Dun Gwann Bugeja - Qassis fil-Parrocca ta' San Bastjan mill-1953. Min hu mill-qrib?

Jiena l-kbir fost seba' ahwa, bin Gwakkino u Antonia Gatt u twelidt l-Isla nhar l-10 ta' Lulju 1926. Tfuliti tista' tghid li ghaddejtha l-Isla fejn bdejt nattendi skola governattiva. Meta kelli madwar ghaxar snin tlaqna mill-Isla biex morna noqoghdu l-Belt, fejn komplejt nattendi 1-iskola ta' Santu Wistin ta' l-Ordni Agostinjana li kienet fi Strada Forni. Kien matul dan iz-zmien li bdejt immur ukoll il-Muzew. Bqajna noqoghdu 1-Belt sa madwar 1-1940, meta kellna mmorru noqoghdu Birkirkara minhabba li kienet bdiet l-gwerra. Matul dan iz-zmien kont diga midhla tas-seminarju fejn gejt ordnat bhala sacerdot f'Awissu 1952 u qaddist l-ewwel quddiesa tieghi f'Birkirkara. Ma tantx domt Birkirkara ghaliex f'Marzu ta' l-1953 kont obbligat nibda nqaddes F'Hal Qormi proprju fil-Parrocca ta' San Bastjan. Fil-fatt ghamilt l-ewwel quddiesa solenni tieghi, jigifieri quddiesa bil-panigirku, bil-parrinijiet u kienet anke hadet sehem il-banda fil-Kripta ta' San Bastjan f'Hal Qormi. Minn dakinhar sal-lum bqajt naqdi dmiri f'din il-parrocca apparti xi perjodu ta' ahhar jew tnejn meta Monsinjur Dun Alwig Psaila, aktar tard l-ewwel kappillan ta' din il-parrocca, kien ordnali nqaddes fil-Knisja tal-Vittorja li taghmel parti lill-Parrocca San Gorg. Izda minhabba d-diversi oggezzjonijiet li nqalghu la bqajtx inqaddes hemmhekk u ergajt komplejt inqaddes hawnhekk sal-lum il-gurnata.

Kif tghaddi l-hin liberu tiegbek?

Bla dubju naqra u nistudja specjalment it-Teologija. Inhobb nghid li ghalija minn dan l-aspett kienet ta' ghajnuna kbira, ghaliex billi fi zmien il-gwerra minn Birkirkara. hemm kont iltqajt ma' l-ahjar socji li kellhom s-Socjeta tal-Muzew u ghalhekk kelli opportunita kbira li nitghallem. Biz-zejjed hu li nsemmi socu mill-Birgu jismu Lorenzo li kien jaf l-Atti u 1-Ittri ta' l-Appostli bl-amment. Socu iehor li tant ghallimni kien is-superjur tieghi.

Salvu Mallia li ghallimni hafna 1-Morali. Fil-fatt anke meta kont is-Seminarju, fil-vaganzi tas-sajf kont immur ghand is-superjur halli nghallem il-Morali. Inhoss li din kienet okkazjoni tad-deheb ghalija u tatni cans li tghallem nifhem aktar 1-iskrittura. Ktibt 1-iskrittura kollha fuq il-kompjuter li tikkonsisti fi tnejn u sebghin ktieb kif ukoll il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika.

Bdejt isservi f'Hal Qormi fl-1953, proprju tliet snin qabel ma fethet il-Kripta. Kif kienet amministrata 1-knisja dak iz-zmien u minn min, kif ikoll 1-knisja f'din iz-zona kienet tlahhaq mal-qadi pastorali?

Meta gejt konfermat bhala qassis f'Hal Qormi f Marzu 1953, kien hawn biss tliet qassisin residenzjali. Qed nirreferi ghal Dun Alwig Psaila li aktar ard sar 1-ewwel kappillan ta' din il-parrocca fl-1956 li ghalkemm ma kienx ninn Hal Qormi, izda minn Rahal Gdid, kien familjari ma' Hal Qormi billi kellu huh jiehu hsieb il-knisja z-zghira meta konna vici-parrocca. Dun Guzepp Cauchi li kien iservi bhala vici-parroku li wkoll ma kienx minn Hal Qormi imma mill-Belt. Kien hawn ukoll Dun Gejt Cassar li aktar milli jqaddes hawnhekk kien iqaddes fil-Kappella tas-Sorijiet ta' Santa Monika. Ghalhekk biex isir il-quddies konna nisselfu qassisin minn parrocci ohra bhal Dun Manwel Mallia li kien jigi jqarar u jqaddes kuljum mill-Parrocca ta' San Gorg kif ukoll qassisin minn Haz-Zebbug bhal Dun Guzepp Caruana u Dun Salv Mallia li kienu jigu jqaddsu l-Hadd. Bla dubju meta nghaqqadt maghhom bdejt inqaddes kuljum jiena u ghalhekk hadt post xi qassisin minn barra r-rahal.

X'responsabiltajiet kellek fil-parrocca taghna?

