Dun Gejt, f'isem is-Socjeta' Filarmonika Pinto, insellimlek. Meta twelidt, u kif kienet tfulitek?

Jiena twelidt fit-22 ta' Gunju 1915. Tfuliti kienet tajba hafna. Kellna genituri li jhobbuna hafha, konna ohti u jiena. Dejjem fittxew li jghallmuna l-iskola, mhux biss l-iskola, imma anke’ privat. Tbatija kellna wkoll. Gieli mort ghall-privat fis-2.30 pm. Dak iz-zmien konna noqghodu fi Triq Santu Rokku, u ghall-privat kien ikolli mmur lejn in-naha ta' San Gorg, billi l-ghalliem kien minn dawk in-nahiet. Narturalment kien ikolli mmur bil-mixi, imma kienu zminijiet sbieh ukoll. Kont tista’ tohrog idaqsxejn barra, u tilghab ma' shabek bl-ebda biza ta' xejn, billi ma kienx hawn dan l-istorbju u traffiku ta’ llum. Pero’ kien hawn ukoll aktar dixxiplina, perezemju, il-pulizija fit-toroq, specjalment fejn ilium hemm il-Kazin Pinto, dejjem kont ssibhom hemm, lejl u nhar, avolja kien hawn nuqqas ta' pulizija. Min jaf kemm il darba konna nkunu nilghabu bil-ballun u kien jigi jkeccina, u konna nibzghu mill-pulizija bis-shifi.

Kif gietek il-hajra ghas-Sacerdozju?

Komplejt nistudja u kont wasalt sabiex naghti l-ezami ghal-Liceo. Avvicinatni persuna rispettabbli hafna u qalli kieku minnflok, naghti l-ezami ghas-Seminarju. FI-1926 dhalt is-Seminarju, u fl-1932 ghamilt ukoll l-ezami tal-Matrikola u ghaddejtf, biex sena wara bdejt il-Kors. Niftakar li mieghi kien beda fl-istess kors ukoll Dun Guzepp Pace, ilium mejjet, ifiilhparrpcGa W San Gorg. Irrid nghidlek li billi jien kont ukoll niehu hsieb klassi shiha ta' tfal, kelli l-privilegg li hqaddei tlett xhur qabel shabi. Fill-fatt jien gejt ordnat sacerdot mill-lsqof Dom Mauro Caruana, fit-22 ta' Frar 1940. Din in-naha kienet ghada kemm saret Parrocca, u billi jien kont immur nghin fil-parrocca ta' San Gorg, ma’ xtaqtx naqta hekk, hesrem, u ghalhekk kont bqajt immur xi ftit, imma kelli naqta'. Kont bdejt niddejjaq ghax bdejt insib certa bruda lejja, u ntfajt b'ruhi w b'gismi hawn, San Bastjan. Dik il-habta kien hawn l-ghidut li saret parrocca bil- hila ta' hu Dun Alwig Psaila, l-ewwel Kappillan, li skond dan l-ghidut, dan kjen imwieghed li hekk kif issir patrocca hu(hu Dun Alwig) kellu jkun hu l-ewwel kappillan. Dan kien meta San Bastjan kien ghadu Vici Parrocca. Milli jidher, dan iddejjaq jistenna u telaq. Sabiex jinqdew in-nies ta' dawn in-nahiet kien ikollu jigi I-Arcipriet ta' San Gorg Dun Anton Vella, li kien qieghed ikollu hafna garr mill-istess sacerdoti tieghu, fis-sens li biex jaqdi lin-hies dawn, kien abbanduna lil tieghu. Forsi dan kien li kompla mbotta sabiex San Bastjan issir Parrocca; Hawn bla qassis, in-naha l-ohra b'hafna garr, allura nahseb li din kienet l-ahjar soluzzjoni.

Qieghed issemmi l-bidu tal-Parrocca taghna. X'tghidilna fuq dak iz-zmien?

