna qalli: "Fittex nehhi dak il-marc." Ghidtlu li kien ser jaghtini bicca xoghol. Ridt insib hin iehor halli ma jahbtux flimkien. Fl-1970 saret fil-ghaxija u fl-1971 saret l-iskola ghax ma kellniex Knisja. Dik kienet saret fit-tmienja. Ipproponejt li fis-snin ta' wara din tibqa' ssir fit-tmienja u nghid liI tal-kazin sabiex il-marc johrog naqra aktar tard. Qabel kulhadd tant li I-Knisja kienet tkun imballata bin-nies u l-marc johrog wara. Bis-sahha t'hekk wara konna naghmlu breakfast ghall-qassisin, sorijiet u I-Kunsill parrokkjali. X'tahseb dwar il-futur tal-festi? Jien nibza mill-fatt li l-festi qed jaharbu xi ftit mill-ispirtu nisrani, nghidu ahna fil-marci xtaqt li jkun hemm atkar sens ta edukazzjoni sabiex jonqos ix-xorb bla kontroll, tghajjir u kliem hazin. Ma nahsibx li dawn ghandhom x'jaqsmu ma festa nisranija. Kont ninsisti hafna sabiex fil-festa tizdied l-attendenza ghall-quddies u ghas-sagramenti. Mill-bqija li nara nies ferhana niehu pjacir. Kemm kont issib kooperazzjoni mill-kunsill parrokkjali, ghaqdiet u organizzazzjonijiet parrokkjali? Ingenerali kienu jghinuni immens. ll-parrocca kienet kbira, kompliet tikber, kelli l-problema tal-bini, xoghot iehor tal-parrocca, ma stajtx naghmel kollox wahdi... impossibbli. Imbaghad biex ikollok il-ko-operazzjoni, ridt nadatta ruhi ghal dak is-sens ta’ teamwork bic-cirkostanzi li jgibu maghhom. Fil-fatt m'ilux hafna sibt notebook li kien fih suggerimenti miktuba minni. Hafna minnhom kienu maqtughin ghax ma kinux ghaddew u xi wahda 'I hemm u'l hawn mhux maqtugha li jfisser li ghaddiet. Ma jistax ikun ghax tkun kappillan taghmel li trid; niddiskutu x'inhuma l-affarijiet u naraw xi jkun jaqbel. Jien qatt m'ghaddejt xi vot meta kien ikun hawn xi kwistjoni. Inhoss li l-vot jifred. Nemmen li la darba haga ma tkunx accettabli ifisser li Alla ma jridhiex u b'hekk incediha. Niddejjaq li ma jkunx hemm konsensus. Kif kont hassjtek meta sirt taf li ser thalli t-tmun tal-parrocca f’Ottubru ta' l-1987? Hassejt hafna. Kont intrabatt, minghalija distakkat imma ma kontx. Fil-fatt anke n-nies hassewha. Iva, imma trid tobdi hux. Il-Hadd filghaxija nigi nqaddes u s-Seminarju jghiduli, "Sejjer fejn hemm qalbek?". Heqq, nghidilhom li sejjer ghall-gazaza. Avolja ma twelidtx hawn sirt parti integrali mill-parrocca. Kif diga ghidt fil-bidu, il-kuntatt li kelli mal-familji nahseb li holoq rabta. Hawn nies li ghadhom igibuli l-laring ghax nghidu ahna kont assistejt ma' missierhom 35 sena ilu, jigifieri jibqghu rikonoxxenti. Fejn kont spiccajt wara tant snin kappillan? U llum kif inti nvolut? Wara kappillan tal-parrocca ntbaghat is-Seminarju bhala Direttur Spiritwali. Jien fejn immur nehel, issa ilni hdax-il sena hemmhekk. Kif tinvolvi ruhek fil-hin liberu tieghek? Ma nahsibx li ghandi hin liberu. Is-seminarju l-hin kollu okkupat u malli nigi d-dar tieghi hawn Hal Qormi u niftah ftit it-twieqi halli tidhol ftit xemx, nisma' I-bieb ihabbat. Biss qabel norqod inhobb naqra xi ftit jew indoqq xi CD's li ghandi s-seminarju. Ghandek xi aspirazzjoni ghall-futur; xi haga li tixtieq li taghmel? Li nsalva ruhi...ghadni nibza hafna mill-gudizzju. Nahseb li tiftakar il-parabbola tat-talenti...la darba ghandek aktar responsabiltajiet il-gudizzju ser ikun aktar iebes. Dik kont nibza minnha u ghadni xi ftit. Kultant nghid kemm stajt ghamilt gid u m'ghamiltux. M'ilux kont qieghed nimmedita ftit dwar Gesu' fuq is-salib li beda jhares Jejn in-nies ta' madwaru u jhares lejn is-suldati qed jilghabu xortihom ghall-libsa teghu. Ftakartfhaga li kidditni ftit... il-hwie net tax-xorb. Gieli mort kemm nitkellem ma1 xi whud u imbaghad nohrog. Kont naf li hemm min jixrob nafna, min jilgnab il-flus ecc... Kont narahom bhala xi naga li qed tfixkel flok tghin. Allura kelli ftit 'phobia'minnhom. Imbaghad qisni hassejt lil Gesu' icanfarni ghax kelli okkazzjoni fejn.forsi stajt hdimt aktar u ma hdimtx bizzejjed. Ilium forsi qed nirrealizza li stajt hdimt aktar f’dik il-haga. Kollox ma' kollox kif thares fejn iz-zmien kemm ilek sacerdot ? L-ewwel darba li ghamilt I-operazzjoni ecitajt ruhi, anke meta tisma
lin-nies ikellmuk jew jistaqsuk dwarha. Filghaxija kont bdejt nahseb
li ftit lopju zejjed stajt bqajt sejjer. Kont ghadni qatt ma hadt lopju
qabel. Niftakar li kont hadt anke l-assoluzjoni ghax ghidt forsi tkun
ta' l-ahhar. Biss, meta harist lejn iz-zmien li ghamilt sacerdot kif
ukoll li tlabt lill-Mulej u laqa’ talbi billi tani x'naghmel,
hassejtni ferhan. Ghidtlu sabiex jahfirli ta' dak li forsi ma qdejtux
kif |
| Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget fil-festa tas-sena 1999. Intervista minn Marlon Barbara u Joseph Busuttil lil Dun Vincenz Deguara, illum Monsinjur |
![]() |