Billi kif diga ghidt kien hawn ftit qassisin, ma kellniex karigi fissi. Ovvjament ridna naghqdu 1-esigenzi kollha tal-knisja partikolarment meta kien hemm zmien fejn Dun Guzepp ma baqax fil-parrocca taghna ghaliex kellu jmur jinghaqad mal-familja tieghu fil-Belt. Madanakollu minkejja 1imitazzjoni u bl-ghajnuna tal-qassisin li konna bqajna nisselfu minn parrocci ohra, bdejt naghti wkoll lezzjonijiet tal-Morali lis-soci tal-Muzew, li kont diga midhla sew tat-taghlim taghhom ghaliex qabel ma dhalt qassis kont socu tal-Muzew.

Bhala bniedem li nhobb nghallem u nitghallem kont accettajt ukoll li flimkien ma' Dun Gejt nibda niehu hsieb l-Azzjoni Kattolika. Minhabba 1-att li kellna madwar erba' mitt tifla tattendi u l-post fejn konna niltaqghu kien zghir, konna naghmlu zewg sessjonijiet ta' hames klassijiet kuljum. Sabiex jissahhah it-taghlim tad-duttrina, darba fix-xahar kont norganizza laqgha ghall-katekisti jigifieri min kien jghallem, sabiex nohorgu fuljett ghalihom personali ta' kif ghandhom jghallmu. Sezzjoni ohra li kont waqqaft kien grupp ta' nisa li sejjahtilhom Lampade Viventi. Dawn kienu maqsumin fi gruppi ta' tnejn li minn x'hin tiftah il-knisja jigifiri 1-erbgha ta' filghodu sa tard bil-lejl jigifieri l-ghaxra ta' filghaxija kienu jaghmlu adorazzjoni quddiem Gesu Sagramentat. Tista' tinstema' li kienet xi haga ta' fanatizmu izda jiena nemmen li kien talb sincier. Responsabbilta ohra tieghi kienet li niehu hsieb il-kor fil-parrocca.

Bla dubju meta ssemmi lil Dun Gwann Bugeja mal-ewwel tassocjah mal-kor tal-parrocca. Kif beda l-kor u x'kien l-involviment tieghek fil-kor?

L-ewwel nukleu tal-kor beda fi zmien il-Kappillan Psaila, minn fost it-tfajliet li kienu jattendu l-Azzjoni Kattolika. Fil-fatt waqt il-kompetizzjoni tal-Gara, li kienet issir fost l-aspiranti tad-dutrina konna nkantaw kant allegruz u ghalhekk Dun Alwig Psaila kienet ghogbitu l-idea u kien talabni biex nibdew inkantaw fil-knisja. Dan kien it-twelid tal-kor u bdejna billi konna nkantaw bil-Latin sal-Koncilju Vatikan it-Tieni li intorduca l-uzu tal-lingwa vernakulari fil-funzjonijiet religjuzi. Intant il-Kappillan Cauchi kien talab Patri Dumnikan li kien imexxi l-festa ta' San Bastjan biex jaghmel salmi bil-Malti bil-muzika u ghalhekk jiena kont ghallimthom is-salmi sabiex kienu jigu kantati fil-funzjoni ta' lejlet il-festa ta' San Bastjan.

Apparti li kont neqleb mil-Latin ghall-Malti sabiex il-kor ikun jista' jkantahom. Hemm kant li ghadu popolari sal-lum il-gurnata bhal "Dan il-Misteru Gharkubbtejna". Ghalkemm kif wiehed jista' jinnota 1-kor kien sab postu fl-attivitajiet tal-Knisja, izda kien fiz-zmien il-Kappillan Deguara jigifieri ghall-habta ta' 1-1967 meta hadt il-kor kompletament taht id-direzzjoni tieghi kif ukoll l-ewwel darba li 1-kor kanta ufficjalment kien fl-ewwel quddiesa li qaddes Dun Joe Borg fejn il-kor kanta mat-tenuri u kantanti stabbiliti.

Is-sehem tieghi fil-kor kont naghtih bis-shih u ghalhekk meta gejt biex nispicca ghaddejt ix-xoghlijiet kollha ghamilt jien inkluz il-muzika originali li hejjet ghall-festa ta' San Bastjan lill-organista ta' warrajja bil-kundizzjoni li dawn jibqghu jintuzaw ghall-parrocca taghna biss la darba kienu saru apposta ghaliha.

Liema kienet l-iktar darba li hassejtek sodisfatt bil-kor?

Qatt ma ghamilt xejn bi sforz f ‘hajti u nemmen li fil-kor ghamilt l-almu tieghi kollu u kull darba li kantajna dejjem hassejtni sodisfatt izda bla dubju 1-ikbar xewqa tieghi li rnexxieli nirrealizza kienet meta fil-funzjoni tal-Gimgha I-Kbira 1-kor kien kanta "Cristus". Dan ghaliex din is-silta muzikali mhix facli la biex tghallimha u lanqas biex titghallimha u ghalhekk titlob hafna hin u dedikazzjoni. Fattur iehor li nhossni kburi bih hi li 1-kant li konna nkantaw fil-festa ta' San Bastjan kien kollu originali jew maqlub ghall-Malti minni.