Bhal kull bidu iehor, anke l-bidu taghna bhala parrocca kien bidu xi ftit iebes. Ghall-bidu, Dun Alwig ma kienx destinat li jigi hawn, fil-fatt kienu ser jibghatuh Wied il-Ghajn. Dan kien qaluli hu stess. Izda finalment kien hu li gie. F'dawk li huma doveri tieghu ta' sacerdot qeda dmiru sewwa hafna, izda nahseb li bhala organizzatur ma tantx kien tajjeb. Billi jien kont nghinu, il-piz kollu waqa' fuqi, jekk hemm bzonn jinqalghu xi baned, kien ikolli naqlaghhom jien. Jekk waslet xi festa li tinhtieg xi armar kien ikolli nara x'naghmel jien. Bla dubju li l-akbar ugieh ta' ras kienet tkun il-festa ta' San Bastjan. Kien jigi mieghi Ninu taz-Zghajar, u mmorru biex naqalghu xi banda. Darba thajjart li ngib lill-Banda King's Own u l-Banda La Vallette, sena wahda, u sena l-ohra, kienu jigu hafna nies. Izda darba kien hemm persuna, li avvicinat lill-Kappillan u qallu li dawn il-flus li qieghdin nonfqu ahjar nonfquhom f'xi haga ta' aktar uzu, u fil-fatt dawn il-baned ma gewx. Meta wara xi sena jew tnejn ergajt mort ghalihom, infurmawni li ma setgftux jigu billi issa qieghdin imorru band'ohra.

X'tiftakar mill-ewwel zminijiet tal-hajja Sacerdotali tieghek?

Dak iz-zmien, billi l-affarijiet tal-Knisja kienu ghadhom ma tbiddlux, ma kontx tista' taghmel festi qabel ma jgnaddi I-Gnid, u billi jien, kif ghidtlek qaddist l-ewwel darba fit-22 ta' Frar, kelli nistenna l-Ghid jghaddi qabel stajt nghamel il-festin. F'Gunju gfiamilt festin mill-ahjar li stajt, u anke kelli I-Banda Pinto takkumpanjani mid-dar sal-Knisja, u minghalija lura wkoll. Ta' dan anke l-!um li ghadda daz-zmien kollu nibqa' nirringrazzjhom. Wara ftit, l-istess Soejeta Filarmonika Pinto ghazlitni sabiex inkun il-Kappillan tal-Kazin, li jien accettajt bil-ferha fejn kont domt bejn erba’ jew hames snin hemmhekk fejn kelli zmien sabih hafna, ghaliex dejjem sibt il-ko-operazzjoni tal-kumitat, u kien ukolli post li stajt tmur fih bla ebda diffikulta ta' xejn. Meta wrejt ix-xewqa li fi zmien ir-Randan naghmlu I-Ezercizzi Spiritwali, dawn bdew isiru, u kien ikun hemm bosta nies, tant li anke barra t-triq kien ikun hemm. U biex dawn in-nies li kienu jibqghu barra ma jitilfu xejn, konna anke narmaw trombi barra. Ilum il-gurnata, niehu gost ninnota, li dak li bdejna ahna, ghadu jsir sal-lum. Dan kien meta l-Kazin kien ghadu flok it-Tabib tal-Gvern fi Pjazza San Bastjan. Kien ftit wara li l-Kazin mar fejn jinsab il-lum, u niftakar kien bnieh Felic li kellu t-talkies.

Kif kienet il-hajja f'Hal Qormi f dawk iz-zminijiet, u kif kienu jharsu lejn is-Sacerdot?

F’dik li hi hajja, kienet iebsa. Fejn illum hemm Triq Spiteri Fremond, li dak iz-zmien konna nilabuha Ta' l-Ghalqa, kienet l-ifqar triq. Kien hemm hafna faqar hemm. Incidentalment, l-ewwel tqarbina privata li kont ghamilt wara li qaddist, kien lil wahda mara li kienet marida, u kienet toqgnod f'dik it-triq. Barra minn hekk il-poplu kien ihares hafna tajjeb lejn is-Sacerdozju. Lis-Sacerdot kienu jistmawh tajjeb hafna u lili, bhala l-ewwel qassis hawnhekk kienu stmawni hafna. Dan il-fatt milli jidher ghogob hafna lill-kappillan. Kien talabni biex nibda mmur, b'mod regolari, inqaddes fl-Abbatija, li kienet l-ahhar bini li jaghmel ma' San Bastjan. In-nies t'hemm kienu ghadhom) migbudin xi ftit lejn San Gorg, u allura bghatni hemm fejn domt inqaddes sa ma rtirajt fl-1991 meta weggajt sieqi u ma stajtx nimxi aktar. Meta kont nispicca minn hemm kont immur il-parrocca u nghin f'dak kollu li kien ikun hemm bzonn billi kien ikun hemm quddies tal-mejtin, qrar u maghmudijiet u kollox. Kont qisni vici iehor. Kont anke niehu hsieb certu gbir li kellu jsir, u f’dawk il-bzonnijiet li kellha l-knisja fil-bidu tal-parrocca kollha jien hadt hsib il-gbir taghhom. Dak il-baldakkin li hemm kont ghamiltu jien bil-fidda, bil-lasti tieghu b'kollox, u l-ghaxqa tieghi meta narah f'xi purcissjoni.

Bhala sacerdot u membru tal-presbiteru parrokjali, zgur tiftakar hafna problemi li l-parrocca taghna habbtet wiccha maghhom. Qatt tiftakar li quddiem xi problema hsibt li mhux ser tasal, u forsi anke qtajt qalbek minnhom?

Meta gejna biex nibnu I-Knisja l-gdida, konna akwistajna bicc’ art, u kien minghalina li kienet taghna. Konna anke ftehemna ma' perit, imma wara sirna nafu li hemmhekk ma kellna xejn. Kellu jkun it-tabib Gorg Hyzler li rrangalna u ksibna dik l-art fejn hemm il-knisja llum. Irrangajna ma' perit minn hawnhekk, imma joqghod il-Mosta, u kien tajjeb hafna. Gara, li waqghet bomba quddiem il-knisja tal-Mosta u dan, miskin, miet fil-bokka tax-xelter u kellna nsibu iehor. Xi hadd kien issuggerixxa perit lill-Kappillan Psaila, u sar il-ftehim mieghu. Ix-xoghol beda ghaddej u konna ga lestejna I-Kripta. Kif kien ser jibda l-bini ta' fuq bejna nindunaw b'xi xquq f'xi hnejjiet, u meta kellimna l-perit dan xejn ma kkonvinciena. Sirna nafu li dan ma kellu ebda certifikat minn Malta biex jaghmilha ta' perit. Kien hemm missieri u iehor rninn tax-Xott, it-tnejn jifmhu sew fil-bini, li kellmu lill-kappillan u qalulu li kif inhi mibnija l-kripta, din ma setghat qatt izzomm il-kumplament tal-bini fuqha. Il-kappillan bil-kemm ma hadiex kontrihom u minn dak in-nhar missieri u siehbu qatt aktar ma ndalu f’din il-bicca. Imma mbghad ftit wara, gie fi kliemhom, lil dak il-perit warrabnieh, u kellimna lii perit Mallia li kien joqghod hawn u accetta li jiehu x-xoghol f’idejh. Wara li saru t-tiswijiet necessarji seta’ jitkompla x-xoghol tal-bini. Niftakar ukoll li dik il-habta kien hawn xi periti Nglizi li kien sejrin ghal xi xoghol fil-lvant Nofsani, u l-perit Mallia talabhom jigu jaraw ix-xoghol li kien ga lest. Dawn gew u qalu li kollox kien sew.