Issa li m'ghadekx tifforma parti mill-kor x'inhi l-opinjoni tieghek dwaru?

Mistoqsija li ma tantx nista' nwegibha minhabba l-fatt li jiena meta tlaqt mill-kor kont hadt decizjoni li ma nidholx fil-knisja meta jkanta l-kor. Din id-decizjoni zammejtha u ghalhekk ma nistax nikkummenta dwaru. Madankollu li nista' nghid hu li nemmen bis-shih li 1-kor ghandu importanza kbira fil-funzjonijiet tal-knisja filwaqt li 1-kant religjuz jghinna nifhmu ahjar it-taghlim tal-liturgija.

Inti li tant kont fil-qrib kif tiddeskrivi l-izvilupp tal-parrocca matul dan il-perjodu ta' aktar minn erbghin sena?

Mhux facli li tigbor l-attivita kontinwa ta' l-izvilupp ta' din il-parrocca li aktar ma beda jghaddi z-zmien aktar bdiet tizdied il-popolazzjoni u ghalhekk l-izvilupp igib mieghu bidla fl-esigenzi. Nibda biex nghid li l-ewwel prijorita kienet li tinbena knisja biex tilqa' fiha l-parruccjani. Dan ghaliex l-uniku knisja kienet dik li ahna nirreferu ghaliha bhala l-knisja z-zghira u li fil-fatt din mhux talli kienet tkun mimlija bin-nies izda sahansitra, in-nies kienu jisimghu 1-quddies minn fuq il-bankina. Ghalhekk il-bini tal-knisja kien vitali u bhal ma wiehed jista' jissoponi jinqalghu hafna problemi int u tibni. Jiena aktar minn hafna ohra nista' nghid dan ghaliex kont fil-kumitat tal-bini tal-knisja. Kellna niffaccjaw diversi problemi b'rizorsi finanzjari u umani kulhadd kien jghin lill-parrocca kif seta'. Fil-fatt jiena niftakarna nhaffru l-pedament kif ukoll inwahhlu t-twieqi fil-Kappella tas-Sagrament. Ma kienx hawn qassis iehor biex jaghmel dan ix-xoghol, allura ridt jew le kelli mmid idejja jiena wkoll. M'hemmx x'wiehed izid aktar milli jghid li l-poplu kellu qalb kbira lejn din il-parrocca u ghen kemm felah izda baqa' izjed x'isir fil-knisja ghalkemm fi ftit kliem saru zviluppi kbar.

Dwar l-izvilupp tal-knisja mill-att pastorali kien hemm diversi tibdiliet, fejn attivitajiet religjuzi spiccaw filwaqt li nibtu ohrajn. Fost dawk li spiccaw kien hemm l-Azzjoni apparti l-Azzjoni Kattolika tan-Nisa li ghadni involut fiha. Affarijiet ohra li kienu jigu organizzati u spiccaw kienu l-litanija u l-priedka fuq il-Madonna li kienet issir kuljum fix-xahar ta' Mejju kif ukoll id-diversi purcissjonijiet fosthom dik ta' San Alwigi, il-purcissjonijiet tas-Sagrament li kienet issir kull tielet Hadd tax-xahar. Kien hemm diversi ghaqdiet ohra li nqatghu bhax-'Xirka ta' l-Isem Qaddis ta' Alia' li kien jiehu hsiebha Dun Guzepp Cauchi. Din ix-Xirka tant kienet b'sahhitha li f'Hal Qormi sar il-Kungress Generali tax-Xirka. Kien hawn ukoll il-Konfraternita ta' San Frangisk li darba fis-sena l-parrocca kienet tistieden il-Patrijiet ta' l-Ordni Frangiskana u kienet tigi ccelebrata funzjoni. Ilum il-gurnata nibtu ghaqdiet godda, forsi nghid li s-sehem tal-lajci zdied, izda bhalma diga ghidt 1-importanti mhux kemm ikollok ghaqdiet izda li dawk li jkollok jghinu lin-nisrani jifhem ahjar il-liturgija.

Tiftakar f xi avvenimenti fil-parrocca li jdejquk jew iferrhuk?

Jiena bniedem ta' ftit emozzjonijiet u ambizzjonijiet mill-anqas u ghalhekk m'hemmx avvenimenti partikolari li niftakar. Li nista' nghid huwa li jiena bniedem mitikuz u ghalhekk niddejjaq meta ssir xi haga sforzata. Nemmen li jekk bniedem irid jaghmel xi haga jew jipprova jaghmilha sewwa jew ma jaghmel xejn.

X'tawguralha lill-parrocca fil-futur?

Il-parrocca hija l-bnedmin u mhux il-gebel, u lin-nies li ghad iridu jmexxu u jiffurmaw parti minn din il-parrocca nawguralhom li jaghrfu jikkontrollaw lill-folla taghhom. Dan ir-rahal ra wisq firda partikolarment fil-hamsinijiet u tkun hasra jew nergghu nersqu vicin ic-cirkostanzi tal-passat.

Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget fis-sena 2001. Intervista minn Rowena Camilleri u Marlon Barbara