Inqghalat problema ,ohra, u jiddispjacini nghid illi l-Kazin dahhluh ma nafx kif. Qieghed nirreferi ghall-kwistjoni tal-Patrijiet. Kien hemm persuna li kien maghruf ma' kulhadd li beda jxewwex, li l-Kazin irid il-Patrijiet. Il-Kurja ma qaghdetx ghal dan, u fil-fatt bhala kappillan lahaq Dun Guzepp Cauchi, li meta kien ghadu vici, ghal xi zmien kien tbieghed ftit mill-parrocca sabiex jindihes aktar mall-Kazin. Meta lahaq kappillan, u dak inhar tal-pussess kien sejjer minn ghand is-sorijiet ghall-knisja, il-kazin qam kontra tieghu, u ghamlu dimostrkzzjoni kerha wisq. Il-bicca spiccat il-qorti u jien kelli nitla' nixhed ukoll. Wara kien gie l-isqof Gonzi biex jipprova jtaffi l-bicca, u konna fuq il-bejt, fejn kien hemm bosta mistednin. Minn dawn qam wiehed li fost ir-ragunijiet li beda jaghti ghala riedu l-patrijiet, qal li ghax hawn jigu jqaddsu qassisin minn Haz Zebbug, u jien ghitlu: 'U jien m'hinix hawn, jien mhux hawn inkun ukoll? Jien ma nissemmiex? ll-qassisin ta' Haz Zebbug biss jigu jqaddsu?' Qomt u tlaqt il-barra. Wara dan l-incident anke r-ritratt tieghi kien tnehha minn gewwa I-Kazin, u kien wara hafna zmien li rega' ddendel. Izda minkejja kollu il-Kazin dejjem bqajt inhobbu.

Hemm xi avvenimenti li sehhew fil-parrocca, u Hum ghadhom marbutin ma' qalbek?

Meta tara li kollox ikun sejjer sew b'kollox tibda tiehu pjacir. Meta dik il-problema tal-patrijiet taffiet, il-kappillan Gauchi beda biex jaghmel xi haga, imma miskin il-mard ma halliehx. Warajh kien lahaq il-kappillan Deguara, u mhux biss il-knisja imma anke’ l-parrocca b'mod generali mexxihom ‘l quddiem, u ghadhom in-nies jemmnu fih sal-gurnata ta' llum. In-nies ghadha tfittxu, min biex iqerr min ghal xi parir u min ghal hag' ohra. Meta tara dawn l-affarijiet posittivi kollha, bil-fors li tifrah.

Ilum, li int irtirat, kif thares lejn iz-zmien li ghadda u x'tixtieq li tara fil-futur fil-parrocca taghna u f'Hal Qormi?

Sa mit-twaqqif taghha l-parrocca minn dejjem, baqgghet miexja l-quddiem. Ghadek issib nies ta' certa eta' li Alla jbierek ghadhom ghaddejjih b'xoghol b'risq il-parrocca, u dan juri kemm dawn in-nies kienu mghallma u mmexxijin sew. Zghazagh habbrieka hawn ukoll, izda jridu joqghodu aktar attenti ghax qeghdin fi zmien li huma kemmxejn koroh ghal uhud minn dawn iz-zghazagh. U dan hu l-appell tieghi, li dawn iz-zghazagh ikomplu jingabru. Hawn bosta ghaqdiet li lesti li jilqghuhom. B'hekk, minbarra li jkunu qieghdin jitbieghdu minn certi perikli jkunu huma wkoll ta! spalja ghall-parrocca taghna. Perswas li bil-ghajnuna t'Alla, u ta’ San Bastjan, din ix-xewqa tieghi u ta' hafna tista ssehh.

Kif tipparaguna l-Festa kif kienet issir fi zmienek, ma kif qieghda ssir illum?

Kif ghidt qabel, il-bidu kien iebes, imma aktar tard il-Festa bdiet kull ma jmur dejjem tikber, u I-Festa hi dik li saret illum. Fl-opinjoni tieghi, l-unika nota negattiva hu, dak li kultant isehh fil-marc tal-Hadd fil-ghodu minn certi ndividwi, li zgur m'ghandhomx ghall-qalbhom il-Festa. Ghalkemm issa ilni xi ftit maqtugh mill-parrocca, naf li qieghed isir kull sforz minn dawk kollha koncernati biex dan ma jibqax isehh. Mill-bqija, il-Festa qieghda dejjem tkun sabiha.

Dun Gejt, f'isem is-Socjeta' Filarmonika Pinto, nirringrazzjak talli accettajt din l-istedina. Grazzi mill-qalb.

Intervista mehuda mill-fuljett li s-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan harget ghall-festa tas-sena 2001. Intervista lil Dun Gejt Cassar li sfortunatament miet fis-sena 2005